Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12048 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbiegħ — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fiż-Żebbiegħ u Mġarr u limiti tagħhom, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12049 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Pwales/Lambordn/Manikata — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Pwales, Lambordini u l-Manikata, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12050 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Selmun/Mellieħa/Xemxija — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ f'Selmun, l-Mellieħa u Xemxija, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi L-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #11999 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Butir - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 76c fuq kull kilo butir li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jassigura l-Ministru lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-butir għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat butir matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kollox jindika li s-sistema ta` ``export refunds`` li tithaddem mill-Unjoni Ewropeja fuq l-esportazzjoni ta` uhud mill-prodotti agrikoli, ser tinbidel radikalment fil-futur qrib, bhala parti mill-process ta` riforma istituzzjonali interna li l-Unjoni Ewropeja behsieba timplimenta sas-sena 2002. Ghalhekk mhux mistenni li importaturi Maltin jkunu f`qaghda li jkomplu jiehdu vantagg minn skemi ta` `export refunds` wara s-sena 2003. Dan independentement minn jekk Malta ssirx membru jew le ta` l-Unjoni Ewropeja. Tajjeb ukoll jinghad li diversi gzejjer li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja jibbenifikaw minn `specific supply measures` li wiehed irid jiehu in kunsiderazzjoni meta jqis il-pozizzjoni ta` Malta bhala pajjiz membru. Ghal dak li jirrigwarda kummerc fil-prodott imsemmi, wiehed jista` jsib dawn id-dettalji kollha fil-pubblikazzjoni `Trade Statistics` li l-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika jippubblika kull sena.
Leg 9 PQ #12000 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Zokkor - Export refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi, il-fabbriki, dolċiera, eċċ lokali jitilfu export refund ta'madwar 22c3 fuq kull kilo zokkor li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tagħmel użu minn dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura l-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta'l-Unjoni Ewropea il-prezz taz-zokkor għall-poplu tagħna mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat zokkor matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12001 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Ross - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 6c fuq kull kilo ross li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tar-ross għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat ross matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12002 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Trab tal-ħalib - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund fuq kull kilo trab tal-ħalib li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tat-trab tal-ħalib għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat trab tal-ħalib matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12003 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Ġobon - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 52c fuq kull kilo ġobon li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-ġobon għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie mportat ġobon matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12004 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Export Refund - Sunflower oil/olive oil

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-imporaturi lokali jitilfu export refund fuq kull litru ta' sunflower oil, olive oil, eċċ li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tas-sunflower oil u l-olive oil għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġew importati varjetajiet ta' żjut ta' din il-kwalita' matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.

Djar — Ilmenti fl-Imtarfa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tas-27 ta' Novembru 1999, lill-Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12036.
Leg 9 PQ #12040 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Frott u ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu il-varjetajiet ta' ħxejjex u frott frisk li daħlu fil-Pitkalija matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u preferibbilment staġun, staġun u t-tunellaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sena Tunnellaġġ 1994 28,617 ,021 1995 27,904,231 1996 31,265,304 19 97 33,956,519 1998 34,255,989 Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' prodotti agrikoli li jidħlu fil-Pitkalija minn żmien għal żmien skond l-istaġun.
Leg 9 PQ #12041 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixkerija — Ħut frisk

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu l-ispeċi ta' varjetajiet ta' ħut frisk li ddaħħlu fil-pixkerija matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u preferibbilment staġun, staġun u tunellaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #12042 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Wardija, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed isiru spezzjonijiet tal-postijiet kollha fejn il-ħitan tas-sejjieħ ġarrbu ħsarat kawża tal-maltemp. Fejn huwa possibbli dawn il-ħsarat ser jiġu msewwija skond il-prioritajiet tax-xogħol. Dan ma jfissirx li r-responsabbilita' tat-tiswija hija tal-Gvern u mhux tal-privat.
Leg 9 PQ #12043 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Fiddien — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Fiddien limiti tar-Rabat, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis-possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12044 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Baħrija l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12033 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħħala — Ordni ta' għabura u muntun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala li ordnaw l-għabura u l-muntun u tħallew b'xejn minkejja li għamlu l-ordni u ħallsu l-pagamenti kollha f'April ta' din is-sena? Kemm minhom huma Maltin u kemm Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru totali ta' raħħala li ordnaw għabajjar u mtaten mill-Ġermanja kienu 26. Minn dawn kien hemm 12 Għawdxin u 14 Maltin. It-tqassim sar bil-polza. Erba' raħħala ma ħadux għabura, iżda tnejn minnhom ħadu muntun. Wieħed Għawdxi u wieħed Malti ix-xorti ma dahkitilhomx.
Leg 9 PQ #12034 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Qlejjgħa — Pilastri

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li nbnew żewġ pilastri tal-konkos fil-wied tal-Qlejjgħa? Dawn huma temporanji jew permanenti? Saru xi talbiet lill-Planning Authority dwar dawn ix-xogħlijiet li saru? Jekk iva, x'inhi r-referenza?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12035 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Qlejjgħa — Arblu tad-dawl

Question

Peress li l-arblu tad-dawl li tpoġġa ħdejn it-tifkira tal-ftuħ ta' l-ewwel fażi tal-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejjgħa fil-parti tal-wied magħrufa il-Fiddien qed iħalli mpatt negattiv mal-karatteristika u l-ambjent ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-arblu jsir ta' l-injam sabiex ikun aktar kompatibbli ma' l-ambjent fl-inħawi? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suggerimenti ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta ghall-kunsiderazzjoni taghha.

Djar — Ilmenti fl-Imtarfa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tat-22 ta' Settembru, 1999 lill Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-Awtorita' tad-Djar biex jikkonsidraw it-talba ta' l-inkwilini.

Djar — Ilmenti fl-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru. 6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tat-28 ta' Marzu, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12036.