Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12190 Sitting 219 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Qlejgħa — Skart

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 12060?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li investigazzjoni saret u jirriżulta li minħabba l-kontinwita' tax-xita mhux possibbli illi dan it-tindif isir għal issa.
Leg 9 PQ #12159 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jkompli jagħti tagħrif għar-rigward ta' mistoqsija parlamentari numru 12014?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-kont kif mogħti fil-mistoqsija li għaliha qed issir referenza, jiġifieri 940136380, ma jeżistix fid-database tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Għalhekk jekk ma jingħatawx dettalji korretti, l-Korporazzjoni ma tkunx f'pożizzjoni li tinvestiga l-ilment.

Djar — Ilmenti fl-Imtarfa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana bl-iżviluppi tat-talba għall-mistoqsija parlamentari numru 12036 dwar Nru 6B Binja Ġebel id-Dwejra, Imtarfa, L/O Rabat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar infurmat lill-kuntrattur bl-ilmenti tar-resident ta' numru 6B Binja Ġebel id-Dwejra. Fil-fatt, il-kuntrattur diġa mar għand ir-resident imsemmi sabiex jagħmel ix-xogħol rimedjali meħtieġ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ittra datata 29 ta' Diċembru 1999 li l-Awtorita' tad-Djar kitbet lir-resident biex jikkonferma li x-xogħolijiet markati fl-istess ittra jkunu saru.
Leg 9 PQ #12166 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Qlejgħa — Pilastri

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12034?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iż-żewġ pilastri tal-konkos li saru f'Wied tal-Qlejjgħa m'humiex xogħol li sar mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Għalhekk id-Dipartiment m'għandux informazzjoni dwar jekk sarux permessi għal dan ix-xogħol jew minn min sar dan ix-xogħol. Dwar il-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-Awtorita ta' lIppjanar, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza d-domanda tieghu lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #12167 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija matul l-1999? Kemm minn dawn il-każi kellha tintervjeni l-pulizija permezz ta' l-SAG?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, il-Pulizija kellha 11,461 rapport ta` kolliżjonijiet tat-traffiku, li f`55 każ minnhom kellha tintervjeni l-S.A.G.
Leg 9 PQ #12168 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ħsarat minħabba l-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret lill-bdiewa fl-Imġarr, il-Mellieħa, il-Pwales, iż-Żebbiegħ, l-Imtarfa, il-Manikata, ir-Rabat u l-limiti tiegħu, San Pawl il-Baħar u Burmarrad sabiex tiġi evalwata l-ħsara li saret kawża tal-maltemp li ħakem lill-gżejjer tagħna f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dawn l-aħħar ġimgħat il-bdiewa ġarrbu diversi ħsarat, kaġun ta' temp ħażin, fl-uċuħ u propjeta tagħhom. Fost dawn kien hemm maltempata bis-silġ li ħakmet l-aktar in-naħat ta' Ħad-Dingli, kif ukoll riħ qawwi, silġ u ilmijiet li laqtu l-partijiet kollha ta' Malta. Dawn ta' l-aħħar ikkaġunaw għarar ta' uċuħ tar-raba', u fis-serer anke qerda ta' dawn l-uċuħ, tkissir ta' ħġieġ u plastik ta' serer, xi annimali għerqu fl-irziezet, twaqqieħ ta' ħitan u kmamar fir-raba'. Matul dan iż-żmien saru diversi viżiti minn uffiċjali tal-'Extension Service' li wkoll laqgħu l-bdiewa l-uffiċju sabiex ikunu jistgħu jieħdu rapport dirett mingħandhom. Il-fuq minn 400 bidwi marru l-uffiċji tal-'Extension Service' jirraportaw il-ħsarat u dawn it-talbiet issa qegħdin fil-proċess ta' evalwazzjoni ħalli l-Ministeru ikun jista jippjana x'forma ta' għajnuna tista tintalab mill-Gvern bħala kumpens għall-bdiewa li ġarrbu ħsarat.
Leg 9 PQ #12169 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni rapportati nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni li ġew irrapportati bħala nieqsa lill-pulizija matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn il-każi għadhom rapportati bħala nieqsa lill-pulizija? Qegħdin isiru l-investigazzjonijiet dwar dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li, fejn il-persuna tibqa` ma tinstabx, il-Pulizija tibqa` tinvestiga kull informazzjoni li jista` jkollha dwar dawn ir-rapporti.
Leg 9 PQ #12115 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Pompa tal-Petrol

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni tal-pompa tal-petrol fil-Mellieħa fi Triq Louis Wettinger kantuniera ma' Triq Qasam tal-Barrani l-Mellieħa, jista' l-Ministru jinformani jekk l-Enemalta għandhiex applikazzjoni għal xi żvilupp ta' pompa f'dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha talba biex tinbena pompa tal-petrol fl-inħawi msemmija u fil-preżent din l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew boarded out bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu nisa u kapijiet tal-familja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Pensjoni taħt l-Iskema Kontributorja titħallas lill-persuna assigurata u mhux lill-"Kap ta' Familja". Għaldaqstant ma tinżammx statistika mid-Dipartiment dwar kemm minn dawn in-nisa li qed jirċievu l-Pensjoni ta' l-Invalidita' huma kapijiet tal-familja.
Leg 9 PQ #12144 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Export Refund - Sunflower oil/olive oil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12004?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mistoqsija li għaliha qed issir weġibtha waqt is-Seduta numru 211.
Leg 9 PQ #12153 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Koperattiva Maltija tas-Sajd — Diesel duty free

Question

Jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi li saru fil-laqgħa li kellu mal-Koperattiva Maltija tas-Sajd Ltd dwar it-talba tagħhom għad-diesel duty free skond KAP 395 Sec Sch Art 3(1) u 3(2)? Meta fil-fatt se jiġu rikonoxxuti t-talbiet ta' dawn is-sajjieda skond Avviż Legali Nru 91/97?

Response (DALLI, JOHN)

Tajjeb li l-Onorevoli Membru jkun jaf li t-talba tas-sajjieda tirrigwardja dazzju tas-sisa (excise duty) filwaqt li l-ligi Kap. 395 u l-Avviż Legali 91\97 jirrigwardjaw it-taxxa tac-CET, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 1997 sa l-aħħar ta` l-1998. Għalhekk, kull referenza għal din l-leġislazzjoni fir-rigward tat-talba tas-sajjieda hi kompletament `out of context`. Tant hu hekk li, anke fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista, id-diesel użat fuq il-biċċiet tal-baħar, għal skopijiet ta` sajd mis-sajjieda, kien suġġett għad-dazzju tas-sisa (excise duty). Fir-rigward tas-suġġett in kwistjoni, saret laqgħa bejn il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd u rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd, u li kienet ippresjeduta mill-Ministru responsabbli mill-biedja u sajd, fejn ġew iċċarati xi punti u l-koperattiva ġiet mitluba ċerta informazzjoni.
Leg 9 PQ #12096 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju li fallew l-iskola għal perijodu ta' aktar minn 15-il jum minn meta b'diet s-sena skolastika 1999/2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija numru 12155, u tweġiba għal din tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #12097 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mwiet fatali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' mwiet fatali rrapportati lill-pulizija matul din is-sena ċioe' minn Jannar sat-13 ta' Diċembru, 1999? Kemm minnhom kienu kawża ta' inċidenti tat-traffiku u jew delitt? Kemm minn dawn il-każijiet għadhom qed jiġu nvestigati mill-Pulizija u kemm minnhom jinsabu għaddejja bil-proċeduri fil-qrati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-13 ta` Diċembru ta` l-1999, il-Pulizija kellha 39 rapport ta` inċidenti fatali. Minnhom, 12 kienu kawża ta` inċidenti tat-traffiku u 10 kienu omiċidji, li f`każ minn dawn ta` l-aħħar il-mejta kienu 3. Ninsab infurmat ukoll li f`7 każi nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, filwaqt li fil-każijiet l-oħrajn il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.
Leg 9 PQ #12109 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Imtarfa - Għalliem tal-computer

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex studenti ta' Form I f'Sir Temi Zammit Boys Secondary School fl-Imtarfa qatt ma kellhom teacher għal-lezzjonijiet tal-computer minn meta bdiet l-iskola? Jista' l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn u anke jikkonsidra li jsiru lezzjonijiet extra sabiex it-tfal ma jispiċċawx fi żvantaġġ fejn tfal oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel kull sforz biex fl-iskola jinstab għalliem tal-Computer. Informat ukoll li dan l-aħħar instabet persuna kwalifikata li wegħdet li ser tibda tgħallem dan is-suġġett fl-10 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #12111 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Trab tal-Ħalib - Export refund

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mistoqsija li għaliha qed issir referenza weġibtha waqt is-seduta numru 211.
Leg 9 PQ #12085 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fuq karozzi rrapportati lill-Pulizija bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija b'konnessjoni ma' dawn il-kapijiet ta' serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Novembru ta` l-1999, il-Pulizija kellha 2,723 rapport ta` serq minn vetturi. Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu tressqu l-Qorti 90 persuna in konnessjoni ma` dan it-tip ta` reat. Dan in-numru jikkonsisti f`persuni mressqa fuq aktar minn reat wieħed ta` serq minn vetturi.