Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12357 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' hold-ups

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12087 għal perijodu tax-xahar ta' Diċembru 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Diċembru 1999, il-Pulizija kellha rapport wieħed ta` hold-up u żewġ rapporti ta` attentat ta` hold-up li għadhom qed jiġu nvestigati.
Leg 9 PQ #12358 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12085 għal perijodu tax-xahar ta' Diċembru 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Diċembru ta` l-1999, il-Pulizija kellha 277 rapport ta` serq minn vetturi. Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu tressqu l-Qorti 2 persuni in konnessjoni ma` dan it-tip ta` reat.
Leg 9 PQ #12359 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Kapijiet/uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12089 għal perijodu ta' Diċembru, 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fix-xahar ta' Diċembru 1999 ma kien hemm l-ebda delegazzjoni li siefret b'konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #12552 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Industrija lokali tal-poultry

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-poultry fir-rigward tal-liġijiet ta' l-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Le ma nistax għax għadhom ma ġewx innegozzjati.
Leg 9 PQ #12553 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Industrija lokali tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi, li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-ħalib frisk, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jinforma lill-Kamra liema huma l-aspetti li se jikkawżaw żvantaġġi lil din l-industrija u li se jiġu diskussi bil-għan li jingħeleb l-iżvantaġġ li ssofri din l-industrija lokali bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Le ma nistax għax għadhom ma ġewx innegozzjati.
Leg 9 PQ #12288 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Triq Labini - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza li hemm fi Triq Labini r-Rabat, peress li residenti anzjani ilhom ġimgħat jirrapportaw il-ħsarat? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza li ghaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant saret fit-12 ta` dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #12289 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Triq Labini - Xogħlijiet

Question

Peress li residenti anzjani fi Triq Labini, ir-Rabat, ilhom jitolbu sabiex jiġu rranġati l-ħofor u l-pendil ta' l-ilma ta' din it-triq ix-xhur, jista'l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #12290 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija/Mġarr — Ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu rranġati l-ħitan tas-sejjiegħ tal-bdiewa f'Ta' San Martin, il-Wardija, u f'Tas-Santi limiti ta' l-Imġarr? Kemm fil-fatt saru xogħlijiet simili f'dawn l-inħawi mill-aħħar maltempata li saret is-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa mpossibbli li l-Gvern isewwi l-ħsarat kollha li jsiru fil-ħitan tas-sejjieħ wara kull maltempata. Għalhekk ta' min jerġa' jiċċara li għalkemm il-Gvern qiegħed jieħu interess, dan bl-ebda mod ma jfisser li r-responsabbilta' tat-tiswija tal-ħitan tas-sejjieħ hija tal-Gvern u mhux tal-privat. S'issa għad ma saru l-ebda xogħlijiet fl-inħawi ta' San Martin, il-Wardija u f'Tas-Santi. Wieħed jispera li xogħlijiet oħra jitlestew biex inkunu nistgħu naslu għal dawn ukoll.

EU — Export Refunds

Question

Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea titlef miljuni kbar ta' liri kull sena f'export refunds fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-Unjoni Ewropea stess, jista'l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif dan se jaffetwa l-familji Maltin u Għawdxin li jiddependu mill-benefiċċji soċjali? Kemm fil-fatt qed jikkalkola l-gvern li jkun dan it-telf ta' l-export refund li jitlef il-poplu fuq ikel importat mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minħabba sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #12292 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Importazzjoni ta'qamħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm kien il-kontribut (dħul jew ħruġ) tal-Medigrain lill-Gvern fuq l-importazzjoni ta' qamħ, xgħir u qamħirrun, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika b`mod car l-informazzjoni li jixtieq, inkun f`pozizzjoni ahjar li nirrispondi l-mistoqsija tieghu.
Leg 9 PQ #12293 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sussidju — Soya Bean Meal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus maħruġa mill-Gvern matul l-1997/98 u l-1999 bħala sussidju fuq is-soya bean meal għall-industrija lokali tal-ġwież għall-annimali?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont ta` sussidju mahrug fuq is-soya bean meal kien ta` Lm378,711 fl-1997, Lm37,766 fl-1998 u fl-1999 ma thallas ebda ammont ta` sussidju.
Leg 9 PQ #12282 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa kkalkolat, f'ċifra ta' flus, l-export refund li bbenefikaw minnu l-importaturi lokali fuq prodotti ta' l-ikel u materja prima mportati mill-Unjoni Ewropea matul l-1999 fuq prodotti bħal butir, ġobon, trab tal-ħalib, trab tal-bajd, ħalib tal-bott u zokkor?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema ta` `export refunds` fuq prodotti agrikoli hekk kif prezentement imhaddma mill-Unjoni Ewropea, tikkonsisti fil-hlas ta` sussidju lill-bdiewa fl-Unjoni Ewropeja sabiex tiffacilita l-esportazzjoni ta` uhud mill-prodotti taghhom lejn il-kumplament tad-dinja, inkluz Malta. Ghaldaqstant, filwaqt li fl-Unjoni Ewropea jingabar taghrif dwar is-sussidju moghti lill-bdiewa taghhom, din l-istess informazzjoni ma tistax tingabar min-naha tal-pajjizi importaturi.
Leg 9 PQ #12283 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

EU — TARIC - Taxxa fuq prodotti ta' l-ikel

Question

Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea trid tiddaħħal taxxa ġdida fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC), jista' l-Ministru jgħid kif din it-taxxa ġdida se taffetwa s-snack bars, restaurants, lukandi, caterers, eċċ.?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-Onor Interpellant mhuwiex korrett fl-assunzjoni tiegħu u dan għaliex is-sistema TARIC mhijiex taxxa. Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-'Council Regulation No. 2568/87' tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u nomenklatura statistika dwar il-'Common Customs Tariff'. Dwar ir-rata ta' dazju applikabbli għall-importazzjoni ta' merċa minn barra l-konfini tal-'UE' hekk kif Malta tissieħeb fl-'UE' tibqa' applikabbli r-rata ta' dazju stabilita. Ma jidhirlix li dan għandu jgib xi bidla negattiva fil-prezzijiet speċjalment meta sa dak iż-żmien ikunu ġew aboliti l-'levies' kollha.

EU — TARIC - Taxxa fuq prodotti ta' l-ikel

Question

Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea trid tiddaħħal f'pajjiżna taxxa ġdida fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC), jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollha din it-taxxa ġdida fuq il-familji Maltin u Għawdxin li jiddependu mill-benefiċċji soċjali? Kemm fil-fatt huwa kkalkolat li jogħlew il-prodotti ta' l-ikel għall-poplu Malti u Għawdxi minħabba din it-taxxa ġdida li se ġġib fuq il-poplu Malti u Għawdxi s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #12285 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Burmarrad - Wied il-Għasel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġiet imsejħa l-Armata sabiex tgħin lill-membri tal-pubbliku li jinqabdu f'diffikultajiet kawża ta' l-għargħar tax-xita f'Wied il-Għasel fl-inħawi ta' Burmarrad? Meta kienu dawn l-interventi ta' salvataġġ u kemm minnhom kienu fatali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin l-Armata ġiet imsejħa tliet darbiet biex tgħin lill-membri tal-pubbliku li nqabdu f'diffikultajiet fl-inħawi ta' Burmarrad. Dawn l-okkażjonijiet kienu fit-28 ta' Settembru 1995, fl-10 ta' Ottubru 1995 u fl-1 ta' Diċembru 1999. Fl-ebda każ ma jirriżulta li kien hemm xi inċident fatali.
Leg 9 PQ #12286 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Burmarrad - Wied il-Għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet imsejħa l-Pulizija sabiex tgħin lill-membri tal-pubbliku li nqabdu f'diffikultajiet fl-għargħar li jinħolqu f'Wied il-Għasel fl-inħawi ta' Burmarrad wara xi maltempata bix-xita? Meta saru dawn l-interventi matul dawn l-aħħar snin, inkluż s-sena li għaddiet, u jista' jgħid kemm involew pulizija u spejjeż dawn l-operazzjonijiet ta' salvataġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond ir-records miżmuma, jirriżulta li matul ix-xahar ta` Marzu 1996 il-Pulizija kellha diversi sejħiet mill-pubbliku sabiex ikunu megħjuna nies maqbudin fil-karozzi fl-ilmijiet fil-lokalita` li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, filwaqt li f`Novembru 1999 il-Pulizija kienet għamlet tfittxija fl-istess inħawi wara li kien instabu abbandunati mutur, crash helmet u qmis. Għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ninsab infurmat li fl-istess inħawi, il-membri ta` dan id-dipartiment ġew imsejħa f`żewġ okkażjonijiet biex jagħtu l-għajnuna waqt il-maltempati li saru f`Novembru/Diċembru tas-sena l-oħra. Ninsab infurmat ukoll li qatt ma kienet il-prassi li jinħadem il-costing ta` dawn l-interventi.
Leg 9 PQ #12287 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Burmarrad — Wied il-Għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru talbiet mill-bdiewa ta' Burmarrad sabiex titħammel il-parti ta' Wied il-Għasel? X'passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti u kemm huma kkalkolati l-ispejjeż li sofrew il-bdiewa kkawżati mill-għargħar riċenti f'dawn l-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-uffiċju ta' l-'Extention Service' l-Mosta saru 18 ir-rapport ta' ħsarat kaġunati minn ilmijiet kawża ta' l-aħħar maltemp. Il-ħsara kienet tinkludi twaqqiegħ ta' xi 75 metru ħitan tas-sejjieħ u telf ta' 250 truck ħamrija li nġarru mal-kurrent ta' l-ilma u għadu qed issir il-verifikazzjoni u l-istimi mill-uffiċjali inkarigati. Din il-parti t'isfel tal-wied qiegħed tkun milqugħa minn għargħar kull meta tagħmel ħafna xita. Probabilment il-kaġun ta' dan huwa għax il-passaġġ ta' l-ilma ġie disturbat minn xi individwi li matul is-snin bdew jikkultivawħ. Huwa maħsub li xogħol ta' taħmil issir hekk kif jippermetti t-temp.
Leg 9 PQ #12258 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — GDP

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut tal-biedja għal GDP ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 1997, 1998 u 1999?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ppubblikata regolarment mill-Eurostat u tista tinkiseb faċilment mill-internet.
Leg 9 PQ #12259 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Biedja/sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa u sajjieda fl-Unjoni Ewropea għas-snin 1997, 1998 u 1999?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ppubblikata regolarment mill-Eurostat u tista tinkiseb faċilment mill-internet.
Leg 9 PQ #12260 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Settur Agro-industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur agro-industrijali tal-Unjoni Ewropewa għall-perijodu ta' snin 1997, 1998 u 1999?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ppubblikata regolarment mill-Eurostat u tista tinkiseb faċilment mill-internet.