Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Bdiewa/Raħħala/Sajjieda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda reġistrati ma' l-ETC fuq bażi ta' fulltime u part-time matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena sa l-1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda reġistrati ma' l-ETC fuq bażi ta' full time u part time matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: BDIEWA, RAĦĦALA/PRODUTTURI U SAJJIEDA Xahar Mpjieg Full Time Mpjieg Part Time ----- ---------------- ---------------- Diċembru 1995 2,444 674 Diċembru 1996 2,363 687 Diċembru 1997 2,252 469 Diċembru 1998 2,170 705 Diċembru 1999 2,122 755

Agro industrija — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fl-agro industrija matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena sa l-1999 fuq bażi ta' fulltime u/jew part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fl-agro industrija matul dawn l-aħħar ħames snin fuq bażi full time u part time kien kif ġej: AGRO INDUSTRIJALI Xahar Mpjieg Full Time Mpjieg Part Time ----- ---------------- ---------------- Diċembru 1995 1,861 L-informazzjoni ma kienitx tinżamm Diċembru 1996 1,818 104 Diċembru 1997 1,814 118 Diċembru 1998 1,802 135 Diċembru 1999 2,351 292

Dwejra — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru għar-rigward ta' l-ittra mibgħuta mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fl-14 ta' April, 1999 dwar it-Triq Prinċipali tad-Dwejra? Jista' l-Ministru jgħid meta jsiru x-xogħlijiet peress li residenti u l-bdiewa li jiffrekwentaw l-inħawi ma jaffordjawx jagħmlu aktar spejjeż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Kunsill Lokali huwa pjuttost estensiv u bilfors irid jimxi skond prijoritajiet ġenerali li jeżistu fid-Dipartiment. Id-Dipartiment tat-Toroq beħsiebu jassessja sew il-mod kif din it-triq hi mibnija, u t-tiswijiet meħtieġa biex ikun jista` jiġi ppjanat l-aħjar mod li tissewwa.
Leg 9 PQ #12698 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Taħriġ barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija/uffiċjali li ngħataw taħriġ barra minn Malta u jew f'Malta sabiex itejjbu aktar il-professjonalita' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sena 1999, ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija hi kif jidher hawn taħt : * 22 uffiċjal attendew 17-il kors differenti lokalment kif ukoll fl-Italja, fir-Renju Unit, fi Spanja, fil-Ġermanja, fil-Ġappun u fl-Eġittu. * 20 uffiċjal attendew 5 korsijiet differenti fl-Universita` ta` Malta * 76 uffiċjal attendew għal korsijiet li jwasslu sa` l-eżami fil-livell ordinarju fi 8 suġġetti differenti fl-Akkademja tal-Pulizija matul is-sena akkademika 1998/1999. * 67 uffiċjal bdew jattendu għal korsijiet li jwasslu sa` l-eżami fil-livell ordinarju f`5 suġġetti differenti fl-Akkademja tal-Pulizija matul is-sena akkademika 1999/2000.
Leg 9 PQ #12699 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Tiswija ta' ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni ta' mistoqsija parlamentari numru 8855 għall-perijodu sa l-aħħar ta' Diċembru 1999? Jista' jinfurmana bil-programm ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ li se jsir matul din is-sena sabiex bdiewa jiġu mgħejjuna jirranġaw il-ħitan imġarrfa tas-sejjiegħ li għandhom fl-għelieqi tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn Ġunju sa Diċembru 1999 saru xogħlijiet ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ għand il-bdiewa. Id-dipartiment jinsab għaddej bil-proċess biex iżid in-numru ta' ħaddiema f'din is-sengħa, u dan bil-għan li jkun hawn sezzjoni mħarġa għal dan it-tip ta' xogħol. Diġa nbdew xi xogħolijiet ta' tiswija f'toroq prinċipali.
Leg 9 PQ #12701 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Qtugh ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tad-dawl fi Triq Borg Olivier u Triq San Pubbliju fir-Rabat xi jiem ilu? Jista' jara li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' wires u manutenzjoni oħra fil-lokal tar-Rabat ħalli ma jiġux kawżati ħsart simili?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ghal bdil ta` wires u manutenzjoni ohra fis-sistema ta` l-elettriku fir-Rabat, giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta biex tinghata attenzjoni xierqa.

Rabat — Triq G. Borg Olivier

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9215 tad-19 ta' Lulju, 1999 dwar l-ilmenti tar-residenti Triq Borg Olivier, Rabat, jista'l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi li saru matul l-1999 u dawk li se jsiru matul din is-sena? Peress li qed issir reżistenza mir-residenti ta' Ħad-Dingli u ħafna Rabtin oħra sabiex din it-triq ma ssirx "one way" jirriżulta li fil-fatt din it-triq hekk se tibqa' u cioe' t-talba tar-residenti ta' Triq G. Borg Olivier mhux se tiġi milquta?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9215.

Rabat — Venda tal-karozzi tal-linja

Question

Peress li l-komunita' Rabtija ddeċidiet fi stħarriġ li sar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li trid mill-ġdid il-venda fi Triq Santa Rita, Rabat, jista'l-Ministru jara li jsir it-tibdil neċessarju mill-aktar fis possibbli sabiex ma jkomplix ikun hemm inkonvenjent għar-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tara kif tista timplimenta t-talba tal-Kunsill Lokali, wara l-istħariġ li sar.
Leg 9 PQ #12704 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz ta' l-ewwel 3000 tunnellata Alpha għas-sena 1999 skond il-kuntratt eżistenti? Jista' jgħid ukoll kemm huwa l-prezz ta' l-ewwel 3000 tunnellata Alpha għas-sena 2000 u 2001 li jkopri l-istess kuntratt? Dawn it-tunnellaġġi huma fuq bażi ta' prezz finali jew prezz minimu garantit?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħlas għall-esportazzjoni tal-patata Alpha minn Malta bejn l-1999 u 2001 huwa rregolat permezz tal-kuntratt eżistenti li l-Onor. Interpellant kien għaġbu jikkonkludi b'tant ħerqa. Fil-fatt il-prezz minimu garantit għall-ewwel 3,000 tunnellata huwa NLG30.60 kull xkora ta 25Kgs, imwassla fl-imħażen tal-kuntrattur.
Leg 9 PQ #12692 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment għall-Ambjent — Agro Industrija lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn bejn id-Dipartiment għall-Ambjent u l-agro industrija lokali sabiex ikunu stabbiliti l-bidliet li din l-industrija trid twettaq ħalli tkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet ta' l-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea? Meta saru u liema huma dawk l-iżvantaġġi li l-aktar li se jolqtu ħażin lil din l-industrija lokali sabiex tkun konformi mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea? Meta se jkomplu dawn il-laqgħat matul is-sena 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-obbligi ambjentali li jolqtu l-industrija ġew diskussi f'diversi laqgħat li saru mal-Federazzjoni ta' l-Industrija, mal-GRTU u mal-Kamra tal-Kummerċ. Dawn il-laqgħat għadhom sejrin u l-iskop hu preċiżament biex jiġi stabbilit l-impatt fuq is-settur ta' l-Industrija u l-Kummerċ kollu.
Leg 9 PQ #12693 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — CAP/CFP

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li matul l-1999 saru mal-koperattivi tal-bdiewa, raħħala, produtturi, sajjieda u l-agro industrija dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u tibdil li se jġibu magħhom il-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP f'pajjiżna? Meta saru u x'punti tqajmu mill-koperattivi dwar l-iżvantaġġi li se jiffaċċjaw b'dawn ir-regoli l-ġodda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Programm strutturat ta' laqgħat jitfassal hekk kif jitlesta l-Bilateral screening mal-Kummissjoni tal-Komunita' Ewropeja. Fl-1999 saru diversi laqgħat, ad hoc, kif inħasset il-ħtieġa. Il-punti li tqajmu għandhom jiġu diskussi fid-dettal waqt il-programm ta' laqgħat li sejjer jiġi mfassal flimkien mal-MIC.
Leg 9 PQ #12694 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixxispad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda tal-pixxispad għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? X'kien il-valur u kemm ġie esportat kull sena rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 8130. Inzid illi l-esportazzjoni tul dawn il-ħames snin kienet kif isegwi: Sena Kg Valur 1995 5834 14906 1996 6458 14328 1997 6616 16 810 1998 20840 57286 1999 20010 48627

Rabat — Toroq

Question

Peress li ħafna toroq fir-Rabat, Malta, jeħtieġu li jingħataw it-tarmac, jista'l-Ministru jikkunsidra li matul din is-sena jorganizza programm ta'l-għoti tat-tarmac għat-toroq tar-Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Id-Dipartiment tat-Toroq hu responsabli mill-bini ta` toroq ġodda u riabilitazzjoni ta` toroq, mhux mill-għoti ta` `tarmac` fuq toroq eżistenti. Dan ix-xogħol hu responsabilta tal-Kunsilli Lokali.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk it-toroq fil-limiti tar-Rabat, bħal Baħrija, li matul din is-sena se jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq, li jgħaqqdu lokal ma ieħor bħal fil-każ tal-Baħrija, ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #12697 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Korriment waqt ix-xogħol

Question

Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' pulizija li matul l-1999 tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol u/jew weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, kien hemm kuntistabbli wieħed li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li kien hemm 36 membru tal-Korp li weġgħu waqt il-qadi ta` dmirijiethom.

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - Toroq

Question

Peress li x-xogħlijiet meħtieġa ta' twessigħ ta' triq fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, sabiex ikun possibbli li l-karozzi tal-linja jinkludu fir-rotta sar-Rabat s-servizz għar-residenti ta' Għar Barka saru, jista' l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti sabiex fi Frar li ġej jinbeda dan is-servizz tat-trasport għar-residenti ta' Għar Barka?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li preżentement għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn uffiċċjali ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, liema diskussjonijiet jinsabu fi stadju avvanzat. Fl-istess ħin, l-Awtorita` qedgħa tara wkoll x`arranġamenti oħra jistgħu jsiru fir-rigward ta` servizz tal-linja għall-`area` kollha tar-Rabat.

Rabat — Għar Barka - Toroq

Question

Peress li r-residenti ta' Għar Barka jilmentaw li la matul is-snin tmenin u lanqas matul is-snin disgħin it-toroq tagħhom ma ngħataw it-tarmac, jista' l-Ministru jikkunsidra li dawn it-toroq jingħataw it-tarmac din is-sena? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond ir-riċerki tad-Dipartiment dawn it-toroq huma diġa asfaltati u l-kisi tagħhom bit-tarmak isir mill-Kunsill.
Leg 9 PQ #12688 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta'l-Edukazzjoni/Biedja — Laqgħat internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni ta' mistoqsija parlamentari numru 9231, Seduta Nru. 155, sal-perijodu ta' l-aħħar ta' Diċembru 1999? Jista' jinfurmana x'kontinwazzjoni se jkun hemm matul din is-sena u x'inhuma r-riżultati li mistennija jintlaħqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed iħejji biex jitwaqqaf il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza Applikata u Teknoloġija u d-diskussjoni li qed issir hi ukoll f'dan il-kwadru. Rigward l-Iskola tal-Biedja din ukoll qed tiġi studjata fil-kwadru tar-riforma ta' l-iskejjel tas-snajja'.
Leg 9 PQ #12689 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Xiri ta' Ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' butchers li matul l-aħħar ħames snin xtraw ċanga friska mill-biċċerija, sena b'sena sa l-aħħar ta' l-1999? Kemm kien it-tunnellaġġ għal kull sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12690 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Agro Industrija Lokali — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ma'l-agro industrija lokali mill-5 ta' Settembru, 1998 mid-dipartiment tas-saħħa sabiex din l-industrija tkun aġġornata dwar il-bidliet li trid tagħmel sabiex tkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet tal-qasam tas-saħħa/sanitarji ta' l-Unjoni Ewropea? X'punti ġew spjegati lill-industrijalisti u x'kienet ir-reazzjoni? Meta se jkomplu dawn il-laqgħat, inklużi dawk inter-dipartimentali dwar dan l-aġġornament f'din l-industrija lokali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema sezzjonijiet ta' l-industrija lokali qed jirreferi għaliha bħala l-agro industrija lokali.