Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13142 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ross — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni tar-ross, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali, fuq ross importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Leg 9 PQ #13143 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sun flower Oil — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni ta' Sun Flower Oil wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq Sun Flower Oil importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Leg 9 PQ #13144 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-Ħalib — Importazzjoni

Question

Jista' l-Minsitru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi u industriji lokali li jimportaw din il-materja prima minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Leg 9 PQ #13145 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-bajd — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni ta' trab tal-bajd, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-industrija lokali li tuża din il-materja prima u timporta minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Leg 9 PQ #13146 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

Peress li bis-sistemi tal-kwoti tal-ħalib li timponi l-UE fuq l-industrija lokali tal-ħalib frisk, kif ukoll il-liġijiet, regoli u direttivi ta' l-ambjent ta' l-istess UE jiżvantaġġjaw lir-raħħala Maltin u Għawdxin milli jipproduċu aktar ħalib frisk, jista' l-Ministru jgħid kif din l-industrija se tkompli tkun kompetittiva wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid fejn se jkunu l-opportunitajiet ta' esportazzjoni tal-ħalib frisk u prodotti lokali magħmula minnhom lejn is-swieq Ewropej wara li Malta ssir membru tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12553.
Leg 9 PQ #13135 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Export Refund

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12282 dwar l-export refund fuq iz-zokkor u l-fatt li l-Ministru spjega li l-export refund huwa sussidju li l-UE tagħti lill-bdiewa tal-pajjiżi membri li jipproduċu u jesportaw il-prodott agrikoli bħal fil-każ iz-zokkor, jikkonferma l-Ministru li l-bdiewa tagħna la qabel u wara li nsiru membri m'hu se jkun f'pożizzjoni li jipproduċu u jesportaw iz-zokkor? Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel għat-telf ta' madwar Lm5 miljun f'export refund li titlef l-industrija lokali u l-poplu li jużaw iz-zokkor fuq l-importazzjoni ta' 22,200 tunnellata li jiġu mportati kull sena f'pajjiżna, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq zokkor importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kemm l-`export refunds` kif ukoll l-`import levies` l-Unjoni Ewropea, jinhadmu skond il-prezz tal-mument fuq is-swieq internazzjonali ta` tali prodotti. Ghaldaqstant mhux realistiku li fil-prezent isiru kalkoli dwar sussidji u taxxi li jistghu jigu applikati minn hawn u xi tlitt snin ohra. Barra minn dan, anke li kieku dan it-tip ta` kalkolu kien vijabbli, it-twegiba ghall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant tkun tiddependi hafna mir-rizultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar it-thaddim tal-politika agrikola komuni (common agricultural policy) ta` l-Unjoni fil-konfront ta` Malta bhala membru gdid. Fuq kollox, it-twegiba ser tiddependi wkoll mill-bidliet li huma mahsuba fl-istess politika komuni agrikola ta` l-Unjoni Ewropea bhala parti mir-riforma ta` din is-sistema in vista tat-tkabbir ta` l-Unjoni.
Leg 9 PQ #13136 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

B'riferenza għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, peress li jirriżulta li matul l-1998 d-dħul mill-biedja fl-UE naqas bi 3.9% meta pparagunat mas-sena ta' qabel u jindika li matul 1999 d-dħul mill-biedja fl-UE naqas b'4%, jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża dan it-telf?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-andament tal-biedja fl-UE tvarja minn pajjiż għall-ieħor u minn żmien għal żmien. Dan ma għandu ebda relevanza għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja,
Leg 9 PQ #13137 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

B'riferenza għas-sħubija ta' Malta fl-UE, peress li jirriżulta li matul l-1997 u l-1998 240,000 bidwi fallew u tilfu l-għajxien tagħhom fl-UE, jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża dan il-falliment?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-andament tal-biedja fl-UE ma għandu ebda relevanza għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #13138 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butir — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' madwar Lm2 miljun f'export refund li se jintilfu fis-sena fuq l-importazzjoni tal-butir, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq butir importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #13139 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġobon — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf ta' madwar Lm3.5 miljun l-export refund li se jintilfu fis-sena fuq l-importazzjoni tal-ġobon, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq il-prodott imsemmi mportat minn barra l-pajjiż tal-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #13140 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gwiez — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq gwiez importat mill-UE, wara li Malta ssir membru fl-UE? X'effett se jkollu dan fuq l-industrija lokali tat-tjur u l-bhejjem? Jista' l-Ministru jgħi kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq gwiez importat minn barra pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta ta` llum stess.

Dwejra — Toroq

Question

Peress li t-triq prinċipali tad-Dwejra li tintuża mir-residenti, bdiewa u turisti li jżuru l-Victoria Lines tenħtieġ manutezjoni kbira, jista' l-Ministru jinvestiga u jara li jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa sabiex il-bdiewa u r-residenti ta' l-inħawi ma jkomplux jiffaċċjaw ħsarat u problemi kbar fuq il-vetturi tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 12712.
Leg 9 PQ #12714 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dwejra — Manutenzjoni ta' toroq

Question

Peress li fl-inħawi tad-Dwejra, l/o Rabat, twaddab xi skart u wara x-xita li għamlet jenħtieġ li ssir manutenzjoni fit-triq prinċipali u jiġu rranġati ħitan tas-sejjiegħ li ġġarfu, jista'l-Ministru jara li jiġu kkordinati dawn ix-xogħlijiet? Peress li turisti li jżuru l-Victoria Lines mid-Dwejra qed jaraw dawn il-ħsarat, jista' l-Ministru jawtorizza x-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #13061 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Regoli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12254 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tinformani bir-regoli l-ġodda li jridu jaddottaw il-bdiewa għar-rigward tal-methyl bromide matul is-sena 2000 u 'l quddiem?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'effett mis-sena 2000, l-importazzjoni tal-methyl bromide tnaqset b'ħamsa w għoxrin fil-mija (25%). Għaldaqstant it-total ta' l-importazzjoni tal-methyl bromide naqset minn 40 tunnellata għal 30 tunnellata.
Leg 9 PQ #13071 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li s-sena l-oħra, 1999, inqabdu fl-ibħra territorjali Maltin? F'liema perijodu tas-sena kienu u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-1999 in-numru ta` klandestini li nqabdu fl-ibħra territorjali ta` Malta kien 152. 53 oħra inqabdu fuq l-art ftit wara li kienu żbarkaw bil-baħar. In-nazzjonalita` u n-numru rispettiv tagħhom kien kif ġej : Nazzjonalita` Numru Nazzjonalita` Numru ------------- ----- ------------- ----- Sierra Leone 69 Niġerjana 3 Libjana 1 Somala 1 Sri Lanka 5 Eġizzjana 39 Alġerina 5 Pakistana 25 Iraqina 1 Ghana 8 Indjana 45 Tuneżina 3 Ma` dawn kien hemm ukoll 23 klandestin li kienu ġew salvati mill-Forzi Armati ta` Malta madwar 55 mil il-barra mill-kosta Maltija. Dawn kienu 21 minn Sierra Leone, 1 mill-Ghana u 1 mis-Somalja.
Leg 9 PQ #13072 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Wine and Spirit Regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar komunikazzjoni televiżiva mas-satelita minn każini, ħwienet tax-xorb u divertiment, eċċ.? Hemm xi kondizzjonijiet li huma marbuta mar-regoli tal-wine and spirit regulations u l-ħinijiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-daqq ta` strumenti mużikali jew użu minn loudspeakers ta` radju jew ta` xi amplifier f`postijiet liċenzjati għall-bejgħ ta` inbid, birra, jew likuri spiritużi jinħtieġ il-permess tal-Pulizija, filwaqt li tinħtieġ liċenzja tad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili sabiex wieħed ikun jista` jżomm apparat ta` din ix-xorta. Ninsab infurmat ukoll li fil-postijiet speċifikati fil-Mistoqsija jinħtieġ il-permess formali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jiġi nstallat dixx tas-satellita.
Leg 9 PQ #13073 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Applikazzjoni għal sħubija

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm sewa s'issa, f'ċifra ta' flus, il-proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li huwa impossibbli tagħti ċifra ta' flus li tinkludi l-ispejjeż kollha li b'xi mod kienu konnessi mal-proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja mill-bidu nett sa issa. Hu wkoll diffiċli li naslu għal ċifra rigward dawn l-ispejjeż minn mindu ġiet riattivata din l-applikazzjoni. Għaldaqstant, qed nagħti tagħrif dwar spejjeż partikolari li tħallsu s'issa in konnessjoni mal-proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta mir-riattivazzjoni 'l hawn, li huma dawn: Servizzi professjonali - Lm 21,952.55 Kontribuzzjoni lill-korpi kostitwiti u għaqdiet oħra - Lm 50,109.04 Ma dawn, iridu jiżdiedu l-ispejjeż konnessi mas-safar li sar mill-Ministeru tiegħi b'konnessjoni mal-proċess ta' l-iscreening. F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10785. Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li qed jinġabar tagħrif aġġornat dwar spejjeż ta' safar konness mal-proċess ta' l-iscreening li jien bi ħsiebni nagħti bi tweġiba għall-mistoqsija numru 12895.
Leg 9 PQ #12705 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Tal-Virtu' - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-qtugħ tal-provvista tad-dawl u l-ilma fl-inħawi tal-Virtu, Rabat, Malta? Jista' jara li ssir il-manutenzjoni li hemm bżonn sabiex ir-residenti ma jiffaċċjawx aktar inkonvenjent? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-qtugh fil-provvista ta` l-elettriku fl-inhawi msemmija kien ikkagunat minn hsarat differenti u mhux relatati ma` xulxin. Dawn kienu fit-3 ta` dan ix-xahar minhabba hsara fuq cable tal-11kV, fit-8 tax-xahar minhabba hsara fuq Low Voltage feeder u fl-14 tax-xahar minhabba hsara fuq is-sistema tat-33kV. F`kull kaz ix-xoghol mehtieg sar fl-iqsar zmien possibbli biex il-provvista ta` l-elettriku regghet ghan-normal.
Leg 9 PQ #12706 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - Spralli ta'l-ilma

Question

Peress li fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, hemm spralli ta' l-ilma tax-xita li sfrondaw u li qed jisfrondaw, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa? Peress li dawn ir-rapporti ta' ħsarat ilhom isiru x-xhur, jista' l-Ministru jirrimedja bil-manutenzjoni neċessarji immedjatament sabiex is-sistema ta' traffiku tiġi għan-normal u jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #12707 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz għall-ewwel tunnellata Alpha skond il-kuntratt li kien ikopri s-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz minimu garantit miftiehem skond il-kuntratt għall-ewwel tunnellata patata Alpha li ġiet imsiefra minn Malta lejn l-Olanda bejn l-1996 u l-1998 kien ta' NLG26.25 kull xkora ta' 25Kgs 'C & F free out European Port - Antwerp/Hamburg range' għal 5,000 tunnellata.