Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju li fallew l-iskola għal perijodu ta' aktar minn 15-il jum minn meta b'diet s-sena skolastika 1999/2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li fallew l-iskola għal perjodu ta' aktar minn 15-il ġurnata minn meta bdiet is-sena skolastika sa Diċembru '99 kienu:
Primarja 243
Sekondarja 1100
Snajja' 246
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti tal-ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħa taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi matul l-1998 u l-1999 huwa 43 u 50 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza lill- Mistoqsija Parlamentari Numru 13170.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
In-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent matul l-1998 u l-1999 huwa ta' 236 u 30 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13170 mogħtija mill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul 1998 u 1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartiment ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekastru (tal-Ministru għal Agrikoltura u Sajd) matul l-1998 u l-1999 huwa 47 u 35 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Prim Ministru għad-domanda parlamentari numru 13170.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tas-Saħħa matul l-1998 u l-1999 huwa 353 u 4 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Nru 13170 mill-Prim Ministru.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħaddiema li spiċċaw
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema matul l-1999 li ġew ittrasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u x'grad kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13163.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Ħaddiema li spiċċaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta` haddiema Maltin u Ghawdxin li spiccaw jahdmu minn mad-dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi matul l-1998 u l-1999 huwa ta` dsatax u hdax rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba moghtija mill-Prim Ministru ghall-Mistoqsija numru 13170 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti Maltin u Għawdxin li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta matul l-1999?
Kemm mill-pazjenti kienu taħt il-35 sena u kemm minnhom kienu tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
1. Matul is-sena 1999 intbagħtu 256 pazjent għall-kura barra minn Malta.
2. Taħt il-35 sena kien hemm 161 li minnhom 105 kienu tfal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija Maltin u Għawdxin li spiċċaw mill-korp matul l-1999? X'rank kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999 spiċċaw 29 membru mill-Korp tal-Pulizija. 28 kienu Maltin u wieħed Għawdxi. Il-karigi tagħhom hu kif jidher hawn taħt:
Supretendent - 1
Spettur - 1
Surġenti Irġiel - 6
Surġent Mara - 1
Kuntistabbli Rġiel - 14
Kuntistabbli Nisa - 6
TOTAL - 29
Peress li bis-sistemi tal-kwoti tal-majjal trid tispiċċa wara li Malta ssir membru tal-UE kif ukoll jiġi liberalizzat il-prezz tal-majjal għall-produttur lokali, jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi tal-majjal se jmorru aħjar b'dawn il-miżuri?
Kemm fil-fatt huwa mbassar mill-Gvern li se tespandi din l-industrija lokali wara li Malta ssir membru tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10916.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-industrija lokali tal-majjal se tkabbar il-produzzjoni tal-majjal minn dik li llum hija fid-dawl tal-liġijiet, ir-regoli u d-direttivi tal-ambjent ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-produzzjoni tal-majjal tiġi rregolata skond id-domanda tal-mument, irrelevanti mill-liġijiet, regoli u direttivi tal-U.E.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jrid jitbaxxa l-prezz tal-produtturi lokali tal-majjal sabiex ikun kompettiv mal-produtturi tal-UE wara li Malta ssir membru tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prezz tal-produtturi lokali tal-majjal huwa marbut ma ħafna fatturi u qegħdin isiru konsultazzjonijiet biex wieħed jevalwa s-sitwazzjoni aħjar fir-rigward tal-WTO.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE bħal Malta li għandhom provvista ta' majjal frisk li tlaħħaq mad-domanda tal-ħteġijiet tal-poplu rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minhiex f`pożizzjoni li nikkonferma statistika jew informazzjoni ta` pajjiżi oħra.
Peress li l-prezzijiet tal-produtturi tat-tjur tal-UE huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-produtturi Maltin, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jrid ikun il-prezz kompetittiv għall-produtturi Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru konsultazzjonijiet dwar il-prezzijiet lokali speċjalment fir-rigward tal-WTO.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn kienu r-rapporti ta' kontaminazjoni ta' l-ilma f'Malta u Għawdex mill-ewwel tas-sena sal-lum?
X'passi ttieħdu, xi żviluppi saru u kemm intrema ilma sabiex saru l-wash out neċessarji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-ewwel tas-sena sa llum, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma waslilha rapport wiehed ta` kontaminazzjoni fid-distribuzzjoni ta` l-ilma f`Malta u Ghawdex. Dan ir-rapport wasal minn residenti fi Triq Ganni Bonnici, Triq l-Indipendenza u Triq Girolamo Lorenzi f`Haz-Zebbug, Malta.
Il-Korporazzjoni hadet azzjoni immedjata billi twaqqfet il-produzzjoni ta` l-ilma mis-sors tal-kontaminazzjoni li kienet il-borehole ta` Wied Qirda. Minnufih beda jsir il-`washout` mill-mejnijiet ta` dawn l-inhawi u ttiehdu kampjuni mill-vit ta` l-ilma tax-xorb mir-residenzi taz-zona affettwata. Dan sar biex isiru t-testijiet u analizi mill-laboratorju tal-Korporazzjoni. Mill-`washouts` li saru intilef madwar 1500 metru kubu ta` ilma.
Tajjeb jinghad ukoll li fil-programm ta` sorveljanza li ssir kuljum fis-sorsi tal-produzzjoni ta` l-ilma, irrizulta li kien hemm kontaminazzjoni ohra fil-pumping station ta` Hal-Hlas u ohra fil-pumping station ta` Wied il-Kbir. Fiz-zewg kazi saru l-`washouts` mehtiega. Fil-`washouts` li saru bejn l-1 u t-3 ta` Jannar u bejn il-15 ta` Jannar u llum f`tal-Hlas, intilfu 54,700 metru kubu ilma. Fil-`washout` li saret fil-pumping station ta` Wied Il-Kbir mill-15 ta` Jannar u ghada ghaddejja sal-lum, intilfu 49,400 metru kubu ilma.
F`Ghawdex kien hemm kontaminazzjoni fil-pumping station tax-Xewkija u fil-`washouts` li saru bejn it-22 u l-24 ta` Jannar 2000 intilfu 1,680 metru kubu ilma. Kien hemm kontaminazzjoni ohra fil-borehole f`Ta` Kanal fejn fil-`washouts` li bdew fl-ewwel ta` din is-sena u ghadhom ghaddejjin intilfu 2,700 metru kubu ilma.
Ta` min jghid ukoll li mill-ewwel ta` din is-sena qed isiru `washouts` b`mod regolari fl-isprings fl-inhawi tar-Rabat ta` Malta.
L-incidenza tal-kontaminazzjoni fis-sorsi tal-produzzjoni ta` l-ilma mill-acquifer hija attribwita ghal diversi ragunijiet, fosthom (a) ix-xita qawwija li tikxef id-difetti ezistenti fis-sistema tad-drenagg, (b)tniggiz minn fertilizzanti u pesticidi li jsir mill-attivita` agrikola u (c) rimi ta` skart mid-djar, fabbriki u irziezet.
Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni tal-beef, wara li Malta ssir membru fl-UE?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali, fuq beef importat minn barra l-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.