Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal f'Malta u f'Għawdex matul l-1999?
Response (ZAMMIT, NINU)
B'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13687 il-produzzjoni/qatla totali tal-majjal kif kienet sa l-aħħar tas-sena 1999, kienet kif tidher indikata fit-tabella ta' hawn taħt :
MALTA GĦAWDEX BIĊĊERIJA PRIVATA
Numru Piz/Kilos Numru Piz/Kilos Numru P iz/Kilos
96,942 7,928,107 5,315 452,426 22,299 1,877,637
TOTALI : NUMRU 124,556
PIZ/KILOS 10,258,170
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz ta' kull kilo ċanga friska tal-BIS li nbiegħ mill-biċċerija matul l-1999? Kemm kien il-prezz għas-snin 1997 u 1998?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-interpellant li l-prezz taċ-ċanga mibjugħ taħt il-BIS fis-snin 1997, 1998 u 1999 kien rispettivament ta' 65c, 78c5 u 45c kull kilo. Il-prezz lill-proċessuri huwa relatat mal-prezzjijiet taċ-ċanga għall-manufattura fis-swieq internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bejjiegħa tal-laħam li xtraw iċ-ċanga friska mill-biċċerija matul l-1999? Xi kwantitajiet xtraw u kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus dan it-tunnellaġġ?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' bejjiegħa tal-laħam li xtraw ċanga friska u ħadu ċ-ċertifikat matul l-1999 kien ta' 14,200.
Il-kwantita li xtraw kienet ta' 1124089 kgs.
Peress li l-prezz li tinxtara ċ-ċanga huwa dak miftiehem bejn il-'Middleman' u l-kumpratur (butcher shop), ma tistax tiġi kkalkolata ċ-ċifra ta' flus.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tad-diesel/petrol leaded u unleaded għax-xahar ta' Jannar 2000 u Jannar 1999 u 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-bejgh ta` litri ta` petrol, petrol bla comb u diesel matul ix-xahar ta` Jannar f`dawn l-ahhar tlitt snin kien hekk:
1998 1999 2000
Petrol 5,693,070 4,972,020 4,465,440
Petrol bla Comb 2,170,880 2,182,900 2,380,300
Diesel 5,433,050 5,413,320 5,975,220
Total 13,297,000 12,568,240 12 ,820,960
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12708, jista' l-Ministru jgħid f'liema kategorija żdiedu n-numru ta' 286 part-timer fis-settur tal-biedja u/jew tas-sajd reġistrati mal-ETC?
Kemm huwa l-ammont tmiem li qed jikkoltivaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija paramentari numru 12709, jista' l-Ministru jgħid f'liema agro industrija sabu mpjieg fulltime l-449 ħaddiema matul l-1999 fuq is-sena 1998 li minn 1802 l-impjiegi fl-agro industrija żdiedu għal 2351 fis-sena 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġejt infurmat illi ċ-ċifra ta' 2351 tniżżlet bi żball fil-kolonna mmarkata "Mpjieg Full-Time" u minflok iċ-ċifra l-korretta kellha tkun 1709.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti lill-pulizija dwar kuntrabandu fuq xorb, ikel, sigaretti, eċċ matul l-1999? X'passi ttieħdu u x'kienu r-riżultati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999, il-Pulizija investigat 59 każ li jinvolvi kuntrabandu. Minn dawn, inbdew proċeduri quddiem il-Qorti fi 18-il każ fejn 4 minnhom ġew deċiżi, filwaqt li ser jinbdew proċeduri f`19-il każ ieħor. Ninsab infurmat ukoll li 12-il każ għadhom qed ikunu nvestigati filwaqt li 10 każi rriżultaw fin-negattiv.
Peress li f'Labini Street, Rabat, hemm bozza maqtugħa b'detriment li qed tkun ta' inkonvenjent għall-anzjani, jista' l-Ministru jawtorizza li jsiru l-manutenzjonijiet neċessarji?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Peress li r-residenti f'Montana, Wied il-Bużbież, Landrijiet, l/o Rabat għandhom talba pendenti għal bozza ġdida fl-inħawi imsemmija, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova din t-talba mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Peress li ħafna toroq prinċipali fit-12-il distrett, Rabat, Mellieħa, Imġarr, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, Manikata, Żebbiegħ, eċċ. jinsabu f'diżastru kawża tal-maltemp u qed joħolqu inkonvenjent kbir, inkluż nuqqas ta' sigurta fit-toroq lis-sewwieqa tal-vetturi, jista' l-Ministru jara li jsir pjan ta' għoti ta' tarmac ta' dawn it-toroq qabel is-sajf li ġej ħalli jkunu lesti qabel jibda l-istaġun turistiku f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-kisi tat-tarmac fit-toroq prinċipali ta` Malta kollha, inkluż tat-tnax il-distrett qed isir skond pjan li ilu ppublikat diversi xhur. Numru ta` toroq fit-tnax il-distrett huma ndikati li għandhom isiru fl-ewwel fażi tax-xogħol. Tajjeb wieħed jgħid li ż-żmien li l-affarijiet isiru bla pjan, bħal fil-każ tal-Bypass ta` l-Imtarfa, tal-Bypass ta` San Pawl il-Baħar u t-triq li tagħti għal Haż-Żebbuġ spiċċa u m`għandux jirritorna.
Peress li f'diversi inħawi fejn hemm il-ġonna fl-Imtarfa hemm ħafna bozoz maqtugħa, u naturalment qed jikkawżaw inkonvenjent lir-residenti ta' l-Imtarfa, jista'l-Ministru jawtorizza lid-dipartimenti responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet ħalli jagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-bozoz li ghalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, u li jinsabu fil-gonna ta` l-Imtarfa, ma jaqghux taht ir-responsabbilta` tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati t-toroq tax-Xemxija, limiti ta' San Pawl il-Baħar, u cioe' jkomplu jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jrriżultaw minn dan il-programm.
Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb, li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata u tingħata t-tarmac Triq l-Imġiebah, ix-Xemxija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb, li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex ikun jista jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati u jingħataw it-tarmac Triq il-Preistorja u Triq l-Imqades Megalitiku, ix-Xemxija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb, li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mdawwla Triq il-Preistorja, ix-Xemxija, u t-toroq residenzjali fl-inħawi? Peress li hemm residenti li ilhom jistennew li tiddawwal din it-triq aktar minn sitt snin, jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga u jirrimedja bl-aprovazzjonijiet neċessarji sabiex din it-triq tiddawwal mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba maghmula mill-Onorevoli Interpellant qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien in-numru ta' residenti fl-Imtarfa li rrapportaw xi ħsarat strutturali fil-bini tagħhom, ġdid u/jew li kien tas-servizzi? Jista' jgħid xi progress sar fuq dawn ir-rapporti u x'inhi s-sitwazzjoni llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din id-domanda tirrikjedi eżerċizju twil peress li jrid jiġu verifikati l-files kollha relatati ma' l-Imtarfa.
Jista'l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl-Imtarfa fil-mument? Kemm minnhom saru ġodda u x'ġara mir-riservaturi tas-servizzi? X'manutenzjoni saritilhom mid-dipartimenti konċernati matul l-1998 u 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ma ghandhiex informazzjoni dwar gibjuni fl-Imtarfa. Madanakollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` tad-Djar, meta ftit taz-zmien ilu kienet qed tizviluppa dan il-post, ghamlet survey tal-gibjuni li hemm hemmhekk.
Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat għaliex il-ġonna li hemm fl-Imtarfa huma kolha abbandunati? Jista' jiġi kkordinat programm ta' tindif meħtieġ? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-uniku sit fl-Imtarfa li għalih hemm kuntratt tal-manutenzjoni huwa tal-playing field li tinsab fi Triq San David u f`dan il-post qed isir xogħol regolarment. Kien sar xogħol ta` landscaping f`Lulju tal-1998, u f`Lulju u Awissu tal-1999, biss minn dak in-nhar l`hawn id-Dipartiment ma ġiex imqabbad mill-Kunsill tar-Rabat biex iwettaq xi xogħol ieħor.
Jista' l-Ministr jgħidu kemm huwa t-total ta' flus dovut f'refund tal-VAT lill-bdiewa, sajjieda u raħħala għas-sena 1999? Meta se jsiru dawn il-pagamenti matul din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` refunds tal-VAT mitluba minn bdiewa, sajjieda u raħħala għas-sena 1999 hu ta` Lm419,330.11. Minn dan l-ammont, bejn Awissu 1999 u Jannar 2000, tħallset is-somma ta` Lm178,987.39. Il-bilanċ ta` Lm240,342.72 imissu jitħallas bejn Frar u Mejju ta` din is-sena. Dan il-bilanċ jista` jinbidel minħabba denunzji oħra li jistgħu jidħlu matul Frar 2000 u x-xhur ta` wara.