Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14211 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat il-ħalib frisk huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma kien jaf hu stess meta kien responsabbli għas-settur agrikolu, l-impjant eżistenti jrid jiġi upgraded fl-interess ta' kulħadd. Pero' inżid ngħid li kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta' "standard" Ewropew, xorta fil-futur immedjat l-istess "standard" irid jiġi 'upgraded' għall-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.
Leg 9 PQ #14212 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat il-laħam tal-majjal huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jkun iktar speċifiku rigward liema mpjant. Pero' inżid ngħid li kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta' "standard" Ewropew, xorta fil-futur immedjat l-istess "standard" irid jiġi 'upgraded' għall-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.
Leg 9 PQ #13156 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Overdose/xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa b'overdose u kawża ta' xorb eċċessiv matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li matul l-1999 daħlu fl-Isptar San Luqa 307 persuna b'kawża ta' `overdose' u 53 kawża ta' xorb eċċessiv.
Leg 9 PQ #14005 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tjur — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi Maltin u Għawdxin tat-tjur se jmorru aħjar bit-tneħħija tal-protezzjoni tal-levy fuq importazzjoni ta' dawn il-prodotti f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf li sħubija sħieħa fl-U.E tfisser pakkett sħiħ għal benefiċju tal-produtturi Maltin u Għawdxin tat-tjur. Dan il-pakkett għandu jiġi negozjat fid-dettal mal-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej. Kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qal li l-levies kellhom jitneħħew bla ebda benefiċju fl-ambitu taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles li ried hu.
Leg 9 PQ #14006 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi Maltin u Għawdxin tal-majjal se jmorru aħjar bit-tneħħija ta' protezzjoni tal-levy fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott f'pajjiżna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji relatati dwar dan?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf li sħubija fl-U.E. tfisser pakkett sħiħ għal benefiċju tal-produtturi Maltin u Għawdxin tal-majjal. Dan il-pakkett għandu jiġi negozjat fid-dettal mal-Kummissjini tal-Kommunitajiet Ewropej. Kien il-Kap ta' l-Oppożizjoni li qal li l-levies kellhom jitneħħew bla ebda benefiċju fl-ambitu taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles li ried hu.
Leg 9 PQ #14007 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agro-industrija — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-agro-industrija lokali se tmur aħjar bit-tneħħija ta' protezzjoni tal-levy fuq importazzjoni tal-prodotti simili f'pajjiżna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji relati dwar dan l-impatt li saru mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf li sħubija sħieħa fl-U.E. tfisser pakkett sħiħ għal-benefiċju ta' l-Agri-Industrija f'Malta. Dan il-pakkett għandu jiġi negozjat mal-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej. Kien il-Kap ta' l-Oppożizjoni li kien qal li l-levies kellhom jitneħħew bla ebda benefiċju fl-ambitu tal-ftehim ta' Żona Kummerċjali Ħielsa.
Leg 9 PQ #13696 Sitting 247 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Farm Esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ġew irriklamati għall-bejgħ bl-offerti l-annimali ostrich u lamas li hemm fil-farm esperimentali tal-gvern fl-Għammieri? Kemm fil-fatt inbiegħu minn dawn l-annimali u kemm huwa n-numru ta' dawk l-ispeċi li baqa' fil-farm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-interpellant li ġew irreklamati għall-bejgħ ostrich wieħed u lamas wieħed. Ir-raġuni għal dan kienet li dawn kienu żejda. Il-farm tal-Gvern irċieva żewġ offerti għall-lamas u offerta għall-ostrich. Il-lamas nbiegħ lil dak li tefa' l-għola offerta. L-ostrich ma nbiegħx minħabba li l-prezz offrut kien baxx. Fil-farm bħalissa għandna par lamas, tnejn ostrich maskili u ostrich femminili.

Kunsilli Lokali — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-konkos li ngħata mill-Kunsill Lokali tar-Rabat matul dawn l-aħħar tlieta snin (li jkopru wkoll ix-xhur tas-sena 2000) fit-toroq rurali u urbani fil-konfini tar-Rabat? Liema huma t-toroq li fil-fatt ingħataw dan il-konkos matul il-perjodu msemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #13795 Sitting 247 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Relief valve

Question

Peress li ilu s-snin jingħad li se jsir relief valve tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta u llum il-bżonn ta' dan il-proġett għall-komunita' tar-Rabat sar wieħed ta' natura urġentissima, jista' l-Ministru jintervjeni u jara li dan il-proġett jinbeda u jitlesta matul din is-sena? Kemm kien in-numru ta' washouts ta' l-isprings ta' l-ilma ġieri li saru fir-Rabat matul l-aħħar ħames snin kawża tal-fawran tad-drenaġġ fil-lokal? Kemm kien in-numru ta' ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ irrapportati fl-istess perijodu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13979 (Seduta 245). Dwar it-tieni parti, il-'washouts' isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dwar in-numru ta' ħsarat, din l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #13998 Sitting 247 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Bolla tas-sigurta' nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 13396 u 12556, fejn il-Ministru wieġeb dwar in-numru globali, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament u mhux f'ċifra globali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalma jaf l-Onor. Interpellant, ma tinżamx statistika separata ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li bbenefikaw mill-għajnuna fuq il-bolla tas-sigurta soċjali.
Leg 9 PQ #14003 Sitting 247 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi Maltin u Għawdxin tal- ħalib frisk se jmorru aħjar bit-tneħħija tal-protezzjoni tal-levy fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti f'pajjiżna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru sabiex jiġi stabbilit dan il-fatt li qed isostni fid-diskorsi tiegħu dwar il-vantaġġ li se ġġib il-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea f'din l-industrija lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf li sħubija sħieħa fl-Unioni Ewropea tfisser pakkett sħieħ għal-benefiċju tal-produtturi Maltin u Għawdxin tal-ħalib frisk. Dan il-pakkett għandu jiġi negozjiat mal-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej. Kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kien qal li l-levies kellhom jitneħħew bla ebda benefiċju fl-ambitu tal-ftehim ta' Żona Kummerċjali Ħielsa.
Leg 9 PQ #14004 Sitting 247 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħaxix frisk — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-bdiewa Maltin u Għawdxin se jmorru aħjar bit-tneħħija ta' protezzjoni tal-levy fuq importazzjoni ta' ħaxix frisk f'pajjiżna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji relatati dwar l-impatt ta' din l-eżenzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf li sħubija sħieħa fl-U.E. tfisser pakkett sħiħ għall-benefiċju tal-bdiewa Maltin u Għawdxin. Dan il-pakkett għandu jiġi negozjat fid-dettal mal-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Europej. Kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qal li l-levies kellhom jitneħħew bla ebda benefiċju fl-ambitu taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles li ried hu.
Leg 9 PQ #13690 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija ta' annimali

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' raħħala li jrabbu l-baqar, l-għoġġiela, majjal, tjur, mogħoż, nagħaġ u fniek reġistrati mad-dipartiment tas-servizzi veterinarji tad-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' raħħala reġistrati f'Malta mas-Servizz Veterinarju huma : i. Baqar u Għoġiela 116 ii. Mogħoż u Nagħaġ 1258 iii. Majjal 183 iv. Tjur 410 Għar-rigward tal-produtturi tal-fniek għad ma jeżistix reġistrazzjoni ta' dawn.

Koperattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' koperattivi ġodda li twaqqfu matul l-1999 u kemm huwa n-numru ta' ħaddiema mpjegati f'dawn il-koperattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm ħames koperattivi ġodda li twaqqfu matul l-1999. Fir-rigward għall-mistoqsija dwar in-numru ta' ħaddiema mpjegati f'dawn il-koperattivi, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Koperattivi ma jżomx dawn ir-rekords.
Leg 9 PQ #13692 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma — Ħofor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħofor ta' l-ilma li ġew reġistrati u/jew mogħtija l-permess li jsiru, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? F'liema inħawi ta' Malta ġew mogħtija dawn il-permessi u kemm minnhom huma permessi li nħarġu lil bdiewa u raħħala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta` hofor ta` l-ilma li gew registrati sena b`sena matul dawn l-ahhar hames snin huwa kif gej: SENA MALTA GħAWDEX 1995 0 0 1996 0 0 1997 2877 1764 1998 42 14 1999 164 24 2000 13 3 Ma nhareg ebda permess la biex jithaffru u wisq anqas biex jigi ppumpjat ilma minn dawn il-hofor. Ta` min jghid li fl-1997, in forza ta` l-Avviz Legali numru 120 ta` l-istess sena, inghatat l-opportunita` biex jigu rregistrati dawk il-hofor li kienu thaffru illegalment. Madanakollu l-istess avviz ma kienx intiz biex jillicenzja l-uzu taghhom.
Leg 9 PQ #13693 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Spiri — Refund

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitħallsu lura l-flus ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li rreġistraw l-ispiri tagħhom u ħallsu l-Lm100 bħala proċedura? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li wara li saru l-ispezzjonijiet fuq l-ispieri biex jigi ccertifikat li dawn tasew kienu antiki, jigifieri registrati qabel l-1955, dawk il-mitt lira li bhala procedura kienu thallsu fuq dawn l-ispieri se jibdew jinghataw lura. Fil-fatt diga` kien hemm min ircieva l-imsemmi ammont. Hu mahsub li fi zmien ftit xhur ohra l-flus kollha dovuti jkunu thallsu.
Leg 9 PQ #13694 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied Inċita — Nuqqas ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar sabiex tiġi rranġata l-problema ta' nuqqas ta' ilma fil-mixtla ta' Wied Inċita? Meta huwa maħsub li tiġi rimedjata din il-problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sitwazzjoni rigward l-ilma għada bħal ma kienet sentejn ilu. Il-problema tista' tiġi rimedjata hekk kif jiġu pprovduti r-riżorsi neċessarji.
Leg 9 PQ #13695 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom l-uffiċjali li attendew għal safar sabiex jirrappreżentaw id-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd matul l-1999 u f'liema konferenzi/laqgħat attendew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-konferenzi u laqgħat li sar minn uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd barra minn Malta matul l-1999.
Leg 9 PQ #13684 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fabbrika ġdida tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi progress sar dwar il-proġett ta' bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib? Fejn hi l-art li se jagħti l-gvern lir-raħħala għal dan il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li l-MDP ikkomissjonat studju dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib. Il-konsultazzjonijiet mal-PA dwar l-art identifikata għal dan il-proġett għadhom sejrin.
Leg 9 PQ #13685 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u f'Għawdex matul l-1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-produzzjonital-ħalib frisk f'Malta u Għawdex matul l-1999 kien hekk : Malta 7,380,272 Galluni Għawdex 2,474,835 Galluni