B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-ħaxix frisk u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjon Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-frott frisk u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqsatant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat it-tadam huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf li hawn iktar minn impjant wieħed li jipprocċessa t-tadam. L-istandard bejn impjant u ieħor ivarja konsiderevoli. Trid issir klassifikazzjoni tal-impjanti.
Pero' inżid ngħid li kemm bi sħubija u kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta' "standard" Ewropew, xorta fil-futur immedjat l-istess "standard" irid jiġi 'upgraded' għall-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar u għall-ġid tal-konsumatur.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta'l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-ħalib frisk u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali taċ-ċanga u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-bajd frisk u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-laħam abjad u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqżgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-fniek u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opprtunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjon Ewropea, il-CAP, jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-ġbejniet friski u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat il-laħam tat-tiġieġ huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema mpjant qiegħed jirreferi.
Pero' inżid ngħid li kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta' "standard" Ewropew, xorta fil-futur immedjat l-istess "standard" irid jiġi 'upgraded' għall-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat il-butir huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Hemm bżonn li l-ewwel jiġu reġistrati l-impjanti tal-butir u wara jiġu klassifikati.
Pero' inżid ngħid li kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta "standard" Ewropew, xorta fil-futur immedjat l-istess "standard" irid jiġi 'upgraded' għall-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.
Jista'l-Ministru jgħid jekk l-impjanti ta' l-industrija ta' l-imbid humiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema mpjanti ta' l-industija ta' l-inbid u għal liema regolamenti u ħtiġijiet ta' l-Unjoni Ewropea qed jirreferi.
Pero' inżid ngħid li kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux "standard" Ewropew, xorta fil-futur immedjat l-istess "standard" irid jiġi 'upgraded' għall-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position papers dwar id-diversi setturi li jaqgħu taħt il-kapitoli ta' l-agrikoltura u jindika l-kapaċita' li Malta trid sabiex tkun konformi mal-provvedimenti ta' l-acquis communautaire?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
Jista' l-Ministru jindika l-ħteġijiet li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-qasam tal-biedja u sajd fil-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea jridu jsiru dwar l-operat kollu tal-politika agrikola komuni u dwar diversi aspetti tal-politika komuni dwar is-sajd. Ovjament, dawn in-negozjati jriedu jiggarantixxu li f'pajjiżna jkompli jinżamm il-bilanċ bejn provvista bnina ta' prodotti bi prezzijiet adekwati għall-bidwi/raħħal/sajjied, u dan b'mod sostenibbli u b'sistemi li jħallu mpatti posittivi fuq l-ambjent.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-majjal, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' titjiriet li l-Air Malta għamlet lejn il-Libja mit-tmiem tas-sansjonijiet 'il hawn?
Fejn kienu id-destinazzjonijiet, kemm kien in-numru ta' passiġġieri Maltin, Libjani u oħrajn fuq dawn it-titjiriet?
X'kooperazzjoni mistennija tiżviluppa l-linja nazzjonali ta' l-Air Malta sabiex tkabbar aktar in-numru ta' passiġġieri?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn mindu tnehhew is-sanzjonijiet tal-Gnus Maghquda sa l-24 ta` Frar ta` din is-sena, l-Air Malta ghamlet 493 titjira lejn Tripli u Benghazi fil-Libja. Matul dawn it-titjiriet ingarrew total ta` 96,116-il passiggier.
Ma jidhirlix li jkun fl-ahjar interess tal-linja nazzjonali li nwiegeb l-ahhar parti tal-mistoqsija, liema parti hija ta` natura kummercjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li żaru ċ-ċentru ta' San Luċjan matul l-1999?
Kemm minnhom kienu ġejjin minn skejjel privati u dawk governattivi?
Kemm kien in-numru tal-membri tal-pubbliku u turisti li żaru dawn iċ-ċentri?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi 2186 student żaru ċ-Ċentru ta' l-Akwakultura matul l-1999. 839 min dawn kienu ġejjin min sekondarji u 1347 kienu studenti primarji. Dawn il-visti jiġu kollha kkordinati mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u dan id-Dipartiment ma jagħmilx distinzjoni bejn studenti abbażi ta' jekk ikunu ġejjin minn skejjel privati jew governattivi.
Dan iċ-Ċentru ma jżommx listi ta' membri tal-pubbliku u turisti li jkunu żaru l-post iżda ninsab infurmat li kienu ġew organizzati żjarat għall-grupp ta' turisti Ġermaniżi u grupp ta' anzjani Maltin li kienu ġew rapurtati fil-gazzetti lokali meta saru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura mietux kwantitajiet ta' fingerlings?
Jekk huwa l-każ, x'investigazzjoni saret u x'irriżulta mill-analasi ta' l-inkjesta?
X'passi se jittieħdu sabiex dan l-inċident jiġi rimedjat għall-futur?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li ma kienx hemm mwiet ta "kwantitajiet" ta' fingerlings fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura barra dawk l-imwiet li jkun hemm f'kull trobbija b'rata normali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li żaru l-farm esperimentali matul l-1999?
Kemm kienu ġejjin minn skejjel primarji u sekondarji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fil-farm esperimentali, matul l-1999 attendew 7,942 studenti.
5,347 ġew minn skejjel primarji u 2,595 ġew minn skejjel sekondarji.