Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sajjieda Maltin u Għawdxin li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ma saret l-ebda applikazzjoni għal għajnuna u/jew għal sussidju mingħand sajjieda fuq l-investiment li se jagħmlu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kooperattivi tal-bdiewa, raħħala u sajjieda li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda talba għal għajnuna minn koperattivi tal-bdiewa, raħħala u sajjieda taħt skemi mħaddma mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul Jannar u Frar ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li jkabbru t-tadam għall-industrija lokali tal-ipproċessar li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment isemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala reġistrati f'Malta u Għawdex sabiex jipproduċu ġbejniet friski li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' prodotturi ta' fniek Maltin u Għawdxin li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment isemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa Maltin u Għawdxin li jrabbu n-naħal li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lmenti li tressqu mill-pubbliku lill-Water Services Corporation dwar kontijiet għoljin tal-konsum tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar u Frar, 2000? Kemm huwa n-numru ta' ilmenti li ġew finalizzati s'issa u meta mistenni li jiġu finalizzati l-bqija? Kemm tammonta ċifra globali f'dan il-perijodu li naqqset il-Water Services Corporation minn dawn il-kontijiet ikkontestati bħala għoljin mill-familji Maltin u Għawdxin matul ix-xhur imsemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tal-bajd frisk li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tat-tiġieġ tas-simna li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkulat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tal-majjal li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkulat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tal-ħalib frisk li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkulat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14006, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importazzjoni tal-majjal, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala "In-National Programme for the Adoption of the Acquis" (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14005, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importazzjoni tat-tjur, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala "In-National Programme for the Adoption of the Acquis" (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14007, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importzzjoni ta' l-agro-industrija, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala "In-National Programme for the Adoption of the Acquis (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
Peress li l-Ministru kkonferma li l-preparazzjonijiet li qed isiru mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jitnaqqsu l-listi kbar li għandhom pendenti l-pazjenti Maltin u Għawdxin sabiex jagħmlu l-operazzjonijiet tal-kataretti, xorta mhux se jindirizzaw l-problema fl-immedjat, jista' l-Ministru jikkonsidra li jinġieb team mediku barranin sabiex f'perijodu mmedjat jagħmel dawn l-operazzjonijiet ta' l-għajnejn li qed jikkawżaw problemi kbar lill-popolazzjoni anzjana tas-soċjeta' tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sabiex niffukaw fuq il-waiting list tal-kataretti fl-għajnejn, minn Awissu 1999 beda jintuża esklussivament għal operazzjonijiet ta' l-għajnejn, tejatru fl-isptar Karen Grech.
Fil-preżent qed isiru operazzjonijiet ta' l-għajnejn kuljum filgħodu, u wara nofsinhar ukoll f'ċertu ġranet. Qed nesploraw jekk nistgħux nagħmlu sessjonijiet wara nofsinhar fil-jiem kollha tal-ġimgħa biex b'hekk titnaqqas il-waiting list preżenti.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tat-tadam u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali ta' l-imbid u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire u liema huma dawk l-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?