Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Maltin u Għawdxin li fil-mument jinsabu jieħdu l-benefiċċji soċjali tar-relief u tal-pensjonijiet separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Maltin u Għawdxin li fil-mument jinsabu jirċievu l-Għajnuna Soċjali huwa ta' 10,645, filwaqt li 4,234 persuna oħra jirċievu l-Pensjoni ta' l-Eta'.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk it-toroq fil-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar li huma fir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali u li se jingħataw t-tarmac matul din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed isir xogħol ta` tqegħid tal-`wearing course` f`Mosta Road, Triq San Pawl u Triq San Ġorġ. Xogħolijiet f`toroq oħra isiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu d-Dipartiment.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformana liema huma dawk it-toroq f'Burmarrad u fil-Wardija li huma fir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali li se jingħataw it-tarmac matul din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq fil-preżent qed isewwi l-ħsarat li saru bil-maltemp ta` din ix-xitwa fil-Wardija, kif ukoll qed isiru spezzjonijiet fit-toroq li għadhom mhux asfaltati f`Burmarrad biex jiġi deċiż prijorita` tax-xogħolijiet fl-inħawi.

Imtarfa — Bypass - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformana meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-bypass ta' l-Imtarfa? Kemm swew s'issa dawn ix-xogħlijiet fuq din it-triq u kemm mistennija li tiswa meta tkun ffinalizzata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħolijiet waslu biex jitlestew hekk kif titlesta` parti ta` ħajt biex jilqa t-tafal milli jaqa` fit-triq, u jingħata l-aħħar wiċċ fil-parti t`isfel tat-triq. Bħalissa l-ammont ta` xogħol li sar hu stmat li jiswa Lm65,000, u meta t-triq tkun lesta kollha, inklużi ż-żewġ kareggjati, ix-xogħol hu stmat li jitla madwar Lm200,000.
Leg 9 PQ #14664 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk is-siti fissi li fihom hemm u se jibqa' jkun hemm fix-xhur li ġejjin ħaddiema tax-xogħlijiet pubbliċi jaħdmu fuq xi proġetti? Kemm isiru spezzjonijiet fix-xahar f'siti bħal dawn biex jitnaqqas l-iskartar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul ix-xhur li ġejjin għandu jkun hemm ħaddiema fis-siti li ġejjin: 1. Ta' Xħajma Race Track 2. Żebbug Shooting Range 3. Administration Centre, Victoria 4. Qbajjar Road, Marsalforn 5. Ċittadella Spezzjonijiet fuq ħaddiema f'dawn is-siti jsiru għall-għarrieda skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #14665 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tħawwil ta' siġar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħawwlu siġar f'Għawdex fl-iskema ta' l-afforestazzjoni matul is-sena 1999? Tista' tgħidilna kemm minn dawn is-siġar ingħataw lill-gvern minn entitajiet jew awtoritajiet barranin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta' siġar li tħawwlu f'Għawdex taħt l-iskema ta' l-afforestazzjoni matul is-sena 1999 kien 2099. L-ebda waħda minn dawn is-siġar ma ngħatat lill-gvern minn entitajiet jew awtoritajiet barranin.
Leg 9 PQ #14666 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Art tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm art tal-Gvern f'Għawdex mikrija għand il-bdiewa minn sena għal sena? Tista' tgħidilna jekk bdewx isiru spezzjonijiet mill-uffiċjali tekniċi li hemm fl-uffiċċju ta' l-artijiet f'Għawdex biex jiġi żgurat li din l-art qiegħda tintuża biss għal skopijiet ta' biedja? Jekk fin-negattiv, meta se jibdew isiru spezzjonijiet bħal dawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'Għawdex hemm madwar 614 ettari ta' art tal-Gvern mikrija lill-bdiewa minn sena għal sena. Ma jsirux spezzjonijiet fuq bażi regolari għall-għan imsemmi mill-Onor. Interpellant pero' meta jsiru rapporti li xi art tal-Gvern mhix tiġi użata għall-iskop li hi mikrija, is-Sezzjoni tal-Agrikoltura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex tiġi mitluba biex tagħmel l-istħarriġ meħtieġ biex jiġi żgurat li l-art tal-Gvern tiġi użata għal skopijiet ta' biedja.
Leg 9 PQ #14667 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inċidenti tat-traffiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu n-numri ta' inċidenti tat-trattfiku rrapportati f'Għawdex matul Jannar u Frar ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-perjodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġew irrapurtati lill-Pulizija 96 inċident tat-traffiku f'Għawdex.
Leg 9 PQ #14731 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li prodott popolari mat-trabi, il-Farleys, matul dawn l-aħħar 18-il xahar għola sostanzjalment? Jista' jgħid kemm kien il-prezz ta' dan il-prodott fl-1997, 1998, 1999 u kemm huwa l-prezz illum għall-familji Maltin u Għawdxin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-ahhar tmintax-il xahar il-prezz tal-prodott imsemmi zdied minn 80 centezmu ghal 86 centezmu. Din iz-zieda kienet dovuta l-aktar ghal tibdil fil-prezz minn barra l-pajjiz u element zghir minhabba caqlieq fir-rata tal-kambju. Il-prezz tal-Farleys Rusks matul dawn l-ahhar erba` snin kien ta` 76 centezmu fl-1997, 78 centezmu fl-1998, 80 centezmu fl-1999 u 86 centezmu din is-sena. Ta` min jghid li ghalkemm dan il-prezz huwa dak rakkomandat, il-prodott jista` jinstab bi prezz imrahhas.
Leg 9 PQ #14732 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsum ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-fuel, tad-diesel, petrol u unleaded petrol matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998, 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-konsum ta` fuel f`litri matul Jannar u Frar ta` l-ahhar erba` snin kien kif gej: Xahar Sena Diesel Petrol Petrol bla Comb Jannar 1997 5,690,760 5,661,100 1,658,9 50 Frar 1997 5,111,800 5,235,500 1,672,940 Jannar 1998 5,433,050 5,693,070 2,170,880 Frar 1998 5,039,350 5,232,450 1,994,230 Jannar 1 999 5,413,320 4,972,020 2,182,900 Frar 1999 5 ,541,964 5,194,050 2,333,790 Jannar 2000 5,9 75,220 4,466,440 2,380,300 Frar 2000 6,251,800 4,970,550 2,811,760
Leg 9 PQ #14658 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Dħul

Question

B'riferenza għall-miżuri ta' l-aħħar budget, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jrid idaħħal aktar id-dipartiment tat-taxxi fi ħlas ta' NI mingħand is-self-employed fl-ewwel term ta' din is-sena meta pparagunat ma'l-istess perijodu ta' l-1997?

Response (DALLI, JOHN)

Billi l-kalkoli jsiru abbażi ta` tnax il-xahar, ninforma lill-Onorevoli Membru li, fl-1997 (minħabba li d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali kien nieda skema ta` amnestija), kien daħħal Lm10.3 miljuni mingħand is-self-employed. Din is-sena, skond kif hemm ippublikat f`Appendix A, paġna 355, ta` l-Estimi Ġenerali Elfejn, id-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali jistma li ser jiġbor Lm10.5 miljuni mingħand dan is-settur.
Leg 9 PQ #14659 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Hobż — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iffranka l-gvern matul Jannar u Frar ta' din is-sena bit-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jistma li, fuq medda ta` tnax-il xahar, din is-sena s-sussidju fuq il-ħobża maltija kien ser ilaħħaq Lm1.8 miljuni.
Leg 9 PQ #14660 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal VAT fuq il-kontijiet tal-Maltacom matul Jannar u Frar ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skond l-Artikolu 56 (1) ta` l-Att ta` l-1998 dwat it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, it-tagħrif mitlub hu meqjus bħala sigriet u kunfidenzjali u għaldaqstant ma jistax jingħata.
Leg 9 PQ #14661 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Sigaretti/tabakk/alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxi fuq is-sigaretti, tabakk u alkoħol matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Kemm kien il-ħlas fl-istess perijodu għas-sena 1997?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant it-taxxi miġbura fuq is-sigaretti, tabakk u alkoħol matul Jannar u Frar ta` din is-sena (2000) u ta` 1997 huma kif ġej : 2000 1997 Lm Lm Jannar Frar Jannar Frar Sigaretti 743,435 708,955 625,875 794,450 Tabakk 37,446 45,6 84 23,727 3,435 Alkoħol 157,944 169,846 3 12,406 177,531
Leg 9 PQ #14662 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi li minn din is-sena bdew jiġu ntaxxati bil-VAT barra l-fuel u t-telefon? Kemm tħallset VAT fuqhom matul Jannar u Frar ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`hemm ebda servizzi li minn din is-sena li bdew jiġu ntaxxati bil-VAT għajr dawk imħabbra fil-Budget 2000.
Leg 9 PQ #14663 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Bdiewa/sajjieda — Sussidji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw sussidji lill-bdiewa u lis-sajjieda Għawdxin matul is-sena 1999?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sussidji li ingħataw mill-Ministeru għal Għawdex lill-bdiewa u sajjieda Għawdxin matul is-sena 1999 jammontaw għal Lm42,998.03.
Leg 9 PQ #14652 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Front - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex matul il-jum 3, 4 u 5 ta' Marzu fil-front tas-Sliema fejn qed issir ix-xogħol ta' manutenzjoni kien hemm nuqqas ta' dawl li kkważa nuqqas ta' safety kemm għall-pubbliku u l-karozzi li jiffrekwentaw l-inħawi? Jista' jara li jinforma l-bord tat-traffiku u l-awtoritajiet konċernati sabiex dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom f'areas daqstant sensittivi u traffikużi u li l-gvern fl-istess jum tat-3 ta' Marzu kellu żewġ ministri jżuru l-hekk imsejħa xogħlijiet kbar li qed isiru fil-pajjiż fil-preżent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-ġranet li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, l-Enemalta qalgħu xi arbli li kienu qed jostakolaw ix-xogħol ta' 'embellishment'. Fil-frattemp twaħħlu 'floodlights' fuq arbli temporanji li twaħħlu minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.

Impjiegi — Sick leave

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rrapportati fuq il-post tax-xogħol u kemm kien in-numru ta' ħaddiema li kienu fuq is-sick leave fl-istess perjodu? Kemm kien in-numru ta' familji u single parents li matul Jannar u Frar bdew jieħdu l-benefiċċji taċ-children allowance? Kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti u meta se jiġu ffinalizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' talbiet għall-Benefiċċju tal-Korriment kienu kif ġej:- Xahar Numru ta' Talbiet ----- ----------------- Jannar 362 Frar 455 Fl-istess perjodu n-numru ta' ħaddiema fuq 'sick leave' kien:- Xahar Numru ta' Ħaddiema ----- ------------------ Jannar 22,625 Frar 12,289 Ninforma lill-Onor. Membru li n-numru ta' familji w 'single parents' li matul Jannar u Frar bdew jieħdu l-'Allowance' tat-Tfal kien ta' 1,405, numru minnhom għall-ewwel darba u oħrajn wara li pproduċew id-dokumenti mitluba biex seta' jinħadem il-każ tagħhom. Applikazzjonijiet pendenti hemm 216 u dawn jiġu finaliżżati meta l-applikanti jipprovdu l-informazzjoni li ġiet mitluba lilhom biex id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jkun jista' jistabilixxi r-rata ta' l-'Allowance' dovuta.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna supplimentari li daħlu matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu applikazzjonijiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul Jannar u Frar ta' din is-sena daħlu 19,707 applikazzjoni għall-Allowance Supplimentari. Minn dawn kien hemm 445 li kienu applikazzjonijiet ġodda.