Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15064 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq il-Kappillan Magri - Dawl

Question

Peress li fi Triq il-Kappillan Magri, il-Mellieħa, hemm bozoz maqtugħa, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni fuq il-bozoz li ghalihom qed issir riferenza diga` saret.
Leg 9 PQ #15159 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Fund investments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li b'kollox l-awtoritajiet Maltin diġa' taw permess lill-HSBC biex jibagħtu barra minn Malta Lm30 miljun f'fund investment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min jixtieq iqiegħed il-flus ġo `Investment Fund` li huwa awtorizzat jinvesti barra minn Malta jista` jagħmel dan bla permess sal-limitu ta` investiment li kull individwu adult Malti jista` jagħmel f`munita barranija kull sena. Fil-preżent dan il-limitu hu ta` Lm 15,000. Għaldaqstant il-`Fund Managers` m`għandhomx bżonn permess biex jibgħatu barra minn Malta flus bħal dawn.
Leg 9 PQ #15352 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Eżenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' eżenzjonijiet li saru fuq l-importazzjoni tal-patata ta' l-ikel matul l-1999 u fl-ewwel xhur ta' Jannar, Frar u Marzu tas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minkejja li l-eżenzjonijiet mill-ħlas tal-levy jiġu ppublikati regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern, xorta ser nagħti l-informazzjoni lill-Onor. Interpellant. Fl-1999 ħarġu 5 eżenzjonijiet mill-ħlas tal-levy fuq patata mportata. Dawn kienu jikkonsistu minn : 42 tunnellata għall-produzzjoni tal-crisps. 112 tunnellata għall-produzzjoni tac-chips. 25 tunnellata għall-isptarijiet u stituzzjonijiet tal-Gvern. F'Jannar u Frar ta' din is-sena ħarġu 4 eżenzjonijiet mill-ħlas tal-levy. Dawn kienu jikkonsistu minn : 104 tunnellata għall-isptarijiet u stituzzjonijiet tal-Gvern. 26 tunnellata għall-produzzjoni tal-crisps. F'Marzu, 2000 ma ħarġet ebda eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq importazzjoni tal-patata. L-eżenzjonijiet ħarġu minħabba n-nuqqas ta' patata w l-prezzijiet għoljien fis-suq lokali. Ingħatat kunsiderazzjoni wkoll fil-każ ta' l-isptarijiet, li jekk ma jkunx hemm patata friska provduta lilhom, il-pazjenti jingħataw patata tat-trab miżjuda bl-ilma. Għaldaqstant jien ħadt il-parir ta' l-uffiċjali kompetenti fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, u fl-aħjar interessi ta' dawn il-pazjenti u b'assigurazzjoni li ma hu ser isir l-ebda mpatt negattiv fuq il-bdiewa, rrakomandajt it-tneħħija tal-levy.
Leg 9 PQ #15353 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Eżenzjoni

Question

Peress li l-Ministru fil-Parlament nhar it-Tnejn 27 ta' Marzu qal li l-amministrazzjoni preċedenti tat lil min deherilha eżenzjoni fuq il-patata ta' l-ikel importata, jikkonferma l-Ministru li l-kumpannija li ġiet eżentata mhix protetta bil-levy ta' protezzjoni fuq l-istess prodott impurtat? Jikkonferma li l-prodotti l-oħra bħal crisps, eċċ, huma protetti bil-levy? Jikkonferma li l-eżenzjoni li ngħatat il-kumpannija taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienet għall-VAT li l-ħxejjex kienu għoljin minħabba l-maltemp tant li fil-fatt kienu ġew eżentati prodotti oħra bħal kaboċċi u pastard fl-istess sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nistgħax nikkonferma l-ewwel parti tal-mistoqsija GħAX il-patata chips għall-"catering" hija suġġetta għal levy ta' 25c per kg. Rigwardl-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor. interpellant jaf li l-patata u l-ħxejjex mhux suġġetti għall-VAT. Barra minnhekk din is-sena wkoll il-prezz tal-patata kien għoli minnħabba l-maltemp.
Leg 9 PQ #15056 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fisheries monitoring centre — Koperattivi/sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-koperattivi u mas-sajjieda dwar it-twaqqif tal-fisheries monitoring centre matul l-1999? Meta saru, fejn u x'osservazzjonijiet tressqu mill-koperattivi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif diġa nfurmajt lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 15055, il-'Fisheries Monitoring Centre' ma hu xejn għajr upgrading tad-ipartiment tas-Sajd u Akwakultura f'dan il-qasam. Laqgħat isiru regolari mal-'Fisheries Advisory Board' fejn kif naħseb taf inti, l-koperattivi kif ukoll is-sajjieda huma rappreżentati. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li matul l-1999 il-bord iltaqa' sitt darbiet.
Leg 9 PQ #15057 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni agrikola organika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-varjetajiet ta' ħxejjex li bdew jiġu esperimentati fuq bażi ta' produzzjoni agrikola organika f'Jannar u Frar u fl-ewwel 20 jum ta' Marzu ta' din is-sena? X'inhu l-pjan dwar dawn il-provi u meta huwa maħsub li jkunu lesti dawn il-provi?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 14941.
Leg 9 PQ #15058 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema setturi tal-biedja mistennija jintalbu derogi sabiex ma jkunux żvantaġġjati l-bdiewa/raħħala/produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rispost għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14221.
Leg 9 PQ #15059 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti ta' l-ikel — Levies

Question

Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari numru 11652? Jista' jinfurmana kemm kienu l-integrated tariffs of the EC (TARIC) għall-pajjiżi membri matul l-1999 fuq il-laħam aħmar, zokkor, butir, ġobon u ġwież, impurtat mill-pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 11652.
Leg 9 PQ #15060 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ikel — Levies

Question

Jista' l-Ministru jaġġornana dwar il-mistoqsija parlamentari numru 11651, u cioe' jgħid xi stħarriġ sar dwar din il-materja bejn il-perijodu mit-23 ta' Novembru, 1999 sal-lum? Tista' tgħid xi żviluppi kien hemm wara l-aħħar WTO meeting f'dan ir-rigward?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-istharrig li qed jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant qed jigi ikoordinat mill-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd. Ghaldaqstant, ghal aktar dettalji, nissuggerixxi li l-mistoqsija tigi indirizzata lil dak il-Ministeru. Il-laqghat ta` livell ministerjali ta` l-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO) li nzammet gewwa Seattle f`Novembru li ghadda ma wassletx ghal ftehim globali dwar mizuri godda biex jitkattar il-kummerc fid-dinja. Madanakollu din il-laqgha kompliet issahhah il-pozizzjoni indikata fil-passat mill-Organizazzjoni, jigifieri li l-process ta` liberalizazzjoni globali ghandu jinkludi wkoll progressivament oqsma ohra barra dawk industrijali. F`dan il-kuntest l-Organizzazzjoni diga` qed tishaq li kull ftehim ghal zona ta` kummerc hieles ghandu jkopri mhux anqas minn disghin fil-mija tal-kummerc kollu attwali u ghalhekk bilfors li dan irid jinkludi wkoll element sostanzjali mill-kummerc fi prodotti agrikoli.
Leg 9 PQ #15061 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa — Dawl

Question

Peress li hemm bozza maqtugħa qrib Dar is-Sejjieħ, qabel in-niżla ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni fuq il-bozza li ghaliha qed issir riferenza diga` saret.
Leg 9 PQ #15050 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija — Protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex verita' li bi sħubija ta' Malta fl-UE, il-Gvern Malti jkollu jneħħi l-liġi tal-protezzjoni ta' l-industrija lokali sabiex jaġġorna mas-sistema tat-TARIC tal-UE, filwaqt li bil-politika ta' kummerċ ħieles ma jkunx hemm bżonn ta' bidla f'dan is-sens? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vantaġġi għal pajjiżna meta wara li Malta ssir membru tal-UE jkollha tapplika l-Integrated Tariffs of the European Union Communities it-TARIC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kuncett ta` `Zona ta` Kummerc Hieles` illum intrabat mad-definizzjoni moghtija mill-Organizzazzjoni ghall-Kummerc Dinji. Din tispecifika li `Zona ta` Kummerc Hieles` ghandha tkopri mhux anqas minn disghin fil-mija tal-kummerc totali bejn il-pajjizi msiehba fiz-zona. Ghaldaqstant mhux aktar realistiku li wiehed jitkellem fuq `Zona ta` Kummerc Hieles` li tkopri biss il-prodotti industrijali. Illum din it-tip ta` zona trid bilfors tkopri ukoll oqsma ohra, bhalma huma s-servizzi kif ukoll partijiet sewwa mill-attivita` agrikola. Fuq dan il-punt l-Unjoni Ewropeja kienet cara hafna fil-komunikazzjonijiet li kellha ma` l-amministrazzjoni precedenti. Ghalhekk f`dan il-kuntest mhux korrett li wiehed jahseb, kif jidher li qed jimplika l-Onorevoli Interpellant, li pajjizna jista` jghaddi ghal `Zona ta` Kummerc Hieles` ma` l-Unjoni Ewropeja minghajr ma jnehhi l-protezzjoni ta` l-industriji lokali. Is-shubija fl-Unjoni Ewropeja timplika diversi bidliet ghal Malta, fosthom dik li naggornaw it-tariffi fuq il-prodotti li joriginaw minn barra l-Unjoni. Dawn il-bidliet ma nistghux inharsu lejhom bil-bicciet, izda rridu nharsu lejhom komplessivament. Il-qofol ta` kollox huwa li bhala membri ta` l-Unjoni Ewropeja insiru parti integrali mis-suq uniku Ewropew u mill-mekkanizmu li jiggwida lil dan is-suq. Min-naha l-ohra, jekk nibqghu barra ser nispiccaw zvantaggjati ferm fil-konfront ta` min ser ikun qed jikkompetilna minn gewwa.
Leg 9 PQ #15051 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu rrapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar u l-ewwel 20 jum tax-xahar ta' Marzu? X'passi ttieħdu u x'kienu r-riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija kellha 12-il-rapport dwar kuntrabandu. F`żewġ każijiet l-investigazzjoni irriżultat fin-negattiv, f`każ ieħor inbdew proċeduri quddiem il-Qorti, filwaqt li l-każijiet l-oħra għadhom qed ikunu nvestigati.
Leg 9 PQ #15052 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Experimental Farm — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħarrġu ħaddiema, tekniċi u uffiċjali fuq produzzjoni agrikola organika fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri matul l-1999? Fuq liema varjetajiet tħarrġu u x'metodi applikaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li, matul l-1999 ma tħarrġu ebda ħaddiema, tekniċi u uffiċjali fuq produzzjoni agrikola organika fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri, u lanqas sar tkabbir ta' uċuħ organiċi.
Leg 9 PQ #15053 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Experimental Farm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru provi fuq produzzjoni agrikola organika fil-farm esperimentali tal-gvern matul l-1999? X'kienu r-riżultati u f'liema laboratorji ġew analizzati dawn il-varjetajiet sabiex ikun stabilit il-livel organiku?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 14941.
Leg 9 PQ #15054 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Experimental farm — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq il-varjetajiet konvenzjonali li ġew experimentati fil-farm ta' l-Għammieri sabiex ikun stabilit il-livell ta' l-MRLs fuq il-prodott matul l-1999? X'kienu r-riżultati u x'rakmandazzjonijiet saru lill-bdiewa Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda testijiet fuq il-varjetajiet konvenzjonali li ġew esperimentati fil-qasam ta' l-Għammieri sabiex ikun stabbilit il-livell ta' MRLs fuq il-prodott matul l-1999. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14940.
Leg 9 PQ #15055 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fisheries Monitoring Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa lill-poplu l-fisheries monitoring centre ġdid li se jwaqqaf il-Gvern Malti sabiex jirranġa u jikkontrolla s-sajd f'Malta? X'tip ta' struttura se jkollu u kemm se jimpjega nies? Kemm se tagħti għajnuna finanzjarja l-Unjoni Ewropea sabiex il-gvern jaġġorna ma' din is-sistema li trid l-Unjoni Ewropea f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-'Fish Monitoring Centre' ma huwa xejn għajr id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, li fil-futur qed jiġi ppjanat li jerġa jkun bil-kompliment sħiħ tiegħu.
Leg 9 PQ #14942 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għoġġiela — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14618 billi jinkludi l-informazzjoni għall-perjodu ta' snin 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija :- Jannar Frar Jannar Frar Għoġiela Għ oġiela B.I.S. B.I.S. (Tunnellata) (Tunn ellata) 1996 254 200 40 35 1997 225 216 28 32 1998 237 231 37 30 1999 255 253 23 35
Leg 9 PQ #14943 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14617 għall-perijodu tas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-qatla tal-majjal (f'karkassi) għall-Malta u Għawdex f'Jannar u Frar tas-snin imsemmija hija kif indikat hawn taħt : 1996 1997 1998 1999 Jannar 9,1 37 11,340 10,345 10,034 Frar 9,099 10,079 9,586 9,823
Leg 9 PQ #14944 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Integrated pest management — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa f'Malta li japplikaw is-sistema ta' l-integrated pest management f'Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fis-sezzjoni ta' l-Agrikoltura, Għawdex ma tinżammx statistika tan-numru ta' bdiewa Għawdxin li japplikaw is-sistema ta' l-Integrated Pest Management.
Leg 9 PQ #14945 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Integrated pest management — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa f'Malta li japplikaw is-sistema ta' l-integrated pest management f'Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn seba' bdiewa magħrufa mid-Dipartiment li qegħdin jużaw insetti għall-kontroll bioloġiku ta' mard u li l-Ministeru qiegħed joffri li jissussidja din l-ispiża.