Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar komunikazzjoni televiżiva minn satelita minn bars u ħwienet tad-divertiment, inkluż ċentri u każini? Jista' jgħid x'tip ta' permess dawn il-komunikazzjonijiet televiżivi bis-satelita jeħtieġu mill-pulizija u x'inhuma l-kontrolli tal-pulizija?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10119 Seduta Nru. 183 tal-Viċi Prim Ministru dwar il-proċess għall-akkwist ta' l-art għar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat u l-fatt li dawn ħafna minnhom diġa' fdew iċ-ċens, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-proċess u ċioe' jgħarrafni meta r-residenti in kwestjoni se jirrimedjaw dan il-proċess ta' l-akkwist? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art f`Għar Barka fir-Rabat, li fuqha hemm plots li l-kuntratt tagħhom għadu ma sarx, hija proprjeta` tal-Knisja. Qabel ma jsiru l-kuntratti ta` l-akkwist tal-proprjeta` mall-Knisja, il-kuntratti mar-residenti ma jistgħux jiġu konklużi.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment ta` l-Artijiet għadu qed jistenna d-dokumenti relatati mill-awtoritajiet ekklesjastiċi qabel ma jkun jista` jiffinalizza l-proċess għall-akkwist ta` l-art in kwestjoni.
Peress li f'mistoqsija parlamentari numru 15358 l-Ministru ta l-informazzjoni dwar l-Awstralja u n-Norveġja, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ssemmiex ukoll lil Malta?
Jista' għaldaqstant jgħid x'kienet is-sitwazzjoni f'Malta fl-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru 15358 semma biss is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropeja. F'Malta n-numru ta' bdiewa u sajjieda full-time matul is-snin indikati kien relattivament stabbli, madwar l-2,500 ruħ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt mix-xogħol ta' l-RSC ikun qed isir mill-korp tal-pulizija? X'inhuma r-raġunijiet li ġabet din il-bidla, u jekk huwa l-każ x'kien qed isir ħażin min-naħa tal-membri ta' l-RSC sabiex tilfu dan ix-xogħol?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija ma ħa l-ebda xogħol li qabel kien qiegħed isir mill-membri tar-Revenue Security Corps (RSC). Jien infurmat ukoll li b'effett mill-1 ta' April 2000, ix-xogħol ta' sigurta li l-RSC kienet twettaq f'Hal Far Groupage Complex beda jitwettaq minn gwardjani tad-Dipartiment tad-Dwana. Dan seħħ għaliex id-Dipartiment tad-Dwana kien f'pożizzjoni li jagħmel l-istess xogħol ta' sigurta bil-membri tad-Dwana stess, u mhux għaliex il-membri ta' l-RSC kienu qegħdin jagħmlu xi ħaġa ħażina.
Peress li issa r-reġimenti ta' l-RSC saru fuq bażi ta' shift ta' 24 hrs, jirriżulta li l-Gvern qed jagħmel studju sabiex l-istess sistema ta' shift tiġi applikata għar-reġimenti ta' l-Armata wkoll?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-Forzi Armati, inkluż r-Revenue Security Corps (RSC), xogħol b'sistema ta' xift jitħaddem biss f'dawk il-postijiet fejn ix-xogħol ikun jeħtieġ jibqa għaddej 24 siegħa sħaħ is-sena kollha. Fejn dan ma jkunx meħtieġ is-suldati jaħdmu bil-ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl kull meta jkun imisshom skond sistema ta' roster.
Dan l-aħħar, xogħol ta' sigurta li xi membri ta' l-RSC kienu jwettqu b'sistema ta' xift għad-Dipartiment tad-Dwana f'Hal Far Groupage Complex beda jitwettaq mill-istess membri tad-Dwana. Dawn il-membri ta' l-RSC issa qegħdin jaħdmu bil-ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl kull meta jkun imisshom skond ir-roster.
Għalkemm fil-Forzi Armati hemm sezzjonijiet diversi li jaħdmu b'sistemi ta' xift, bħalissa ma hemm ebda ħtieġa li dawn is-sistemi jitbiddlu. Tibdil bħal dan iseħħ biss jekk ikun meħtieġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-membri tar-Revenue Security Corps spiċċaw b'shift ta' 24 siegħa flok dak ta' day, night, rest u off? Kif dan affettwa s-salarji tal-membri u kemm fil-fatt tnaqqset il-paga ta' dawn il-membri konsegwenza ta' dan it-tibdil li sar fil-kondizzjonijiet tal-membri ta' l-RSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nifhem li l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi għal servizz ta' sigurta li membri tar-Revenue Security Corps (RSC) kienu jwettqu b'sistema ta'xift għad-Dipartiment tad-Dwana f'Hal Far Groupage Complex sa ftit ġranet ilu. Dan l-istess xogħol issa qiegħed isir mill-istess Dipartiment tad-Dwana. Il-membri tal-RSC involuti issa qegħdin jerġgħu jaħdmu bil-ġurnata u jmisshom għassa ta' bil-lejl skond ir-roster.
Għalkemm is-salarju bażiku ta' dawn il-membri ma nbidilx, id-dħul globali tagħhom naqas peress li issa li qegħdin jaħdmu bil-ġurnata m'għadhomx jidħlu xogħol il-Ħdud daqskemm kienu jidħlu qabel meta kienu bix-xift. Għalkemm il-Forzi Armati jagħmlu minn kollox biex jiġu evitati ċirkustanzi bħal dawn, wieħed irid jifhem li fejn ma hemmx ħtieġa ta' xogħol bix-xift dak li jkun irid jaħdem bil-ġurnata. Għalkemm fil-Forzi Armati hemm sezzjonijiet diversi jaħdmu bix-xift, il-maggoranza tal-membri jaħdmu bil-ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl u fil-Ħdud kull meta jmisshom skond ir-roster.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali u tekniċi mad-dipartiment ta' l-agrikoltura f'Għawdex li ġew trasferiti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? X'responsabbiltajiet kellhom u min huwa responsabbli llum minn dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ġew trasferiti 4 uffiċjali mis-Sezzjoni ta' l-Agrikoltura għal Sezzjonijiet oħra fil-Ministeru għal Għawdex.
Ir-responsabbilitajiet li kellhom dawn il-ħaddiema kienu jikkonsistu minn xogħol klerikali u amministrattiv li ġie mgħoddi lill-uffiċjali oħrajn fl-istess fergħa.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilta' li Triq San Leone ġewwa Bubaqra, Żurrieq, titwessa' b'mod li jkun jista' jgħaddi truck issa li l-fond li kien jimblokka tali twessigħ twaqqa', u dan bħalma riċentement ġara f'Ħal Balzan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`inhu l-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni, applikazzjonijiet saru lid-dipartiment ta' l-ambjent sabiex isiru x-xogħlijiet ta' blokki tal-konkrit fil-parti tal-bypass ta' l-Imtarfa li hija kkonsidrata ambjentalment sensittiva? Meta saru u x'kienet il-pożizzjoni uffiċjali wara dawn il-laqgħat u konsultazzjonijiet jew applikazzjonijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 15493 fejn ingħataw dettalji dwar dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm qed jikkalkula l-gvern li jintilfu f'miljuni ta' liri f'export refunds fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima kull sena wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-`export refunds` jinghataw lill-bdiewa fl-Unjoni Ewropeja meta dawn jesportaw prodotti agrikoli ghal pajjizi mhux membri ta` l-Unjoni. Dawn l-`export refunds` jinhadmu skond il-prezz tal-mument fuq is-swieq internazzjonali tal-prodotti koncernati. Ghalhekk mhux rejalistiku li jsiru kalkoli llum dwar sussidji u taxxi li jistghu jigu applikati fil-futur.
Fid-dawl ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani fuq liema importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel l-Unjoni Ewropea fil-preżent tapplika s-sistema t-TARIC "tariffi" fuq l-importazzjoni ġejja mill-pajjiżi li m'humiex membri?
Kemm fil-fatt hija t-tariffa mposta fuq, per eżempju, il-laħam aħmar mportat mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-hekk imsejha TARIC (Integrated Tariffs of the European Communities) fil-fatt tikkomprendi kemm il-Common External Customs Tariff, li l-Unjoni Ewropeja tinforza b`mod generali fuq importazzjoni minn pajjizi mhux membri, kif ukoll dawk ir-rati ta` dazju preferenzjali (mnaqqsa) li jigu applikati fuq l-importazzjoni minn pajjizi, li filwaqt li mhumiex membri, ghandhom xi ftehim specifiku ma` l-Unjoni Ewropeja, bhalma hu ftehim dwar zona ta` kummerc hieles jew agevolazzjoni bhala pajjizi li qed jizviluppaw. It-TARIC tkopri l-prodotti kollha, kemm dawk agrikoli kif ukoll dawk industrijali.
Il-kategorija ta` laham ahmar tikkomprendi laham tac-canga, tal-majjal, tal-muntun u taz-ziemel u ghalhekk ghal kull wahda minn dawn il-kategoriji hemm numru ta` HS codes. Ghal kull wiehed minn dawn il-kodici, it-TARIC telenka rati diversi ta` dazju skond l-ezistenza jew le ta` provvedimenti li jolqtu l-kummerc f`dak il-prodott partikulari.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14929, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jgħid jgħid xi programm ta' restawr sar fl-Imdina mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Jista' jgħid xi programm ħejja l-gvern għar-restawr tal-bini storiku u swar ta' l-Imdina għall-2000? Jista' jgħid meta se tibda tiġi restawrata l-Greek Gate ta' l-Imdina?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Minn mindu twaqqaf f'Settembru 1999, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ħejja programm ta' tlett snin ta' restawr u titjib ambjentali. Xogħol ta' restawr irid isir wara preparazzjoni ta' rapporti u proċeduri ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Fil-fatt, il-Kumitat diġa' applika sabiex jirrestawra l-Main Gate. Qabbad ukoll żewġ periti separati biex iħejju rapporti u applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal Greek Gate u għal Banca Giuratale: jien infurmat li dawn iż-żewġ applikazzjonijiet għandhom jidħlu għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sa l-aħħar ta' April. Il-Kumitat ħa ħsieb ukoll li jieħu miżuri urġenti fil-Palazz tal-Vilhena u qed iħejji għar-restawr tiegħu.
Barra x-xogħol imsemmi hawn fuq, fil-preżent m'hemm ebda pjanijiet oħra fir-rigward ta' swar fl-inħawi ta' l-Imdina.
Jista' l-Ministru jinformani jekk bdewx jiġu negozjati xi forom ta' assoċjazzjoni bejn il-cargo tal-Air Malta u l-cargo tal-Lufthansa?
Meta bdew dawn in-negozjati u fejn waslu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li hemm xi kuntatti bejn il-linji nazzjonali ta` l-ajru u l-Lufthansa dwar koordinament tal-garr ta` merkanzija fuq l-ajruplani taz-zewg linji. F`dan l-istadju ma jkunx prudenti li wiehed jidhol f`aktar dettal dwar il-materja.
Kif jispjega l-fatt l-Ministru li filwaqt li l-cargo section tal-Air Malta tirrifjuta xogħol għaliex ma jkunx hemm spazju fuq l-ajruplan, meta mbagħad l-istess xogħol li jkun ntbagħat mal-kumpannija Lufthansa jispiċċa jintbagħat fl-istess cargo ta' l-Air Malta?
Dawn ma jinvolvux spejjeż żejda lill-kumpanniji lokali?
Jista' l-Ministru jara li jiġu regolati dawn in-nuqqasijiet li qed jiżvantaġġjaw lill-kumpanniji lokali tal-freight?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jista` jkun li `booking` ta` merkanzija fuq titjira ta` l-Air Malta, wara li dan ikun ghadda minghand il-Lufthansa, jigi rifjutat. Kazi bhal dawn ma jigrux ta` spiss u hafna drabi dan ikun jiddependi mill-fatt li l-ispazju intiz ghall-merkanzija ivarja minn hin ghal iehor.
Ma narax li b`daqshekk il-kumpaniji lokali jidhlu fi spejjez zejda jew li jsofru xi zvantaggi ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir stħarriġ sabiex ikun stabbilit kemm tiswa iċ-ċifra ta' flus fl-istallazzjoni ta' lifts fil-qasam tad-djar ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru l-lifts f'dawn il-HE għallinqas fejn hemm anzjani u/jew persuni b'diżabilita' li għadhom ma sabux appartamenti fis-sular ta' isfel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li jsir l-istudju fuq blokki/entraturi li residenti tagħhom applikaw taħt l-Iskema tal-'lifts', ċioe' Skema V, hemm il-pjan li din l-Iskema tiġi estiża għall-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex. Meta jsir dan, l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tagħti l-informazzjoni mitluba.
Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għall-Persuni b'Diżabilita' tas-sena 1999 l-Iskema tal-'lifts' ġiet estiża għal dawk il-blokki/entraturi proprjeta' tal-Gvern fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex li fihom jgħixu persuni b'diżabilita' ta' mobilta'. Dawn il-persuni kellhom il-faċilita' li japplikaw dak in-nhar.
Peress li l-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biejda u sajd li sar taħt l-amministrazzjoni preċendenti, m'hemmx bżonn li jiġi ratifikat, jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru matul dawn l-aħħar 20 xahar dwar il-kontinwazzjoni ta' dan il-protokoll?
Kemm saru laqgħat ministerjali bejn iż-żewġ pajjiżi u meta se jkomplu matul din is-sena?
Xi żviluppi kien hemm?
Response (BORG, JOE)
Peress li s-suġġett prinċipali ta' l-imsemmi Protocol jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru ta' Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru bejn id-dipartiment ta' l-agrikoltura u d-dipartiment tar-roads sabiex tneħħiet ir-roundabout li hemm fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Meta saru dawk il-konsultazzjonijiet, minn kien preżenti u x'arranġamenti ntlaħqu?
X'sar mill-pjanti, arbuxelli li kien hemm f'din ir-roundabout? X'sar mill-ħadid u fejn reġa' ġie nstallat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-'Urban and Rural Landscaping Unit' tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u d-dipartiment tat-toroq sabiex tneħħiet ir-roundabout tal-bypass ta' l-Imtarfa? Jista' jgħid għaliex il-ħadid ta' din ir-roundabout ġie mitluq u ċioe' ddampjat fil-bypass stess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-`roundabout` tneħħiet biex tiġi rranġata t-triq u sabiex jitneħħa l-periklu li kien qed ikun hemm meta l-karozzi jgħaddu mit-triq prinċipali.
Id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura veru ikun responsabbli tal-manutenzzjoni tar-`roundabout` u tas-`centre strips`, iżda d-deċiżjonijiet dwar il-funzjoni prinċipali ta` dawn l-affarijiet fit-toroq hija responsabilta` tad-Dipartiment tat-Toroq li jrid jagħti każ ta` l-aspett ta` sigurta` fl-operat tiegħu.