Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund matul 1999 fuq l-esportazzjoni taz-zokkor mill-pajjiżi tal-UE lejn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15859 waqt is-Seduta numru 288.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund matul 1999 fuq l-esportazzjoni tal-ġwież mill-pajjiżi tal-UE lejn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15859 waqt is-Seduta numru 288.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund matul 1999 fuq l-esportazzjoni tal-butir mill-pajjiżi tal-UE lejn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15859 waqt is-Seduta numru 288.
Esportazzjoni taċ-ċikkulati u ħelu — Export refund
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju tal-export refund matul 1999 fuq l-esportazzjoni taċ-ċikkulati u ħelu mill-pajjiżi tal-UE lejn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15859 waqt is-Seduta numru 288.
Jista' l-Ministru jinfurmana fiex wasal il-pjan tad-dipartiment tad-drenaġġ sabiex isir ir-relief valve tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta? Jista' jara li dan ix-xogħol isir bla aktar dewmien ħalli s-sistema tad-drenaġġ fir-Rabat tkun aħjar u jkunu evitati l-konsegwenzi ta' l-overflow tad-drenaġġ f'dan il-lokal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-'relief valve' li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa fil-fatt 'relief main'. Dan il-proġett jirreferi għat-tielet u l-aħħar fażi ta' skema li tikkonsisti fi tqegħid ta' mejnijiet minn Ħ'Attard sar-Rabat kif aċċenat għalih fil-Mistoqsija Parlamentari numru 15623. Ix-xogħol fuq dan il-proġett huwa ppjanat jitlesta bejn is-sena 2001 u 2002.
Peress li l-bdiewa li jużaw it-triq ta' l-Imġarr ta' ġewwa u ta' l-inħawi ta' Fomm ir-Riħ qed jilementaw li t-triq hija mħaffra u qed tikkawżalhom ħafna ħsarat fil-vetturi tagħna, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din it-triq jagħmel il-manutenzjoni fiha l-Kunsill, u fil-fatt kienet ippjanata li jsir xogħol fiha. Il-`patching` beda fl-24 t`April.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dwana waqfet dilettanti Maltin tad-drag racing tagħhom sabiex jipparteċipaw f'avvenimenti tal-UK?
X'inhi s-sitwazzjoni llum u x'qed isir sabiex dawn in-nuqqasijiet u diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom l-isportivi tad-drag racing jiġu rimedjati għal futur?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-artikolu 15 ta` ATT Nru. X ta` l-1994 `Ħadd ma jista` jesporta vettura bil-mutur barra minn Malta kemm-il darba ma jkollux l-awtoizzazzjoni li jagħmel hekk mill-Uffiċjal Kompetenti`.
Għaldaqstant kull minn irid jesporta vettura bil-mutur hu mitlub li jirrikori għand il-`Licensing and Testing Department` qabel ma` dan jippreżenta d-dikjarazjoni ta` l-esportazzjoni lid-Dwana sabiex tiġi pproċessata.
Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-UE, l-importaturi, l-fabbriki, dolċiera Maltin jitilfu export refunds fuq konsenji ta'prodotti tal-ikel u materja prima tal-ikel importata mill-UE, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-poplu u l-industrija lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-`export refunds` jinghataw lill-esportaturi fl-Unjoni Ewropeja meta huma jesportaw certi prodotti ta` natura agrikola lill-pajjizi barra mill-Unjoni Ewropeja. Dawn l-`export refunds` jinhaddmu skond il-prezz tal-mument, fuq is-swieq internazzjonali, tal-prodotti koncernati. Ghalhekk mhux rejalistiku li jsiru kalkoli llum dwar sussidji bhal dawn li jistghu jigu applikati minn hawn u xi tlett snin ohra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-prodotti tal-ikel u materja prima tal-ikel li fil-preżent qed jiġu mportati mill-UE u li jibbenefikaw mis-sistema tal-Export Refunds li l-UE tapplika mal-pajjiżi li ma humiex membri bħal fil-każ ta' Malta fil-preżent?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-`export refunds` jinghataw lill-esportaturi fl-Unjoni Ewropeja meta huma jesportaw certi prodotti ta` natura agrikola lill-pajjizi barra mill-Unjoni Ewropeja. Dawn l-`export refunds` jinhaddmu skond il-prezz tal-mument, fuq swieq internazzjonali, tal-prodotti koncernati.
Il-prodotti eligibbli ghall-`export refunds` ivarjaw minn zmien ghall-iehor skond l-andament tas-swieq, dak Ewropew u dak internazzjonali, u skond id-decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund matul 1999 fuq l-esportazzjoni tal-laħam aħmar mill-pajjiżi tal-UE lejn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-`export refunds` jinghataw lill-esportaturi fl-Unjoni Ewropeja meta jesportaw certi prodotti ta` natura agrikola lejn pajjizi barra l-Unjoni. Is-sistema ta` l-`export refunds` tithaddem direttament u integralment mill-Kummissjoni Ewropea bhala parti mill-Politika Komuni Agrikola ta` l-istess Unjoni.
Ghaldaqstant mhux possibbli li tingabar statistika dwar dawn l-`export refunds` min-naha tal-pajjizi importaturi, fosthom Malta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlu l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-ħajt monstru tal-konkrete li nbena fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Meta sar dan ir-rapport u x'follow up qed isir?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant u fil-fatt saru diversi laqgħat mad-Dipartiment tat-Toroq f`dan ir-rigward. F`dawn il-laqgħat ġie relevat li dan ir-retaining wall inbena bħala miżura temporanja minħabba materjal li beda jċedi wara xogħlijiet li saru fuq il-Bypass ta` l-Imtarfa. Minn naħa ta` l-Awtorita` ġie konstatat li dan il-ħajt, kif inbena mhux aċċettabbli u li dan it-tip ta` kostruzzjoni kien jenħtieġ permess.
Għalhekk ġie propost li bħala miżura temporanja għandha titneħħa filliera ta` blokki minn kull waħda mit-tliet filati mibnija b`dawn il-blokki. B`hekk jitbaxxa l-gradient ta` dan il-ħajt u jkun jista` jitgħatta bl-istess materjal tafli li jinsab fuq is-sit.
Id-Dipartiment tat-Toroq qabbad perit speċjalizzat f`dan it-tip ta` xogħol biex ikun jista` jagħti parir dwar dawn is-suġġerimenti. Fil-fatt il-perit għamel il-proposti tiegħu u dawn qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Awtorita` sabiex wara jkunu jistgħu jittieħdu l-passi u jsiru l-applikazzjonijiet neċessarji biex ikun hemm soluzzjoni permanenti.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-kont tad-dawl u l-ilma numru 940176380, peress li armla qed tiġi mitluba tħallas Lm317 fi spejjeż ta' konsum tad-dawl u ilma meta din tgħix waħedha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tinvestiga dwar il-kont imsemmi peress li rrizulta` li l-qari ta` l-arloggi tad-dawl u ta` l-ilma ghall-perjodu bejn Settembru 1999 u Jannar 2000 inghata mill-konsumatur stess u mhuwiex konsistenti mal-qari tal-perjodu ta` qabel.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 11175 fejn il-Prim Ministru ta indikazzjoni li xogħol tal-membri tar-Revenue Security Corps huwa garantit, jista' jgħid kif il-membri ta' l-RSC spiċċaw mill-Groupage Bonded Stores ta' Ħal Far?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm medja ta' 20 membru tar-Revenue Security Corps minn total ta' 152 jagħmlu xogħol ta' sigurta' f'Hal Far Groupage Complex. Oriġinarjament is-servizz kien provdut fuq bażi ta' 24 siegħa l-ġimgħa kollha. B'effett minn Jannar ta' din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana nforma lill-Forzi Armati li l-istess servizz ta' l-RSC kien meħtieġ bejn is-sebgħa ta' filgħaxija u s-sebgħa ta' filgħodu. Eventwalment, id-Dipartiment tad-Dwana għarraf lill-Forzi Armati li s-servizz ta' sigurta' fl-istess Kumpless seta' jitħaddem kompletament mill-gwardjani tad-Dwana fuq bażi ta' 24 siegha b'effett mill-1 ta' April 2000. Għalhekk, il-membri ta' l-RSC ingħataw xogħol ieħor u bdew jaħdmu bil-ġurnata minflok bix-xift bħal parti kbira tal-membri tal-Forzi Armati.
Il-pożizzjoni li kont tajt jiena fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11175 ma nbidlitx.
B'riferenza għat-tweġiba tal-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari numru 11175 fejn il-Prim Ministru ta indikazzjoni ta' xogħol tal-membri tar-Revenue Security Corps huwa garantit, jista' jgħid kif il-membri ta' l-RSC spiċċaw mill-pixkerija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li kienu jagħmlu l-RSC qegħdin jamluh il-pulizija għaliex is-servizz li qed joffri l-korp tal-pulizija huwa rħas u huwa komplut bl-akkumpanjament tal-kaxxier sal-Bank Centrali.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li l-gvern għamel dwar l-impatt li jkollhom is-sistemi tat-TARIC fuq il-poplu wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jinfurmana kemm hija t-tariffa (levy) li permezz tat-TARIC li l-Unjoni Ewropea timponi fil-mument fuq il-laħam aħmar importat minbarra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fl-Unjoni Ewropea stess?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15406 maghmula minnu stess waqt is-Seduta numru 284.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ix-xogħlijiet li kellhom isiru fl-inħawi ta' Qammieħ Road, Għadira, Mellieħa, ħalli ma jibqax isir il-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi li ilu jiżbroffa għal dawn l-aħħar sitt xhur, isir mill-aktar fis possibbli? Jista' jinformana fil-fatt x'inhuma x-xogħlijiet li jridu jsiru, u kemm se jiswew lid-dipartiment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li qegħdin isiru ġol-Qammieħ, Għadira, Mellieħa jikkonsisti fi proġett ta' xogħlijiet akbar minn dak li qal l-Interpellant. Fil-fatt, saru xi xogħlijiet ta' manutenzjoni u tindif fuq dan it-'trunk main' prinċipali li parti minnu huwa mini. Waqt dawn ix-xogħlijiet instab li hemm bżonn jitkabbru xi pajpijiet u għaldaqstant qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji.
B'riferenza għad-deroga tal-ħalib li ntqal mill-Ministru li l-Unjoni Ewropea tat lill-Filandja, jista' l-Ministru jispjega aħjar u jpoġġi kopja ta' din id-deroga fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isvezja u l-Finlandja għandhom deroga sa' l-aħħar ta' l-2003 mill-applikazzjoni tar-regolament 2597/97 li tħalli l-bejgħ ta' ħalib b'persentaġġ ta' xaħam differenti minn dak deskritt fir-regolament.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li għamel il-gvern dwar l-impatt li jkollha tneħħija ta' l-export refund fuq l-ikel tal-poplu tagħna wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista'l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel li jkunu qed jiġu mportati f'Malta u qed igawdu minn sistema ta' l-export refunds?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15405 maghmula minnu stess waqt is-Seduta numru 284.
B'riferenza għall-esportazzjoni tal-varjeta' Sante' bikrija ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz finali għall-kunsinja, ġimgħa ġimgħa, għal 2,000 tunnellata? Meta kellhom jiġu esportati skond il-ftehim dawn l-2,000 tunnellata? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz tal-varjeta' Sante' fuq il-kwantita' li ntbagħtet? Jista' jikkompara dan il-prezz medju tas-Sante' bikrija mal-prezz minimu ta' Alpha bikrija, kif mifthema fil-kuntratt eżistenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ogħla prezz tas-Sante' (NLG 32) huwa 4.5% aktar minn dak tal-Alpha (NLG 30.6), filwaqt li l-anqas prezz tas-Sante' (NLG 29) huwa madwar 23% ogħla minn dak tal-Alpha (NLG 83.6).
Il-prezz medju (weighted average) tal-varjeta Sante' huwa madwar 9% ogħla meta mqabbel ma' dak tal-varjeta Alpha, dejjem skond il-kuntratti eżistenti.