Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'Malta u f'Għawdex matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm minnhom huma diesel u kemm petrol? Kemm minnhom huma muturi u kemm huma heavy plant vehicle?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` April 2000 in-numru ta` vetturi reġistrati ġodda f`Malta u Għawdex kien ta` 5,936. Minn dawn kien hemm 179 muturi. Bħalissa d-Dipartiment ma jżommx statistika skond it-tip ta` `fuel` li jużaw il-vetturi. Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x`jifhem b`heavy plant vehicles`.
Leg 9 PQ #15879 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Direct aid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'se jkun l-impatt tas-sitwazzjoni meta l-Unjoni Ewropea trid tissussidja permezz tad-direct aid lill-22.6% tal-ħaddiema tas-settur agrikolu tal-pajjiżi ġodda? Kif se tiffaċċja din ir-realta' l-Unjoni Ewropea meta fil-mument tissussidja 5% li huwa n-numru ta' ħaddiema fl-Unjoni jaħdmu fis-settur agrikolu?

Response (BORG, JOE)

L-impatt jista biss jiġi ikkalkulat meta jintlaħaq ftehim finali u globali bejn l-Unjoni Ewropeja u l-pajjiżi applikanti kollha. Inoltre il-mistoqsija qegħda tirreferi għall-impatt tas-sussidju permezz tad-direct aid lill-ħaddiema tas-settur agrikolu tal-pajjiżi ġodda fuq l-Unjoni Ewropeja. Tkun preżunzjoni da parti tal-Gvern Malti li jipprova jikkalkula dan l-impatt fuq l-Unjoni Eworpeja innifisha. Hija l-Unjoni Ewropeja li għandha tagħmel dan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #15880 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Direct aid

Question

B'riferenza għall-propaganda li għamel il-gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkolu l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur tal-ħalib frisk lokali se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15881 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Direct aid

Question

B'riferenza għall-propaganda li għamel il-gvern flimkien mal-Ministeru tiegħu u ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-poultry se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija tiddependi hafna mir-rizultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar it-thaddim tal-politika agrikola komuni (common agricultural policy) ta` l-Unjoni fil-konfront ta` Malta bhala membru gdid. Barra minn hekk, it-twegiba tiddependi ukoll mill-bidliet li hu mahsub li jsiru fl-istess politika komuni agrikola ta` l-Unjoni Ewropea bhala parti mir-riforma ta` din is-sistema in vista tat-tkabbir ta` l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #15882 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Direct aid

Question

B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-majjal se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #15883 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Direct aid

Question

B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropepa tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali taċ-ċanga se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #15884 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Direct aid

Question

B'riferenza għall-propaganda li għamel il-gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li ser jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-ġbejniet friski se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #15873 Sitting 291 2000-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaxix frisk

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni ta' ħaxix frisk importat fl-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi li m'humiex membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15874 Sitting 291 2000-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Frozen foods

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni ta' frozen foods importat fl-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi li m'humiex membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15875 Sitting 291 2000-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Preserved food

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni ta' preserved foods importat fl-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi li m'humiex membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15876 Sitting 291 2000-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' l-ikel — Export refunds

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min irid jagħmel tajjeb għat-telf tas-sistema ta' l-export refunds fuq l-importazzjoni ta' l-ikel li ġej mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea wara li Malta ssir membru ta'l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsija numru 15405 matul is-Seduta 284.
Leg 9 PQ #15877 Sitting 291 2000-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ikel — Levies

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min se jagħmel tajjeb sabiex iħallas l-ispejjeż tal-levies ġodda (TARIC) li timponi fuq il-poplu tagħna l-Unjoni Ewropea fuq l-ikel kollu importat f'pajjiżna mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsija numru 15405 matul is-Seduta 284.
Leg 9 PQ #15878 Sitting 291 2000-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Granting direct aid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-raġunijiet li l-Kummissarji Verheugen u Fischler ħabbru li l-Kummissjoni Ewropea bidlet l-opinjoni tagħha dwar il-granting direct aid lill-bdiewa u raħħala tal-pajjiżi l-ġodda?

Response (BORG, JOE)

Dak li qalu l-Kummissarji Verheugen u Fischler jirreferi biss għall-bdiewa u r-raħħala tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Malta mhix parti minn negozjati bejn l-Unjoni Eworpeja u l-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u għalhekk il-mistoqsija mhix relevanti għall-każ ta' Malta.
Leg 9 PQ #15866 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni taz-zokkor — TARIC

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu tariffi/levies tal-UE (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni taz-zokkor importat fl-UE mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15867 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tal-butir

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies tal-UE (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni tal-butir importat fl-UE mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15868 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' ġobon

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies tal-UE (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni tal-ġobon importat fl-UE mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15870 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tal-gwież

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies tal-UE (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni tal-gwież importat fl-UE mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15871 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni taċ-ċikkulata

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies tal-UE (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni taċ-ċikkulata u ħelu mportat fl-UE mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15872 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Frott frisk

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-tariffi/levies ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni ta' frott frisk importat fl-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi li m'humiex membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15860 waqt is-Seduta numru 289.
Leg 9 PQ #15860 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tal-laħam — TARIC

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu tariffi/levies tal-UE (TARIC) imposti matul l-1999 fuq l-importazzjoni ta' laħam aħmar importat fl-UE mill-pajjiżi li ma humiex membri tal-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-hekk imsejjha TARIC (Integrated Tariffs of the European Communities) fil-fatt tikkomprendi kemm il-Common External Customs Tariff, li l-Unjoni Ewropea tinforza b`mod generali fuq importazzjoni minn pajjizi mhux membri, kif ukoll dawk ir-rati ta` dazju preferenzjali (mnaqqsa) li jigu applikati fuq l-importazzjoni minn pajjizi, li filwaqt li mhumiex membri ghandhom xi ftehim specifiku ma` l-Unjoni Ewropea, bhal nghidu ahna ftehim ta` zona ta` kummerc hieles jew agevolazzjoni bhala pajjizi li qed jizviluppaw. It-TARIC tkopri l-prodotti kollha, kemm dawk agrikoli kif ukoll dawk industrijali. It-tariffi jew levies li huma nkluzi fit-TARIC jirreferu ghal taxxi li jingabru integralment u esklussivament fil-pajjizi membri ta` l-Unjoni Ewropea. Ghaldaqstant mhux kompitu tal-Gvern Malti li jzomm statistika dwar dawn it-tariffi jew levies. Zgur li l-Onorevoli Interpellant jista` jikseb din l-informazzjoni ippubblikata minn naha ta