Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel importati f'Malta li se jkunu affettwati mill-iżvantaġġi bis-sistemi tal-politika komuni tal-biedja ta' l-UE, tant li l-gvern diġa' ddikjara li se jitlob għajnuna/derogi speċjali sabiex ikun hemm lanqas impatt fuq il-poplu tal-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-fatt li l-Gvern jista jitlob għajnuna speċjali/derogi (Specific Supply Arrangements/Specific Support Measures) fil-qasam tal-biedja m'hux għaliex il-qasam ikun żvantaġġjat taħt il-Politika Agrikola Komuni ta' l-UE, imma biex jiġi assikurat l-aħjar sistema possibli taħt din il-Politika għall-benefiċċju tas-settur Malti.
F'dan ir-rigward ninforma l-Onor. Interpellant li qed isir studju dwar il-Politika Agrikola Komuni w setturi partikolari li jirrigwardaw l-industrija ta' l-ikel.
Jista' l-Ministru jinformana xi programm ħejja l-Gvern sabiex sas-sena 2003 pajjiżna jkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet ta' l-MRLs fuq il-ħxejjex u frott frisk ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm se jiswa dan l-investiment lill-Gvern Malti u min se jagħmel tajjeb għal dan l-investiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed jitfassal programm dwar l-analasi tal-ħxejjex u frott frisk sabiex Malta tkun konformi mal-liġijiet tal-UE dwar l-MRLs sas-sena 2003. Saret talba sabiex l-investiment neċessarju jiġi ffinanzjat mill-Protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment ta' l-agrikoltura u s-sajd li matul dawn l-aħħar erba' xhur għamlu overtime regolarment? X'karigi għandhom u kemm kien l-overtime li tħallas lil dawn il-ħaddiema separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment ta' l-agrikoltura u s-sajd li matul dawn l-aħħar erba' xhur tħallsu ta' l-overtime regolarment kien ta' 26.
Il-karigi u l-ammont ta' l-overtime li tħallas lil dawn il-ħaddiema hu kif ġej:
Grad Numru ta' Ħaddiema Ammont Totali (Lm)
Principal 2 837
Assistant Principal 1 239
Clerk 2 618
Principal Fisheries Officer 1 786
Senior fisheries Officer 2 1033
Fisheries Officer 3 1288
Scientific Officer 1 425
Senior Agriculture Officer 2 1105
A/Agriculture Foreman 3 1875
Assistant Foreman 1 563
Security Guard 1 410
Farmer 1 552
Gardener 4 2145
General Hand 2 574
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi rrapportati lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar abbużi fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni u li fil-mument għadhom qed jiġu nvestigati? Meta huwa maħsub li jitlestew dawn l-investigazzjonijiet u liema minn dawk il-każi qed jiġu kkonsidrati ta' priorita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` każi rraportati lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u li qegħdin jiġu nvestigati hu ta` 4,311. Ix-xogħol fuq l-investigazzjoni ta` dawn il-każi huwa proċess kontinwu. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm 1,154 każ ieħor li qed jiġu kkunsidrati bħala prijorita`. Azzjoni diretta dwar dawn il-każijiet tittieħed mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar kważi kull ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li telqu u/jew spiċċaw mill-korp matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' pulizija ġodda li daħlu fil-korp matul l-istess perijodu u kemm saru transfers fl-istess perijodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena spiċċaw mis-servizz 29 membru tal-Korp tal-Pulizija, filwaqt li daħlu 76 membri ġodda. Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu kien hemm 107 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold ups irrapportati mill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus irrapportata misruqa u kemm weġgħu persuni f'dawn il-hold ups? Kemm tressqu persuni l-qorti konnessjoni ma' dawn il-hold ups?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000, ġew irrappurtati lill-Pulizija 12-il-każ ta` hold up, li fihom huwa rrappurtat li nsterqu madwar Lm12,045 u 250 Mark Ġermaniż, filwaqt li weġgħu żewġ persuni. Ninsab infurmat ukoll li 3 persuni ġew imressqa l-Qorti in konnessjoni ma` dawn il-hold ups.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati lill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' karozzi misruqa? Kemm minn dawn il-każijiet kienu jinvolvu serq ta' oġġetti u flus mid-djar privati tal-pubbliku? Kemm huwa l-valur globali tal-oġġetti misruqa rrapportati lill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
NInsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet il-qorti b'konnessjoni ma' serqiet li saru matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 90 persuna b`konnessjoni ma` serqiet li twettqu matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000.
B'riferenza għad-direttiva 92/29 tal-UE li tesiġi lis-sajjieda tal-pajjiżi membri jżommu madwar 620 item ta' mediċina eċċ, fuq il-qoxra li tkun twila aktar minn erba' metri, jista' l-Ministru jinformani jekk dawn is-620 item li l-UE timponi fuq is-sajjieda Maltin u Għawdxin humiex se jiġu mposti wara li nsiru membri tal-UE?
Jista' jgħid x'inhuma l-multi tal-UE kemm-il darba s-sajjieda jinstabu li mhux jonoraw din id-direttiva?
Jista' jgħid kemm se jiswew dawn is-620 item li l-UE tobbliga lis-sajjieda lokali li jżommu fuq l-opri tas-sajd tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-direttiva 92/29 tal-UE qatt ma ġiet diskussa mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Peress li d-direttiva 92/29 tal-UE għandha x'taqsam mas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tat-talba pendenti tar-residenti ta' Għar Barka sabiex issa li saru x-xogħlijiet fuq it-twessigħ tat-triq jiġi estiż s-servizz tat-trasport pubbliku? Jista' jara li jittieħdu d-deċiżjonijiet immedjatament mill-awtorita'konċernata dwar dan il-bżonn reali tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku li saret laqgħa ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku nhar il-Ġimgħa, 12 ta` Mejju fejn ġie diskuss dan is-suġġett partikolari. S`issa ma ġietx konkluża l-ebda deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv, overdose u/jew użu eċċessiv ta' drogi matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li ddaħħlu bħala pazjenti fl-Isptar San Luqa kienu:-
Xahar Użu eċċessiv ta' drogi/mediċinali Użu eċċessiv
ta' alkoħol
_________________________________________ ________________________
Jannar 16 3
Frar 13 3
Marzu 29 5
April 22 4
_______________________________________________ ___________________
Ħames persuni ħtiġilhom kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużjonijiet ta' traffiku rrapportati lill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' vittmi f'dawn l-inċidenti tat-traffiku u kemm minnhom kienu fatali? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-każi li għadhom qed jiġu investigati mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u April tas-sena 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 4,102 inċident tat-traffiku li fihom korrew 375 persuna. Fil-każ ta` 5 persuni minn dawk li korrew, l-inċident kien fatali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn għad m`humiex konklużi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li daħlu Malta fl-ewwel erba' xhur tas-sena? Minn liema nħawi ta' Malta daħlu u x'nazzjonalita' kellhom? X'passi ta' sigurta' ħadet il-pulizija f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, kien hemm każ wieħed li seħħ fil-25 ta` April, fejn 7 klandestini daħlu Malta, fl-inħawi ta` l-Imtaħleb. Dawn kienu kollha ta` nazzjonalita` Eġizzjana u, skond stqarrijiet li għamlu, nġiebu Malta permezz ta` lanċa tas-sajd misjuqa minn tlett baħrin Tunisini u Alġerini.
Malli l-Pulizija rċeviet l-informazzjoni dwar l-isbark ta` dawn il-barranin, mill-ewwel sar 'patrol' fuq l-art u fuq il-baħar, bl-assistenza tal-Forzi Armati ta` Malta. Il-lanċa tas-sajd li wasslet lil dawn il-klandestini ma nstabitx.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Espropriazzjoni ta' art
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu għall-art li kienet ġiet esproprjata mill-gvern matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa u kemm kienu ilhom pendenti każ każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ammont ta` Lm1.2 miljuni mħallsa oriġinaw hekk : Lm600,000 mill-Estimi, Lm224,000 mill-fondi ta` l-Awtorita` tad-Djar, u Lm414,000 mill-'below the line' account tad-Dipartiment ta` l-Artijiet li jkun ġabar mid-Dipartimenti, entitajiet jew persuni li jkunu talbu l-esproprijazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċnus tar-raba' tal-bdiewa li tħallsu u/jew ġew mifdija mill-bdiewa matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` kirjiet u ċnus tar-raba li tħallsu mill-bdiewa matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000 hu ta` 276. Ninsab infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda fidi ta` ċnus f`dawn l-erba` xhur.
B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi godda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tad-tadam għal għasir se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta 292.
B'riferenza għall-propaganda li għamel il-gvern flimkien mal-ministeru tiegħu mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-ħaxix frisk se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta 292.
B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li ser jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-frott frisk se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta 292.
B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-fniek se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta 292.
B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tas-serer se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15881 waqt is-Seduta 292.