Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16100 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni tal-Patata — Għaqdiet tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema kienu dawk l-għaqdiet tal-bdiewa li talbu lill-ministeru u lill-Agricultural Export Marketing Board sabiex flok l-Alpha jesporta l-varjeta Sante? X'kienu r-raġunijiet li esprimew dawn l-għaqdiet u l-bdiewa għal dan it-tibdil fil-varjeta' tal-patata ta' l-esportazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kienu diversi bdiewa individwali li permezz tal-kitba tagħhom għall-patata taż-żriegħ talbu li l-varjeta' Sante' tiġi esportata fil-bikri qabel l-Alpha. Fl-istess waqt l-importatur għamel l-istess talba w offra prezzijiet aħjar minn ta' l-Alpha. Ir-raġunijiet kienu li s-Sante' hija bikrija, sabieħa, għamiela w hemm domanda għaliha fis-suq Olandiż.

Export Refunds

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'impatt se jkollhom fuq is-soċjeta' Maltija t-telf ta' l-export refunds fuq iċ-ċittadini li jiddependu mill-benefiċċji soċjali? Peress li jirriżulta li fuq l-importazzjoni annwali ta' ħames prodotti biss, li huma laħam aħmar, butir, zokkor, ġobon u ġwiez, tintilef is-somma ta' Lm17 miljun, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif din il-qabża fil-prezzijiet ta' dawn il-prodotti essenzjali ser taffetwa lill-poplu tal-gżejjer tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-Mistoqsija tiegħu dwar l-ikel u sħubija fl-UE, l-Onor. Membru jaqbeż żbaljatament għal konklużjoni gratwita. L-Onor. Membru għandu jkollu l-paċenzja jistenna l-eżitu tan-negozjati ta' Malta fl-UE sabiex ikun jaf illi l-gvern preżenti ser jinnegozja pakkett ta' kundizzjonijiet għal sħubija li jkun fl-aħjar interess tal-poplu Malti. Sakemm dan isir, l-Onor. Membru jagħmel ħażin ferm li jaqbeż għal konklużjonijiet bla bażi bi skop uniku li jbeżża' lill-poplu bil-babaw. Kien ikun ferm aħjar li kieku l-Onor. Membru u l-Oppożizzjoni aċċettaw illi jipparteċipaw fl-istruttura mwaqqfa apposta biex janaliżżaw bis-serjeta' dawn l-affarijiet, fosthom il-Kumitat MEUSAC.

EU — TARIC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmana x'impatt se jkollhom is-sistemi tat-TARIC ta' l-Unjoni Ewropea wara li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni? Jista' jinfurmana kif se jintlaqtu l-familji Maltin u Għawdxin li jiddependu mill-benefiċċji soċjali meta dawn it-tariffi/levies ġodda li timponi l-Unjoni jiġu fis-seħħ f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru għadu qiegħed jitħejja.
Leg 9 PQ #16103 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

EU — TARIC

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'impatt se jkollhom fuq l-industrija tat-turiżmu lokali s-sistemi tat-TARIC (levies ġodda) li timponi l-Unjoni Ewropea fuq Malta wara li nsiru membri? Jista' jgħid x'diskussjonijiet saru s'issa, bejn il-gvern u l-għaqdiet tat-turiżmu, inkluż il-caterers, lukandi u restaurants? Jista' jinfurmana bl-iżviluppi ta' dawn il-laqgħat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu fis-Seduta 223 għall-Mistoqsija tiegħu numru 12283.
Leg 9 PQ #16104 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

EU — Export Refunds

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'impatt se jkollu fuq l-industrija tat-turiżmu t-telf ta' l-export refunds fuq l-ikel impurtat mill-Unjoni Ewropea, wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni? Jista' jgħid x'diskussjonijiet saru s'issa ma' l-għaqdiet tat-turiżmu, tal-catering, tar-restaurants u tal-lukandi sabiex jiġi diskuss l-impatt ta' dawn is-sistemi li timponi fuq pajjiżna l-Unjoni Ewropea?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qed jinnegozja pakkett ta' kundizzjonijiet li jkun fl-aħjar interess tal-poplu Malti għal sħubija fl-'U. E.'. L-Onor. Membru qed jiżbalja sew meta jagħmel asserzjonijiet gratuwiti kif ukoll għax m'għandux sabar jistenna l-esitu tan-negozjati. Fil-laqgħat li jkolli ta' spiss ma' l-għaqdiet ħadd minnhom ma' semma din il-materja. Għalhekk neħodha li anke huma ma' jidhrilhomx li s-suġġett jimmerita' l-importanza u l-istħarriġ li qed jagħtih l-Onor. Interpellant. Naħseb li jkun aħjar kieku l-Onor. Interpellant flok idaħħal flieles fl-imħuħ u jbeżża' bil-babaw, juża' l-influwenza tiegħu biex l-oppożizzjoni tieħu sehem fil-MEUSAC fejn, meta jeħtieġ, l-aspetti kollha li jistgħu jolqtu l-industrija tat-turiżmu jiġu analizzati bis-serjeta'.
Leg 9 PQ #15927 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refund

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont pendenti ta' persuni li fil-preżent għandhom jieħdu refunds tal-VAT? Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċifra globali li l-gvern irid iħallas għal dawn ir-refunds dovuti u meta se jitħallsu lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sas-6 ta` Mejju 2000, l-ammont ta` kreditu eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fiż-żmien stipulat bejn Mejju u Ottubru ta` din is-sena skond l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu ta` l-Lm10,976,812.79. In-numru ta` persuni reġistrati involuti huwa 5,684. Dawn il-figuri jistgħu jinbidlu skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzji tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jiġi biex jitħallas.
Leg 9 PQ #15928 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levy — Eżenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus f'eżenzjoni ta' levy fuq prodotti ta' l-ikel importati li saru matul dawn l-aħħar 20 xahar fuq prodotti koperti bil-liġi tal-levy matul l-istess perijodu? Kemm minn dawn l-eżenzjonijiet saru fuq ir-rakkmandazzjoni tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u kemm minnhom saru mingħajr ir-rakkmandazzjoni tad-dipartiment, minkejja li huma suġġett ta' din ir-rakkmandazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Awissu 1998 u t-30 ta` April 2000 l-ammont ta` flus f`eżenzjoni ta` levy fuq prodotti ta` l-ikel importati kien ta` Lm10,328,261. Id-Dipartiment tad-Dwana ma jidħolx fil-mertu tat-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #15945 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li saru fuq il-bini tas-selħiet tal-ħitan tas-sejjieħ b'riżultat tal-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 15921.
Leg 9 PQ #16096 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Esportazzjoni tal-Patata

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aħħar żviluppi dwar l-esportazzjoni tal-patata, u cioe għaliex il-bdiewa qed jgħidu li l-aħħar tunnellaġġ mhux se jiġi esportat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġu esportati 1,100 tunnellata ta' Alpha wara li ġie assigurat li l-kwalita' kienet aċċettabli. B'hekk b'kollox ser ikun ġew esportati 5,100 tunnellata Alpha apparti 1,283 tunnellata Sante', b'total ta' 6,383 tunnellata patata.
Leg 9 PQ #16097 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Patata 'Sante' u 'Alpha'

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien il-prezz medju tal-varjeta' Sante li ġiet esportata fl-ewwel erba' ġimgħat ta' dan l-istaġun? Jista wkoll jinfurmani kemm kien il-prezz medju tal-varjeta' Alpha li ġiet esportata fl-ewwel erba' ġimgħat ta' dan l-istaġun?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-interess ta' kulħadd, għadu kmieni sabiex ngħati l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #16098 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni tal-Patata — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm u meta saru laqgħat ma' l-Agricultural Export Marketing Board matul dawn l-aħħar ġimgħat sabiex ġew diskussi u analizzati l-problemi u d-diffikultajiet li nqalgħu fil-proċess ta' l-esportazzjoni tal-patata lejn l-Olanda? Jista' l-Ministru jinfurmani x'problemi ġew diskussi u x'deċiżjonijiet ħa l-board?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul dawn l-aħħar ġimgħat saru konsultazzjonijiet kontinwi bejn il-Ministeru w l-'Agricultural Produce Export Marketing Board' sabiex jiġu diskussi u analiżżati l-problemi, d-diffikultajiet u l-andament fil-proċess ta' l-esportazzjoni tal-patata lejn l-Olanda. Saru wkoll diversi laqgħat formali. Wara li l-Board kien sodisfatt li l-kwalita' tal-patata kienet aċċettabbli, ta l-parir li tiġi esportata.
Leg 9 PQ #15921 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li saru fuq il-bini tas-selħiet tal-ħitan tas-sejjieħ b'riżultat tal-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes? Jista' jgħid għaliex ix-xogħlijiet waqfu matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif suppost jaf l-Onor. Interpellant, matul din is-sena ma sarux xogħolijiet f'dan il-proġett għax il-fondi ġew ivvotati għal xogħol ieħor b'priorita akbar. Madanakollu, saru diversi xogħolijiet ta' tindif f'dan il-wied.
Leg 9 PQ #15922 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sajjieda li rreġistraw qabda akbar ta' ħut matul l-ewwel erba' xhur tas-sena, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' sajjieda li rreġistraw qabda akbar ta' ħut matul Jannar kien 54, matul Frar 42, f'Marzu 71 u f'April 51.
Leg 9 PQ #15923 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħut — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijiet li saru fuq il-containers tal-ħut importat mid-dipartiment tas-sajd? X'inhi r-raġuni li f'ċerti każi u ċerti containers partikolari qed imur dejjem l-istess uffiċjal tas-sajd? Min tah din l-awtorita' u għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April ta' din is-sena saru 95 ispezzjoni u release ta' containers u pparteċipaw il-Fisheries Officers kollha, u dawn jkunu dejjem akkumpanjati minn uffiċjali tad-dwana. L-awtorita' sabiex il-Fisheries Officers ikunu preżenti għar-release tal-containers hija awtorita' istituzzjonali li hija mgħotija lilhom bil-grad li għandhom.
Leg 9 PQ #15924 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ASS sport Muturi — Laqgħat

Question

B'riferenza għat-talba pendenti ta' l-ASS Sport Muturi (ASM) sabiex ikollhom titolu uffiċjali għal korsa tagħhom f'Ta' Qali, jista' l-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat u l-proċess li sar mid-dipartiment matul l-aħħar 20 xahar sabiex tiġi ffinalizzata din it-talba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-talba ta' l-A.S.M. qed tiġi mistħarrġa fid-dawl tat-Ta' Qali Action Plan li ħareġ fi Frar 2000. F'paġna 42, dan il-Pjan jgħid (nikkwota) "The area of land shown as Policy Area NWTQ13 on the Action Plan is allocated for informal open space. The Planning Authority in conjunction with the appropriate Government Agencies will assist in the identification of a site for the relocation of the Motor Racing facilities to a suitable area outside the Action Plan". Għalhekk, kull deċiżjoni li tittieħed fuq dan is-sit trid tkun konformi ma' dan il-Pjan. Informat ukoll li s-Segretarjat Parlamentari tkellem kemm il-darba ma' l-Uffiċjali ta' l-A.S.M., kemm formali u anke informali, kemm fuq l-issue tas-sit u anke fuq issues oħra.
Leg 9 PQ #15925 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

12-il Distrett — Drenaġġ

Question

Peress li hemm numru ta' talbiet pendenti għall-estensjonijiet u manutenzjoni fis-servizzi tad-drenaġġ fil-lokalitajiet tat-12-il distrett, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħol sabiex jiġu rimedjati dawn il-bżonnijiet tar-residenti? Jista' jinfurmana bil-programm ta' xogħol li d-dipartiment tad-drenaġġ għandu għal dan il-għan fil-lokalitajiet tat-12-il distrett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #15926 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — 12-il distrett - Dawl

Question

Peress li hemm numru ta' talbiet sabiex jiġu stallati bozoz ġodda fil-lokalitajiet tat-12-il distret, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' installar ta' bozoz ġodda ħalli t-talbiet tar-residenti jiġu milqugħa? Jista' jinfurmana liema huma dawk it-talbiet tar-residenti li se jiġu milqugħa, xahar xahar fit-tlett xhur li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li, matul it-tlitt xhur li gejjin, il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana lampi godda fit-toroq li gejjin fil-lokalitajiet li jiffurmaw it-12-il Distrett Elettorali. Lokalita` Triq Data Mellieha Triq il-Kbira Gunju San Pawl il-Bahar Triq Ghajn Razul Lulju Triq Jean de La Vallette Gunju Triq it-Tamar cw Triq Carmelo de Luca Mejju Triq l-Iskuna Gunju Triq it-Trill Gunju Triq it-Turisti cw Triq il-Qarnit Mejju Mgarr Triq il-Palma Gunju Rabat Near ta` Peregrin F Hse Lunzjata Mejju New Street in Triq Godwin Ganado Mejju Triq il-Fiddien cw Triq il-Fieres Gunju Triq in-Nigret Gunju Near Skiet u Risposta Buskett Lulju Triq Misrah Suffara Mejju Triq Gheriexem Gunju Tal-Qattara Wied Hazrun Gunju
Leg 9 PQ #15903 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Biedja

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk l-oqsma tal-biedja li se jiġu żvantaġġjati bis-sistema tal-politika komuni tal-biedja tal-UE, tant li l-gvern diġa' ddikjara li se jitlob għajnuna speċjali/derogi sabiex dawn is-setturi varji tal-biedja lokali jiġu protetti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-fatt li l-gvern jitlob għajnuna speċjali/derogi (Specific Supply Arrangements / Specific Support Measures) fil-qasam tal-biedja m'hux għaliex il-qasam ikun żvantaġġjat taħt il-Politika Agrikola Komuni ta' l-UE, imma biex jiġi assikurat l-aħjar sistema possibli taħt din il-Politika għall-benefiċċju tas-settur Malti. F'dan ir-rigward ninforma l-Onor. Interpellant li qed isir studju dwar il-Politika Agrikola Komuni u Setturi partikolari li jirrigwardaw l-industrija ta' l-ikel.
Leg 9 PQ #15904 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sajd

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk l-oqsma tas-sajd li se jiġu żvantaġġati bis-sistema tal-politika komuni tal-biedja tal-UE, tant li l-gvern diġa' ddikjara li se jitlob għajnuna speċjali/derogi sabiex dawn is-setturi varji tal-biedja lokali jiġu protetti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bis-sistema tal-politika komuni tal-biedja ta'l-UE l-ebda qasam tas-sajd ma jista' jiġi żvantaġġat.
Leg 9 PQ #15905 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrijali lokali ta' l-ikel

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk l-oqsma ta' l-industrija lokali ta' l-ikel li se jiġu żvantaġġati bis-sistema tal-politika komuni tal-biedja ta' l-UE, tant li l-gvern diġa' ddikjara li se jitlob għajnuna speċjali/derogi sabiex dawn is-setturi varji tal-biedja lokali jiġu protetti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-fatt li ll-gvern jista jitlob għajnuna speċjali/derogi (Specific Supply Arrangements/Specific Support Measures) fil-qasam tal-biedja m'hux għaliex il-qasam ikun żvantaġġjat taħt il-Politika Komuni ta' l-UE, imma biex jiġi assikurat l-aħjar sistema possibli taħt din il-Politika għall-benefiċċju tas-settur Malti. F'dan ir-rigward ninforma l-Onor. Interpellant li qed isir studju dwar il-Politika Agrikola Komuni u setturi partikolari li jirrigwardaw l-industrija ta' l-ikel u l-industrija ta'l-ipproċessar tal-laħam.