Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16298 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — - Ipproċessar tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ipproċessar tal-majjal sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-Ministeru u l-koperattiva tal-ipproċessar tal-majjal? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Leg 9 PQ #16299 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Poultry

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-poultry sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri ibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-poultry? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Leg 9 PQ #16300 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Inbid

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-inbid sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-inbid? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membru u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, l-liġijiet u direttivi tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Leg 9 PQ #16289 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Less Favourised Areas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-vot totali tal-Less Favourised Areas tal-CAP għall-pajjiżi kollha tal-UE għas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- "Council Regulations" No. 1257/99, li jittratta l-għajnuna għar-rigward ta' l-iżvilupp Rurali (EAGGF).
Leg 9 PQ #16290 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Industrija taċ-Canga Friska

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-industrija taċ-ċanga friska?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf li CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16291 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Produzzjoni tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħalib frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16292 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Produzzjoni tal-poultry

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-reġoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-poultry?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħed fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16293 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Produzzjoni tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf li CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16294 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tan-nagħaġ u l-mogħoż?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16281 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Protokoll Taljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tad-dipartiment jekk wara l-2003, u cioe' wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-flus tal-protokoll Taljan ma jiġux applikati għaliex Malta tkun saret membru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat. Infakkar lill-Onor. Interpellant ukoll illi l-interess tad-Dipartiment huwa li jsir u jigi attwat il-programm tal-M.R.L.(Maximum Residues Limits).
Leg 9 PQ #16284 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ tal-vot ta' sussidji tal-CAP li jmur għall-bdiewa li jkabbru t-tabakk, zokkor, ross, qamħ, ġwież, laħam aħmar, ħalib u żebbuġ għas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex ma nkunx kostrett li nġiegħel lill-uffiċjali tal-Ministeru tiegħi jgħaddu ż-żmien tagħhom ifehmuħ dak li jrid ikun jaf, l-Onor. Interpellant huwa gentilment mitlub jidħol fil-"Website" tal-Europa taħt DGVI. Hemmhekk kemm hu kif ukoll id-dinja kollha tista' tara l-informazjoni li qiegħed jitlob. Għall-kumdita' tiegħu, l-Onor. Interpellant għandu wkoll għad-disposiżżjoni tiegħu s-servizz informattiv li qed tagħti b'xejn il-Malta Information Centre (MIC).
Leg 9 PQ #16285 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ tal-vot ta' sussidju tal-CAP għal sena li jmur għall-bdiewa li jkabbru varjetajiet ta' ħxejjex u frott bħal dawm imsemmija hawn taħt: frawli, ħawħ, dulliegħ, bettiegħ, pastard, kaboċċi, basal, patata, karrotti, tadam u ħass?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex ma nkunx kostrett li nġiegħel lill-uffiċjali tal-Ministeru tiegħi jgħaddu ż-żmien tagħhom ifehmuħ dak li jrid ikun jaf, l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub jidħol fil-"Website" tal-Europa taħt DGVI. Hemmhekk kemm hu kif ukoll id-dinja kollha tista' tara l-informazzjoni li qiegħed jitlob. Għall-kumdita' tiegħu, l-Onor. Interpellant għandu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu s-servizz informattiv li qed tagħti b'xejn il-Malta Information Centre (MIC)
Leg 9 PQ #16286 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CFP

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-regoli/sistemi ġodda tas-CFP li jridu jkunu ġew fis-seħħ bejn is-snin 2003, 2005 u 2008 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf li CFP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.

Distrett Nru. 12 — Toroq

Question

Peress li skond l-aħħar rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali, rriżulta li toroq arterji, rurali u urbani tal-bliet u rħula tat-12-il distrett, Mosta, Rabat, San Pawl u Mġarr huma fi stat inaċċettabli, jista' l-Ministru jara li fis-sitt xhur li ġejjin jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirrimedja għal dan in-nuqqas li jikkonferma n-nuqqas ta' road safety f'dawn l-inħawi ta' Malta? Meta fil-fatt se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Matul ix-xhur li għaddew, għal l-ewwel darba, tfassal pjan dwar kif ix-xogħol fit-toroq ta' pajjiżna jista' jsir. Fil-fatt, parti minn dan ix-xogħol diġa nbeda, filwaqt li ħarġu wkoll 'tenders' għal xogħol ieħor. L-'area' indikata mill-Onor. Interpellant hi wkoll parti minn Malta, u għalhekk fihom ser isir xogħol skond il-pjan imfassal,fil-parti tiegħu li hi responsabilta' tal-Gvern ċentrali.
Leg 9 PQ #16288 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas tal-N.I. bejn Jannar u April 2000? Huwa kkalkulat kemm suppost kellu jkun l-ammont li kellu jitħallas f'dan il-perjodu? Kemm fil-fatt huwa l-bilanċ li jrid jitħallas sabiex skond il-kalkoli tad-dipartiment dawn il-pagamenti jkunu normali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali għal perjodu Jannar sa April 2000 u l-ammont li huwa kkalkolat li kellu jinġabar huma dawn: Jannar Frar Marzu April Total Lm miljuni Ammont imħallas 8.10 7.80 8.10 8.10 32.10 Ammont proġettat li jitħallas 9.50 8.40 8.60 8.40 34.90 Id-differen za ta` Lm2.80 miljun tista` tkun dovuta kemm minħabba varjazzjoni fil-postijiet tax-xogħol jew ħlas ta` pagi, kif ukoll ħlas mhux korrett tal-kontribuzzjonijiet dovuti. Għal dan il-għan id-Dipartiment qed jiżviluppa sistemi ta` kontroll u inforzar biex kull kontributur, kif ukoll l-`employers`, iħallsu il-kontribuzzjonijiet korretti skond il-liġi fil-pront.
Leg 9 PQ #16275 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-ġardinara kollha tad-dipartiment ta' l-agrikoltura erbgħa biss għamlu l-overtime matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li d-domanda nru. 15920 staqsiet fuq ħaddiema li jagħmlu "overtime" regolarment. Għalhekk l-Onor. Interpellant huwa inkorett meta qed jassumi li dawn l-erbgħa biss għamlu l-"overtime". L-"overtime" isir skond l-esiġenzi tas- servizz fil-post partikolari tax-xogħol. Fil-każ ta' dawn il-ħaddiema partikolari, in-natura tax-xogħol tagħhom irrikjediet li fil-postijiet imsemmija huma jaħdmu siegħat żejda fuq bażi regolari.
Leg 9 PQ #16276 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex security guard wieħed biss għamel l-overtime matul l-erba' xhur li għaddew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-riposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16277 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex żewġ general hands biss għamlu l-overtime matul l-erba' xhur li għaddew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar- risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16278 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex scientific officer biss għamel l-overtime matul l-erba' xhur li għaddew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar- risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16279 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fisheries officers, senior production officers u kemm minnhom għamlu overtime matul dawn l-aħħar xhur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal "Senior Fisheries Officers" u mhux għal "Senior Production Officers" għaliex dan il-grad ma jeżistiex fil-Ministeru tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd għandu wieħed "Principal Fisheries Officer" , erbgħa "Senior Fisheries Officers" u tlett "Fisheries Officers". Dawn jagħmlu l-"overtime" kif gie spjegat fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 15920 pero se nagħtih spjegazzjoni iktar dettaljata kif ġej:- Principal Fisheries Officer LM786.00 Senior Fisheries Officer Lm183.00 Senior Fisheries Officer LM850.00 Fisheries Officer LM60.00 Fisheries Officer LM605.00 Fisheries Officer LM622.00 Tnejn mill-SFOs għażlu huma stess li ma jagħmlux "overtime".