Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16381 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Distrett Nru. 11 — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15926 għall-11-il distrett ukoll?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li, matul it-tlitt xhur li gejjin, il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li twahhal lampi godda fit-toroq tal-lokalitajiet hawn taht indikati li jiffurmaw il-hdax-il distrett: LOKALITA` TRIQ DATA Mosta Triq Wied il-Ghasel kantuniera Gunju mar-Razzett tal-Markiz Gharghur Triq Ghaxqet il-Ghajn Lulju Triq El-Kiet Awissu Naxxar Il-Kosta tas-Salina (Fazi 3) Awissu Triq il-Kappella ta` San Mikiel Awissu Iklin Triq il-Wied Gunju Triq Guzi Bonnici Gunju Triq Anton Manwel Caruana Lulju Triq ic-Citru Gunju
Leg 9 PQ #16382 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja/sajd — Protocoll

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru dwar il-protocoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm ġew delegazzjonijiet mil-Libja sabiex jiġu diskussi l-iżviluppi fis-setturi varji? Kemm marru delegazzjonijiet Maltin fil-Libja sabiex ikompli jiġi diskuss u żviluppat dan l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi f'dan is-settur u s-servizzi li jirrikjedu speċjalment fil-Libja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ġiet l-ebda delegazzjoni mill-Libja sabiex jiġi diskuss il-protokol ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u s-sajd mill-5 ta'Settembru 'il hawn. Minn Malta marret delegazzjoni waħda fil-Libja bejn it-18 u l-21 ta' Ottubru 1999. Nirreferi l-Onor. Interpellant ukoll għar-risposta li tajtu għad-domanda Nru. 10894.
Leg 9 PQ #16409 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Vitikultura — Scientific officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap 187?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din hija "standard question" oħra li tagħmel referenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix; eċċ. Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma kienx hemm Tekniċi u Scientific Officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikoltura. Naturalment id-Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura huwa responsabbli għad-Dipartimenti kollha.
Leg 9 PQ #16410 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ortikultura — Scientific officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni ta' l-ortikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap.187?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din hija "standard question" oħra li tagħmel referenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix. Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma kienx hemm Tekniċi u Scientific Officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni ta' l-ortikoltura. Naturalment id-Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura huwa responsabbli għad-Dipartimenti kollha.
Leg 9 PQ #16411 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija ta' Fniek — Scientific officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tat-trobbija tal-fniek mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap. 187?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din hija "standard Question" oħra li tagħmel referenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix; eċċ. Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma kienx hemm Tekniċi u Scientific Officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tat-trobbija tal-fniek. Naturalment id-Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura huwa responsabbli għad-Dipartimenti kollha.
Leg 9 PQ #16368 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Middle Sea Insurance

Question

Billi l-Ministru kien wiegħed li l-eżerċizzju ta' l-allokazzjoni tax-shares tal-Middle Sea Insurance plc lix-shareholders tal-Mid-Med Bank kellu jsir sa l-aħħar ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn il-pjanijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju se jsir dalwaqt.
Leg 9 PQ #16369 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-basal xahar b'xahar, bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju tal-basal fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 huwa dan li ġej :- 1997 1998 1999 2000 Jannar 26.57ċ 1 5.17ċ 37.44ċ 7.06ċ Frar 29.56ċ 16.25ċ 40.35ċ 5.29ċ Marzu 29.83ċ 20.02ċ 41.79ċ 4.65ċ Apr il 27.30ċ 41.92ċ 49.86ċ 4.41ċ Mejju 13.70ċ 18.62ċ 9.12ċ 4.60ċ Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Leg 9 PQ #16370 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-patata xahar b'xahar, fejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju għall-prodott tal-patata kull kilo xahar b'xahar bejn 1997 u 2000 kien dan li ġej :- 1997 1998 1999 2000 Jannar 10.66ċ 1 5.48ċ 16.00ċ 17.41ċ Frar 7.89ċ 18.56ċ 22.62ċ 14.91ċ Marzu 6.93ċ 22.50ċ 20.78ċ 12.12ċ Ap ril 6.57ċ 12.32ċ 13.65ċ 12.29ċ Mejju 6.58ċ 7.79ċ 7.59ċ 6.74ċ Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Leg 9 PQ #16371 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tadam — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tat-tadam xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju ta' tadam kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 kien kif ġej :- 1997 1998 1999 2000 Jannar 18.98ċ 4 1.28ċ 21.16ċ 60.95ċ Frar 34.42ċ 42.99ċ 32.91 ċ 49.85ċ Marzu 33.16ċ 52.43ċ 25.70ċ 49.39ċ April 41.57ċ 39.03ċ 30.10ċ 43.35ċ Mejju 20.1 6ċ 26.86ċ 23.96ċ 23.83ċ Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Leg 9 PQ #16372 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pastard — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-pastard xahar b'xahar, bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- prezz medju tal-pastard kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 huwa dan li ġej :- 1997 1998 1999 2000 Jannar 4.39ċ 31.35ċ 2.03ċ 14.36ċ Frar 4.63ċ 29.78 ċ 10.34ċ 16.18ċ Marzu 3.48ċ 17.96ċ 6.89ċ 23.55ċ April 6.04ċ 3.68ċ 3.35ċ 12.65ċ Mej ju 7.11ċ 3.16ċ 6.51ċ 4.67ċ Taż min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Leg 9 PQ #16373 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Frawli — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-frawli xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju għall-prodott tal-frawli kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn is-snin 1997 u 2000 kien dan li ġej:- 1997 1998 1999 2000 Jannar 42.91ċ 57.54ċ 48.42ċ 59.73ċ Frar 34.92ċ 35.61ċ 48 .51ċ 45.54ċ Marzu 24.91ċ 23.06ċ 29.47ċ 32.04 ċ April 18.39ċ 11.85ċ 16.86ċ 15.61ċ Mejju 1 6.84ċ 17.53 17.53ċ 17.89ċ Ta' min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp. 
Leg 9 PQ #16301 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Industrija tal-ħaxix frisk

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ħaxix frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie dikuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-ħaxix frisk? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u, cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-Unjoni Ewropea qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi ta' l-unjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Leg 9 PQ #16302 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Industrija tal-frott frisk

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-frott frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri nibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-frott frisk? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissusidja l-Unjoni Ewropea, qabel u wara li nsiru membri, u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Leg 9 PQ #16307 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pazjent f'Ward GDW (B4) jingħata l-isplints li jirrikjedu? Peress li dan il-pazjent ilu xhur twal jistenna dawn iż-żewġ splints, jista' l-Ministru jara li dan il-bżonn jiġi rimedjat immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Riċentement inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor tad-Diviżjoni li nformazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni għandha tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-Diviżjoni tas-Saħħa mad-domanda.
Leg 9 PQ #16355 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħass — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-ħass xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju tal-ħass kull kilo xahar b'xahar bejn 1997 u 2000 fil-pitkalija ċentrali kien kif ġej :- 1997 1998 1999 2000 Jannar 12.48ċ 2 1.03ċ 4.68ċ 28.29ċ Frar 15.97ċ 15.44ċ 5.47ċ 23.41ċ Marzu 15.82ċ 4.83ċ 4.72ċ 8.06ċ April 10.42ċ 3.20ċ 4.49ċ 3.15ċ Mejju 6.70ċ 4.88ċ 8.49ċ 2.81ċ Ta' min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.

Torball Blind Association

Question

B'riferenza għat-Torball Blind Association, sabiex tiġi allokata l-isolation hospital fl-Imtarfa ħalli tiżviluppa ċentru modern għall-għomja assoċjati magħha u sabiex torganizza aħjar l-għanijiet tagħha biex tintegra lil dawn il-persuni aktar fis-soċjeta', jista' l-Viċi Prim Ministru jara li din it-talba tiġi kkonsidrata mill-ġdid mill-Awtorita' tad-Djar? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9641 ta' l-1 ta' Novembru, 1999 (Seduta Nru. 168).
Leg 9 PQ #16367 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu x-xogħlijiet ta' prijorita' li qed jiriferi għalihom f'mistoqsija parlamentari numru 15921?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fost dawn ix-xogħlijiet kien hemm it-tkomplija tal-proġett tal-"Micropropagation Centre" bħal bini ta' laboratorju ġdid u diversi serrer. Kien hemm ukoll it-tkomplija tal-proġett tal-mixtla tal-frott f'Ħas-Serħ fejn ġiet imnedija skema ta' ċertifikazzjoni tas-siġar tal-frott mingħajr mard (Virus Free).
Leg 9 PQ #16295 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Ipproċessar tat-tadam

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-ipproċessar tat-tadam?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16296 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Industrija tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija tal-majjal sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-majjal? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe', kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, l-liġijiet u direttivi tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Leg 9 PQ #16297 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ħalib frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-ħalib frisk? Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membru u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.