Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajn Tuffieħa — Żviluppi

Question

Peress li wasluli lmenti dwar żviluppi li se jsiru fil-bajja ta'Għajn Tuffieħa, Golden Bay fuq il-baħar fejn huma frekwentati mill-pubbliku u mit-turisti, jista' l-Ministru jinfurmani x'applikazzjonijiet kellha jew għandha quddiema l-Awtorita' Marittima dwar dawn l-iżviluppi? X'inhija l-pożizzjoni ta' l-AM dwar dawn l-iżviluppi llum? X'deċiżjonijiet ittieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda applikazzjoni dwar żviluppi li se jsiru fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa li ġiet riferuta lill-Awtorita' Marittima.
Leg 9 PQ #16687 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mtarfa Bypass — Ħajt tal-konkos

Question

B'riferenza għall-ħajt tal-konkos lu nbena fil-Bypass ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapport li għamlet l-Awtorita' tad-Djar meta spezzjonat dan il-ħajt tant ikraħ tal-konkos li tela' bla permess?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15695, ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għadha qegħda tistenna r-rapport finali mingħand id-Dipartiment tat-Toroq dwar soluzzjoni permanenti. Din il-proposta tkun suġġetta għall-approvazzjoni finali min-naħa ta` l-istess Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #16688 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Rabat — Lions Well Street

Question

Peress li l-familja residenti fil-fond Nru. 3, Lions Well Street, Rabat għadha tistenna biex tifdi ċ-ċens minkejja li ħallset Lm100 diġa' madwar erba' snin ilu, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi rimedjata mill-aktar fis peress li l-familja tenħtieġ tirrimedja dan il-bżonn urġentement? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fidi taċ-ċens tal-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien miżmum sakemm jiġi ffirmat il-'Memorandum of Understanding' bejn il-Gvern u l-Knisja. Il-ftehim ġie ffirmat fit-30 ta` Mejju 2000, u għalhekk huwa mistenni li l-fidi taċ-ċens imsemmi jiġi finalizzat dalwaqt.
Leg 9 PQ #16602 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marokk — Konferenza ta' Ciheam

Question

B'riferenza għall-konfernza tal-ministri ta' Ciheam li saret fil-Marokk, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna talab liċ-Ciheam dwar assistenza ta' taħriġ fl-oqsma varji tal-biedja għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin? Liema huwa l-ewwel group ta' studenti li se jmorru barra u/jew fiċ-ċentri ta' Ciheam għal studju fuq il-biedja u meta se jmorru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Konferenza tal-Ministri ta' l-Agrikoltura, membri fic-CIHEAM, li saret fil-Marokk ma kellha xejn x'taqsam mal-korsijiet li joffru c-CIHEAM. Ninfurmah ukoll li fl-1999 intbagħtu 18-il persuna fuq 23 konferenza, workshops u taħriġ tekniku fiċ-Ċentri tac-CIHEAM, u dan ser jibqa' jsir fil-futur skond il-ħtieġa u bis-saħħa tar-relazzjonijiet tajba li għandna mac-CIHEAM. Ninsab infurmat ukoll li bl-għajnuna u bil-kollaborazzjoni tac-CIHEAM ser issir żjara fuq bażi teknika f'Bari u fir-reġjun ta' Puglia minn numru ta' bdiewa Maltin, uħud minnhom bin-nisa magħhom,bl-akkomodazzjoni u t-trasport imħallas. Żjarat bħal dawn kienu ġew organiżżati mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fis-Sjuf tas-snin 1995, 1996 u ta' l-1999.Fl-1997 u fl-1998 dawn iż-żjarat ma kienux organiżżati.
Leg 9 PQ #16603 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban and Rural Landscaping Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret ta' l-Urban and Rural Landscaping Committee matul l-1999? Xi pjanijiet ta' rakmandazzjonijiet tħejjew minn dawn il-membri sabiex jiġu attwati matul din is-sena? Min huma l-membri li llum jiffurmaw dan il-kumitat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nħassx il-bżonn li dan il-kumitat jerġa' jiġi ffurmat, għax il-funzjoni tiegħu li jipprovdi pariri dwar "landscaping" qed titwettaq bil-kapaċita' neċessarja mis-sezzjoni ta' l-"Urban and Rural Landscaping".
Leg 9 PQ #16604 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju agrituristiku — Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-kunsilli lokali f'Malta bil-għan li l-kalendarju agrituristiku jkompli jinvolvi l-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali matul l-1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsilli Lokali kollha ġew mistiedna mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd sabiex jagħtu tagħrif dwar xi attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-biedja u s-sajd, permezz taċ-ċirkolari datata 3 ta' Settembru 1999.
Leg 9 PQ #16605 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju Agrituristiku — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-attivitajiet ġodda li ġew inklużi fil-programm tal-kalendarju agrituristiku matul l-1999? X'diskussjonijiet saru ma' l-għaqdiet tad-dilettanti Maltin u Għawdxin bil-għan li dawn jiġu nkoraġġiti jorganizzaw aħjar l-attivita' tagħhom u wkoll jorganizzaw attivitajiet ġodda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kellu diversi laqgħat ma għaqdiet u kunsilli lokali individwali b'riżultat li saru attivitajiet ġodda bħal ma huma:- Lecture fuq il-Fniek Rabbit Table Show Seminar Mixjiet fuq Għawdex u Kemmuna Video Fair Rabbit Show Żjarat fis-Salini tal-Melħ Tberik ta' l-Annimali Bidnija Folklore and Agrarian Festival Purċissjoni fuq il-Baħar bil-Madonna Kompetizzjoni tat-Tunnaġġ Lecture fuq il-Bonsai Wirja tal-Fjura tal-Milied.
Leg 9 PQ #16656 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata għall-esportazzjoni — Kuntratti

Question

Peress li l-Ministru ħassar kuntratt ta' 6,000 tunnellata ta' patata għall-esportazzjoni imbagħad esporta 5,000 u ħalla 700 tunnellata Sante' u 500 tunnellata Alpha l-art, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ġara dan bir-riżultat li ġab fix-xejn l-interessi tal-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien ma ħassart l-ebda kuntratt ta' 6000 tunnellata ta' patata għall-esportazzjoni, tant li ġew esportati madwar 6400 tunnellata patata. Għalhekk il-konklużjoni li wasal għaliha l-Onor. Interpellant hija, għal darba oħra żbaljata għaliex ibbażata fuq tagħrif żbaljat.
Leg 9 PQ #16661 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Rubble wall builders

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni msemmija separtament ma ġewx rikonoxxuti għall-promozzjoni fil-grad ta' rubble wall builders, meta għamlu l-istess kors mal-ħaddiema li ħadu l-promozzjoni ta' dan il-grad ftit ta' żmien ilu? Jista' jara li tinsab soluzzjoni sabiex dawn il-ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati u mċaħħda mill-promozzjoni li tixtraqilhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuni msemmija kienu applikaw għall-post imsemmi wara d-data ta' l-għeluq ta' l-istess applikazzjoni jiġifieri 27-11-98. L-applikazzjonijiet tagħhom waslu f'dan id-dipartiment fl-04-12-98 u għalhekk ma setgħux jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #16579 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Peress li mistoqsija parlamentari numru 16275 tirriferi għall-overtime ta' ġardinara u mhux ta' general hands, jista' l-Ministru jagħti tweġiba dwar l-overtime tal-general hand?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa għal darba oħra nfakkar lill-Onor. Interpellant x'kien staqsa hu stess f'domanda numru 15920, li għalih irrefera fil-Mistoqsija Parlamentari numru 16275, jiġifieri dwar 'overtime' maħdum regolarment. Għaldaqstant ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għad-domanda numru 15920.
Leg 9 PQ #16580 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Peress li mistoqsija parlamentari numru 16275 tirriferi għal overtime li għamlu l-ġardinara u mhux l-overtime li għamlu s-security guards, jista' l-Ministru jagħti tweġiba dwar l-overtime ta' security guard?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16579.
Leg 9 PQ #16581 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16275, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġardinara li għamlu l-overtime matul l-istess perijodu barra l-erba' ġardinara li rriferejt għalihom fil-mistoqsija msemmija? Jekk kien hemm aktar minn erba' ġardinara, kif indika huwa stess fil-mistoqsija parlamentari, għaliex ma nkludihomx fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 15920?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassumi li l-Onor. Interpellant jaf xi staqsa fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15920, jiġifieri dwar ħaddiema li għamlu l-"overtime" regolarment. Jien irrispondejt dak li staqsa hu u għalhekk nerġa' nirreferih għat-tieni paragrafu tat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16582 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana meta bdew id-diskussjonijiet bejn il-KIM u d-dipartiment tas-servizzi veterinarji sabiex il-linja tal-qatla tal-majjal fil-biċċerija tingħata lill-koperattiva tal-produtturi tal-majjal? Jista' l-Ministru jgħid minn min hija ffurmata l-kummissjoni mħallta sabiex tkompli dawn in-negozjati bejn il-KIM u d-dipartiment konċernat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kieku l-Onor. Interpellant segwa l-aħbar li dehret fil-mezzi tal-komunikazzjoni kollha, kien jifhem li l-KIM talbet li tieħu f'idejha t-tmexxija tal-biċċerija u nista' nerġa ngħid li l-Gvern ma għandu xejn kontra din il-proposta wara li jiġi aċċertat li l-interessi tal-partijiet kollha ser jiġu ssalvagwardjati. Huwa għalhekk li fi ftit ġranet oħra ser jibdew diskussjonijiet esploratorji ħalli naraw eżattament fejn aħna sabiex wara nkunu nistgħu nwaqqfu kumitat biex iħejji studju dwar il-possibilita' li l-biċċerija ma tibqax iżjed titħaddem mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji.
Leg 9 PQ #16595 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hold ups

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari 15899 għax-xahar ta' Mejju? Jista' jinkludi n-numru ta' każi li tressqu quddiem il-qorti mill-pulizija dwar każi ta' hold ups matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kif ukoll kemm kien in-numru ta' hold ups rapportati lill-pulizija matul l-istess perijodu ta' snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Mejju 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 3 każi ta` hold up, li wieħed minnhom irriżulta li kien rapport falz. F`dawn iż-żewġ hold ups huwa rrapurtat li nsterqu Lm8,018 u għad m`humiex solvuti. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, għal dak li jirrigwardja n-numru ta` hold ups irrappurtati lill-Pulizija mill-1996 sat-8 ta` Mejju, 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16027, filwaqt li għal perijodu mid-9 sal-31 ta` Mejju 2000, ninsab infurmat li ġew irrappurtati 2 hold ups. Dwar in-numru ta` persuni mressqa l-Qorti ninsab infurmat kif ġej: 1996 1997 1998 1999 2000* ---- ---- ---- ---- ---- Persuni mressqa l-Qorti 6 12 14 27 6** * Sa Mejju ** Tlieta kienu akkużati b`hold up li seħħ fl-1997
Leg 9 PQ #16596 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari 15900 għax-xahar ta' Mejju? Jista' jinkludi kemm kienu l-każi ta' abbużi fuq it-tfal taħt l-eta' u ta' vjolenza fuq l-anzjani rapportati lill-pulizija matul Jannar u Mejju ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Mejju ta` din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija, 78 ta` serq minn residenzi privati, 117 każ ta` serq ta` vetturi u 712 każ ta` serq ieħor. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għal din is-sena huwa kif ġej: Tip ta` każi Jannar Frar Marzu April Mejju ------------ ------ ---- ----- ----- ----- Abbużi fuq tfal taħt 7 2 8 6 3 l-eta` Offiża fuq persuna ta` 3 3 2 5 5 l-anzjan inklużi feriti ta` natura ħafifa Snatch & Grab 3 4 9 4 3 Hold up - - - 3 -
Leg 9 PQ #16522 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jikkonferma l-Ministru li madwar 700 tunnellata Sante u madwar 500 tunnellata Alpha li kienu niżlu fil-packing station bejn it-12 u l-15 ta' Mejju ma ġewx esportati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nibda biex ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perjodu stabbilit li fih il-bdiewa kienu jistgħu jieħdu l-patata tal-varjeta' Sante' fil-"grading station" kien iwassal biss sa l-14 t'April. Jiġifieri huwa ċar li l-informazzjoni li qed jibbaża d-domanda fuqha hija żbaljata. Il-patata kollha li laħqet il-livelli ta' kwalita' fil-perjodu stabbilit għall-Alpha u s-Sante' ġiet esportata. Il-perjodu għall-esportazzjoni għas-sena 2000 kien : għall-varjeta Sante' mit-tielet ġimgħa ta' Marzu sat-tieni ġimgħa ta' April u għall-varjeta Alpha kien mill-aħħar ġimgħa ta' April sat-tieni ġimgħa ta' Mejju. Għaldaqstant ma nistax nikkonferma dak li qed jallega l-Onor. Interpellant mingħajr ma ċċekkja l-affarijiet.
Leg 9 PQ #16523 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Direct aid

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti tal-Kunsill (EC) No.1255/1999 skond kif tirriferi mistoqsija parlamentari numru 16234?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kopja tar-regolament immsemmi huwa ppubblikat fl-"Official Journalof The European Communities" data 26-6-1999 f'paġna L160/48.
Leg 9 PQ #16562 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pompi tal-petrol — Spare parts

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma għaliex sidien tal-pompi tal-petrol ilhom kważi sena jistennew biex jixtru l-ispare parts tal-makni tal-pompi tal-petrol u diesel? Peress li nuqqasijiet bħal dawn jistgħu jikkawżaw perikli serji jekk mhux inċidenti fatali ukoll meta t-traskuraġni tikber, jista' jara li jiġi rimedjat dan il-bżonn qabel ma jkun tard wisq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond il-ftehim li kien intlahaq fit-18 ta` Marzu 1997 bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-G.R.T.U., l-Enemalta ma baqghet bl-ebda mod responsabbli ghall-manutenzjoni tal-pompi wara l-31 ta` Marzu 1999, Ghalhekk hadd mhu qieghed izomm lis-sidien milli jixtru l-ispare parts li ghandhom bzonn u minn fejn iridu.
Leg 9 PQ #16563 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Diesel/petrol — Konsum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tad-diesel, petrol u lead free petrol matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-konsum ta` litri ta` petrol, petrol bla comb u diesel fl-ewwel hames xhur tas-sena matul dawn l-ahhar hames snin kien kif gej: XAHAR SENA PETROL PETROL DIESEL BLA COMB Jannar-Mejju 1996 34,002,496 8,177,787 35,278,878 Jannar-Mejju 1997 31,356 ,830 9,889,980 35,969,710 Jannar-Mejju 1998 28,869 ,480 11,302,520 38,309,772 Jannar-Mejju 1999 27,758,614 12,687,132 38,995,740 Jannar-Mejj u 2000* 24,633,992 13,973,260 39,148,668 * sad-29 ta` Mejju
Leg 9 PQ #16571 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16279, jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li Senior Fisheries Official ħa Lm850 overtime, bejn Jannar u April, u ieħor ħa Lm183 biss matul l-istess perijodu? X'kienet ir-raġuni li wieħed kien preferut aktar mill-ieħor?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi is-Senior Fisheries Officer li jidher li ħa biss LM183 overtime għamel 19-il ġurnata bis-sick leave u 12-il ġurnata bil-vacation leave. L-istess persuna tagħżel li ma tagħmilx xogħol ta' containers bil-lejl jew kmieni filgħodu. Jagħżel ukoll li ma jagħmilx xogħol ieħor speċjalment fuq il-baħar b'għażla tiegħu. Il-LM183, li jidher li qala'bħala overtime kienu għal perjodu ta' xahar wieħed biss li fih huwa ħadu bħala uffiċjal inkarigat mill-coldstore . Ta' min isemmi hawnhekk li dan ix-xogħol ifisser li l-uffiċjal ħa wkoll kummissjoni mingħand il-Koperattivi fuq il-bejgħ tal-lixka. Fl-aħħarnett nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant illi l-allokazzjoni ta' l-"overtime" fid-Dipartiment tas-Sajd ma ssirx b'kapriċċ iżda minħabba fil-bżonn li tinfetaħ il-Pixkerija u l-coldstore sa minn tard bil-lejl u fis-siegħat bikrin ta' filgħodu. Mhux kull impjegat hu lest jissagrifika ruħu f'dawn il-ħinijiet u meta xi impjegat jagħżel li ma jagħmilx dan ix-xogħol u d-Dipartiment ikollu alternattivi b'impjegati oħrajn, l-allokazzjoni issir fl-aħjar interessi tas-servizz. L-Onor. Interpellant m'għandux jimmaġina xi forma ta' diskriminazzjoni iżda għandu jirrispetta x-xewqat u kwistjonijiet personali ta' l-impjegati li minħabba fihom jagħżlu li ma jaħdmux f'ċertu ħinijiet.