Jista' l-Ministru jinfurmana jekk il-moll tal-Marfa li jiġi ntużat mis-sajjieda Maltin u Għawdxin huwiex se jibqa' jkun aċċessibbli għas-sajjied Maltin u Għawdxin? Jista' jinfurmana jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċevitx applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta' dan il-moll li jintuża mis-sajjieda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni waħda, Numru 4241/98, fejn ġie propost Marina/Yachting Club bħala parti mill-faċilitajiet għal lukanda eżistenti. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata mill-Bord tal-Kummissjoni ta` l-Iżvilupp fis-17 ta` Mejju 1999.
Jista' l-Ministru jinfurmana jekk jirriżultax li hemm talba quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet sabiex il-parti tal-moll tal-Marfa, qrib ir-Ramla Bay Hotel, li tintuża mis-sajjieda, jiġi mogħti lill-kumpanniji privati? X'tip ta' żvilupp u x'inhi l-pożizzjoni llum dwar l-aċċess tas-sajjieda għal dan il-moll?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16755 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jinfurmana bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġi skond l-ordni tal-mistoqsija parlamentari numru 16370?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta' patata (f'tunellaġġ) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 397 234 304 161
Frar 450 163 230 235
M arzu 441 232 375 451
April 501 501 52 8 430
Mejju 398 437 469 434
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jinfurmana bil-kwantitajiet skond l-ordni tal-mistoqsija parlamentari numru 16369?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta' basal (f'tunellaġġ) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 121 138 92 125
Frar 94 113 74 99
Marzu 8 3 131 67 113
April 60 77 29 119
Mej ju 85 93 105 115
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġ skond l-ordni tad-domanda numru 16372?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet (f'tunellaġġ) ta' pastard bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 474 149 587 320
Frar 387 152 302 241
Marz u 440 240 384 213
April 381 452 395 242
Mejju 263 338 233 312
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Peress li x-xogħlijiet fi Triq Ninfa Calypso, Mellieħa bdew u ma tkomplewx, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet jibdew, u jiġu ffinalizzati bla aktar dewmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fi Triq Ninfa Calypso ser jinkludi l-bdil tal-`mains` ta` l-ilma l-qodma, u għalhekk peress li l-pajpijiet il-ġodda ser jitqegħdu ġo `culvert` li trid tinbena taħt il-bankina fejn hemm il-`mains` qodma li jridu jitneħħew, qabel ma jista` jitkompla x-xogħol, il-WSC ser tqiegħed pajpijiet temporanji għall-kumdita` tar-residenti.
Jista' l-Ministru jara li jinbidlu ll-wires tad-dawl li hemm fejn Victor House, Tas-Sirena, Baħrija peress li qed tkun sospiża l-provvista tad-dawl regolarment?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta diga` għamlet l-investigazzjonijiet tagħha dwar ix-xogħol li għalih qed issir riferenza. Ġie stabbilit li hemm bżonn jgħaddi t-three phase u li l-arbli tat-tlett pulzieri jridu jinbidlu. Dan ix-xogħol hu maħsub li jsir flimkien ma` xogħolijiet oħra.
Peress li issa ntlaħaq ftehim bejn il-gvern u l-knisja dwar numru ta' artijiet li kienu għadhom bla titolu għal fini ta' proprjeta' testwali tal-gvern Malti, jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament mal-awtorita' tad-djar sabiex residenti li għandhom plots ta' l-awtorita' u għadhom fuq bażi ta' konvenju bħal fil-każ tar-residenti ta' Għar Barka, r-Rabat, jsirulhom il-kuntratti finali?
Jista' l-Ministru jinformani meta residenti ta' Għar Barka se jersqu għal dawn il-kuntratti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Knisja fit-30 ta` Mejju 2000, ma jaffettwax il-konvenji li saru ma` l-Awtorita` tad-Djar dwar l-artijiet ta` Għar Barka, ir-Rabat. Peress li l-art ġiet esproprijata qabel it-18 ta` Frar 1993, il-proċess għall-akkwist ta` l-art in kwistjoni jrid jiġi finalizzat bejn id-Dipartiment ta` l-Artijiet u l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15693.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħofor ta' l-ilma li ġew permessi matul il-perijodu ta' Jannar u Mejju ta' din is-sena?
Kemm-il spezzjoni saret fuq ħofor ta' l-ilma li huma rrapportati li saru bla permessi meħtieġa u x'passi ttieħdu?
Peress li numru ta' hydroloġisti jgħidu li dawn il-ħofor ta' l-ilma mhux jiġu kkontrollati u qed jaffettwaw ħażin is-sorsi tal-ħażna ta' l-ilma naturali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pożizzjoni tal-Gvern dwar din il-kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena infurmat li bejn Jannar u Mejju 2000 ma ingħata ebda permess għat-tħaffir ta` boreholes. Matul l-istess perijodu ġew reġistrati 75 borehole, 67 imsemmi saru rapporti dwar tħaffir illegali ta` 9 boreholes f`Malta u f`Għawdex. Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa irriżulta li:
Ittieħdet azzjoni legali dwar borehole f`Malta u oħra f`Għawdex
Tlieta f`Malta ġew magħluqa
Fi tliet każi f`Għawdex iddaħħlet il-pulizija iżda irriżulta li ma kien hemm xejn illegali.
F`ħames każi f`Malta irriżulta li fil-fatt ma kienx hemm tħaffir.
Għar-rigward ta` l-isfruttament tar-riżorsi ta` l-ilma, il-Korporazzjoni għas-servizzi ta` l-Ilma trid li jsir pjan ta` transizzjoni mis-sitwazzjoni preżenti għal waħda aktar ordinata u xjentifika. Madankollu hu ppjanat li t-twettieq ta` pjan bħal dan għandu jkun fir-responsabbilta` ta` l-Awtorita` tar-Riżorsi li għad trid titwaqqaf u li ser tkun ir-regolatur ta` l-ilma u ta` d-dawl.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sajjied wieħed biss se jingħata liċenzja ġdida oħra għal bastiment ta' tkarkir, meta hemm applikazzjonijiet tas-sajjieda oħra pendenti?
Fuq liema kriterji ngħatat preferenza lill-applikazzjoni ta' dan is-sajjied fuq oħrajn?
Għaliex sajjied li għandu bastiment reġistrat Malta ma ngħatax permess jdaħħlu lura meta t-talba tiegħu saret qabel il-permess ta' din il-liċenzja?
Jista' jinvestiga dan l-ilment ħalli jkun assigurat li ma jsirux inġustizzji ma' ħadd?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura ikkonsidra l-applikazzjonijiet kollha li kien hemm pendenti, kemm dawk s-sajjieda armati għall-sajd ieħor, kif ukoll ta'dawk il-bastimenti li għalkemm huma rreġistrati ma kienux operattivi għal dawn l-aħħar snin u oħrajn. Sa issa ma ħarġet l-ebda liċenzja iżda ħarġu ittri fejn spjegaw biss kif tinħareġ liċenzja. Dan għaliex id-Dipartiment m'huwiex lest li jżid tkarkir fil- qasir iżda jixtieq li dawn id-dgħajjes ikunu armati għat-tkakir fil-fond. Dan huwa tip ta' sajd li Malta ma pparteċipat fih.
Jien ninsab infurmat ukoll li din il-persuna li donnu qiegħed jalludi għaliha fit-tielet paragrafu l-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk il-persuni li huma kkonsidrati. Il-bastiment ta' din il-persuna ilu għat-tiswija għaxar snin u peress li għadu rreġistrat Malta, m'għandux bżonn permess biex jiġi lura Malta, iżda wara dan iż-żmien kollu wieqaf għandu bżonn liċenzja ġdida tas-Sajd.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li ma sarux inġustizzji ma ħadd.
Jista' l-Ministru jinformana x'apparat modern inxtara matul dawn l-aħħar 20 xahar sabiex ix-xtut tal-gżejjer tagħna jitnaddfu aħjar?
Kemm sewa dan l-apparat? X'investiment hemm ippjanat sabiex għal futur ix-xtut f'Malta u f'Għawdex jinżammu aktar indaf?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma nxtara ebda apparat f'dawn l-aħħar għoxrin xahar sabiex ix-xtut jitnaddfu aħjar.
Peress li l-Ministru ħassar kuntratt ta' 6000 tunnellata Alpha mbagħad għamel kuntratt għal 5000 tunnellata u ħalla l-art aktar minn 1,200 tunnellata bejn Sante' u Alpha, jista' l-Ministru jassigura l-5000 tunnellata li esporta baqgħu igawdu l-prezz ta' Lm12.00-il qantar jew aktar kif kien jorbot il-kuntratt li sar matul l-Amministrazzjoni Laburista għal dawn il-5,000 tunnellata?
Jekk le, għaliex u min se jikkumpensa lill-bdiewa għad-differenza li se jitilfu?
Response (ZAMMIT, NINU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari No 16522 u 16656.
Pero' għall-aħħar darba ninforma lill-Onor. Interpellant li b'"exchange rate" ta' 5.5NLG għal kull Lira Maltija, bi spejjes ta' "packing" u "export" ta' madwar LM64 kull tunnellata u B'EXPORT MINGħAJR KUMPLIKAZZJONIJIET BĦALMA KELLNA fl-istaġun ta' l-1999. Il-prezz medju kull qantar għall-ewwel 5000 tunnellata huwa ta' madwar LM11.16 kull qantar u mhux LM12.00-il qantar , jiġifieri 7% inqas mill-valur ikkwotat ta' LM12.00 mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni numru 536 għal xiri ta' fond Nru. 8, Osha, Rabat, Malta?
Peress li din l-applikazzjoni issa ilha pendenti ħames snin, jista' jara li l-awtorita' tad-djar tirrimedja dan il-każ minħabba n-neċessita' urġenti tal-familja konċernata?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma ngħatatx il-permess biex tbiegħ din il-proprjeta' mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Peress li l-kont Nru. 910195400 ġie għoli aktar mis-soltu u l-familja qed tilmenta li hemm xi differenza kontra tagħha fil-kalkolu, jista' d-dipartiment jirrivedi u jirrimedja għal dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16673 waqt is-Seduta numru 316.
Peress li l-Agenda 2000 għal CAP tgħid:
"The current level of CAP prices is too high for the EU to meet international under takings and to be able to take advantage of the expansion of world markets, with the risk that surpluses will appear again and create intolerable budget costs and market share may be lost within the community and on the world level",
jista' l-Ministru jgħid għaliex caħad li l-CAP kif inhija llum iġġib spluzzjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor Interpellant għandu qabel xejn jifhem li l-argument tal-"quotation" li qed juża ma jreġix mal-mistoqsija tiegħu, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dibattiti inutili fuq din il-"quotation" miktuba f'kontest ieħor, dak li l-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi, cioe jekk bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Europeja hux x'se jkun hemm splużżjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna, hu kunċett bla bażi, fittizju, u suġġettivament spekulattiv.
Dan hu hekk għax biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropeja jridu jsiru n-negozjati w il-Gvern għandu l-pjan għall-mekkaniżmi u arranġamenti oħra biex propju dawk l-effetti li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalihom u li ma għandhom l-ebda bażi fil-"quotation" imsemmija ma jimmaterjalizzawx.
Peress li l-kont Nru. 944139320 ġie għoli aktar mis-soltu u l-familja qed tilmenta li hemm kalkoli ħżiena u kontra tagħha, jista' d-dipartiment ġentilment jirrivedi u jirrimedja għall-ilment ta' Lm611 kont tad-dawl u l-ilma?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16673 waqt is-Seduta numru 316.
Peress li l-kont tal-konsum ta' l-ilma bin-numru 940708570 ġie għoli ħafna aktar mis-soltu u l-familja qed tilmenta li m'għandhiex tagħti l-Lm400 f'kont pendenti mal-WSC, jista' d-dipartiment konċernat ġentilment jirrimedja għal dan l-inkonvenjent li qed issofri l-familja konċernata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16673 waqt is-Seduta numru 316.
Peress li r-residenti fi Triq Pawlu Inguanez, Rabat qed jilmentaw li żviluppaw ħofor fit-triq li qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti kollha, jista' d-dipartiment jara li jsir kordinament mal-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Peress li meta ressaqt l-ilment dwar il-kont tad-dawl li għandu l-account number 1000022560 Distect code 925, intqal mill-Ministru għall-Ambjent li dan il-kont huwa totalment żbaljat li minn ta' l-inqas fih mijiet ta' liri fi żball, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex dan il-kont ta' familja ta' 9 persuni minn Lm919 għall-perjodu ta' bejn is-6 ta' Jannar 1999 u s-17 ta' Mejju 1999 niżel biss b'Lm100 għall-ammont ta' Lm808.78c?
Peress li din il-familja għadha qed tikkontesta dan il-kont inġust għar-raġunijiet loġiċi, jista' l-Ministru jara li verament jitnaqqsu l-mijiet ta' liri kif intqal? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha taqsima msejjha `Customer Care` proprju biex tilqa` l-ilmenti tac-cittadini, fosthom dawk dwar kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma. Ghaldaqstant ikun apprezzat jekk il-persuni kkoncernati jirreferu l-ilment taghhom lit-taqsima msemmija.
Peress li wasluli lmenti dwar żviluppi li se jsiru fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa (Golden Bay) kemm fuq ir-ramla, fuq il-baħar u fil-parking area, liema partijiet huma frekwentati ħafna mill-pubbliku u mit-turisti, jista' l-Ministru jinfurmani, x'applikazzjonijiet kellha jew għandha quddiema l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal żviluppi ġodda f'din il-bajja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, dwar applikazzjonijiet li ġew deċiżi u li għadhom qed jiġu pproċessati mid-Direttorat ta` l-Ippjanar għaż-żona ta` Għajn Tuffieħa, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.