Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16908 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-Saħħa - Ilmenti

Question

Peress li jirriżulta li l-poplu Rabti u dak ta' l-Imtarfa, Mdina, Baħrija, Ħad-Dingli huma rrabjati ħafna li l-gvern għalaq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat bla ma ddiskuta din il-problema mal-kunsilli rispettivi tagħhom tant li llum dawn il-popli jinsabu f'sitwazzjoni tedjanti u ta' dwejjaq fejn persuna li isimha qed jintbagħat separatament, lanqas sabet tabib jassistiha fl-inċident li kellha quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa qabel tilfet ħajjitha, jista' l-Ministru jara li jibda laqgħat immedjatament mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet imsemmija sabiex il-poplu Rabti, ta' l-Imtarfa, Mdina, Baħrija u Ħad-Dingli jnaqqsu t-tensjoni dwar din il-kwestjoni li tant naqqsitilhom is-servizzi mediċi li jirrikjedu fil-ħajja ta' kuljum? Peress li jirriżulta li aktar minn 70,000 persuna jużaw f'sena waħda ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza u l-bżonn li ċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat jiftaħ fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum minnufih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jkun dejjem dispost li jiltaqa' nal-Kunsilli Lokali. Bin-numru ta' tobba li preżentament jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma hux possibbli illi ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat jinfetaħ fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum. L-egħluq ta' dan iċ-Ċentru sar bħala miżura temporanja sakemm jerġa' jkollna biżżejjed tobba.
Leg 9 PQ #16808 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat — Skola - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema watchmen fl-iskola tar-Rabat filwaqt li jaħdmu mis-siegħa ta' wara nofsinhar sas-sebgħa ta' l-għada filgħodu, flok mill-ħamsa ta' wara nofsinhar sas-sebgħa ta' l-għada filgħodu, dawn dejjem jirċievu l-istess paga?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-watchmen jaħdmu fuq ġimgħa ta' 44 siegħa u barra l-paga skond il-grad u l-iskala tas-salarju tagħhom jitħallsu wkoll allownces għall-Ħdud u l-Festi Pubbliċi. Billi dawn l-allowances ma jitħallsux bis-siegħa, ma jagħmilx differenza fil-ħlas għas-sajf u x-xitwa. Dawn l-allowances huma mqassmin hekk: i) minn Lm10.50,4 sa Lm12.75,2 għall-Ħdud u ii) minn Lm13.78,3 sa Lm16.73,7 għall-Festi Pubbliċi. L-orarju li jaħdmu l-watchmen huwa hekk: a) Xitwa (1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju) mill-5.00pm sas- 7.00am (ta' l-għada) b) Sajf (1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru) mis-1.00pm sas- 7.00am (ta' l-għada).
Leg 9 PQ #16810 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-programm ta' xogħlijiet u rranġar ta' widien f'Malta u Għawdex għas-sajf li ġej? Jista' l-Ministru jara li jinkludi t-tħammil ta' Wied il-Għasel, Burmarrad peress li dan il-wied, meta jfur bl-ilma tax-xita, qed jikkawża ħsarat kbar lill-bdiewa ta' Burmarrad? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ġie nnutat u ser nara x'passi jistgħu jittieħdu. Sadanittant ser jibda x-xogħol fuq Wied Babu limiti taż-Żurrieq u Wied il-Kbir, limiti ta' Ħal-Qormi.
Leg 9 PQ #16811 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Bozza

Question

Jista' d-dipartiment jara li tinbidel il-bozza li hemm maħruqa fi Triq San Franġisk, ir-Rabat, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #16812 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Lampa

Question

Jista' d-dipartiment jara li tiġi rranġata l-lampa li hemm maqtugħa fi Triq G. Borg Olivier, ir-Rabat fejn Villa Bijou?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta giet infurmata biex tiehu l-passi mehtiega dwar it-talba ta` l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #16813 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Lampa

Question

Jista'd-dipartiment jara li tiġi rranġata l-lampa li hemm maqtugħa f'Doni Steet kantuniera ma' St. Paul's Street fir-Rabat Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittiehdu l-passi mehtiega.

Mtarfa — Aċċessi

Question

Peress li l-Ministru fil-Parlament qal li se jagħlaq l-aċċess tar-residdenti ta' l-Imtarfa mit-toroq tad-ditch u tal-bridge tal-ferrovija permanentement, jista' l-Ministru jgħid meta applika lit-Traffic Control Board u meta ddiskuta dan il-pass mal-kunsill ta' l-Imtarfa? Jekk ma sarux dawn il-laqgħat, jista'jgħid għaliex injora lil dawn iż-żewġ entitajiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-`roundabout` inkwestjoni kienet waħda żgħira li fiċ-ċirkustanzi kienet aktar ta` periklu għal min kien juża din it-triq. Id-Dipartiment tat-Toroq kien ilu li wettaq din l-inizjattiva biex ir-`roundabout` titneħħa mill-Bypass qabel ma ġie ffurmat il-Kunsill ta` l-Imtarfa, u għalhekk żgur li dan il-Kunsill ma setax ikun ikkonsultat. Dwar l-involviment tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mhiex funzjoni ta` dan il-Bord li jiddisinja t-toroq iżda li jirregola l-użu tat-toroq, u għalhekk ma kienx hemm skop li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jiddaħħal f`dan il-każ.
Leg 9 PQ #16802 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' rapporti lill-pulizija dwar każijiet ta' kuntrabandu fuq xorb, sigaretti, ikel, eċċ matul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet simili rapportati lill-pulizija matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant il-Pulizija kellha 19-il rapport dwar kuntrabandu. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #16803 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Xorb/Drogi

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 15892 għax-xahar ta' Mejju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa matul ix-xahar ta` Mejju kien. Month Overdose Alcohol -------------------------------- May 20 3
Leg 9 PQ #16804 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Pompa tal-Petrol

Question

B'referenza għall-applikazzjoni ġdida għall-pompa tal-petrol fil-Mellieħa u l-petizzjoni ta' l-oġġezzjoni mressqa mir-residenti tal-Mellieħa dwar dan il-proġett, jista' l-Ministru jinfurma lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' l-Enemalta fuq dan il-proġett ta' pompa tal-petrol ġdida fil-Mellieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa llum l-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni ġdida għall-ftuħ ta` pompa tal-petrol fil-Mellieħa. Il-liċenzja tal-pompa tal-petrol li kien hemm ħdejn il-pont tal-Mellieħa għadha valida.
Leg 9 PQ #16805 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Mellieħa - Pompa tal-petrol

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni quddiem il-Planning Authority għall-pompa tal-petrol ġdida fil-Mellieħa u l-petizzjoni ta' oġġezzjoni mressqa mir-residenti tal-Mellieħa dwar dan il-proġett, jista' l-Ministru jinfurmani fis-sitwazzjoni attwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-pompa ġdida fil-Mellieħa qegħda tiġi proċessata u bħalissa qiegħed jiġi evalwat l-Environment Impact Assessment relevanti għal dan is-sit.
Leg 9 PQ #16806 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Għasel — Ħsarat - Xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-bdiewa li rrapportaw ħsarat kawża ta' l-ilmijiet tax-xita matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'passi ttieħdu u x-xogħlijiet saru sabiex titħammel il-parti minn Wied il-Għasel li l-aktar li tikkawża ħsarat lil dawn il-bdiewa? Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li għas-sajf li ġej jilħaq arranġamenti mal-Kummissjoni Militari Taljana u ħaddiema oħra tad-Dipartiment ta'l-Ambjent u Xogħlijiet Pubbliċi ħalli jitħammlu partijiet minn Wied il-Għasel?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond rapporti miġbura minn Uffiċjali tal-Extension Service, kien hemm rapporti mill-bdiewa dawn il-ħsarat kaġunati minn maltempati ta' xita qawwija, silġ, għargħar u rjieħat qawwija. Settembru 1995 177 Bidwi Frar 1996 13 Bidwi Settembru 1997 51 Bidwi Jannar 1998 159 Bidwi Novembru 1998 79 Bidwi Novembru/Diċembru 1999 590 Bidwi Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi nnutat flimkien ma suġġerimenti simili li jsiru mill-pubbliku fir-rigward ta' tindif ta' widien.
Leg 9 PQ #16807 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Qlejgħa — Plakka kommemorattiva

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12191 u oħrajn li jindikaw li kellha ssir plakka oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-plakka hija ordnata u kif tkun lesta terġa teħel fil-post.
Leg 9 PQ #16760 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tadam — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġi skond l-ordni tad-domanda numru 16371?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet, f'tunellaġġ, ta' tadam bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju kienu kif ġej:- 1997 1998 1999 2000 Jannar 198 140 178 116 Frar 159 128 136 131 Marz u 164 133 206 143 April 187 197 217 174 Mejju 309 291 333 365 Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Leg 9 PQ #16763 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Frawli — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġ skond l-ordni tad-domanda numru 16373?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta'frawli (f'panets) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju kienu kif ġej:- 1997 1998 1999 2000 Jannar 13,474 3,369 3,310 1,656 Frar 35,817 31,548 8,091 140,740 Marzu 123,606 153,410 153,410 78,43 4 April 329,408 369,125 360,756 326,531 Mejj u 307,597 201,571 271,702 217,184 Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Leg 9 PQ #16764 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħass — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġ skond l-ordni tad-domanda numru 16355?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta' ħass frisk (f'tunellaġġ) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kienu kif ġej:- 1997 1998 1999 2000 Jannar 86 7 0 109 57 Frar 66 75 84 53 Marzu 78 129 110 105 April 113 144 120 98 Mej ju 131 117 111 139 Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.

Dipartiment tal-Liċenzji — LOD/6956/85

Question

B'referenza għall-każ mad-dipartiment tal-liċenzji Nru. LOD/6956/85 u l-fatt li dan il-każ ilu pendenti għal snin twal meta l-persuna in kwestjoni dejjem kellha ċertifikati mediċi dwar l-istat tajjeb tagħha, jista' l-Ministru jara kif jiġi rimedjat l-inkonvenjent li kull sena din il-persuna tiffaċċja sabiex tipprovdi ċertifikati lid-dipartiment tal-liċenzji? Jista' l-Ministru jara li ġentilment isir il-kordinament meħtieġ ħalli dan il-każ jiġi finalizzat u din il-persuna ma tiffaċċjax aktar inkonvenjent?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li meta xi persuna li jkollha liċenzja tas-sewqan ikollha xi kundizzjoni medika, id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet jirreferi l-każ għand l-`Occupational Health` Unit għal parir. Ovvjament id-Dipartiment jimxi fuq il-parir li jingħata. F`dan il-każ partikulari, id-Dipartiment kien oriġinarjament ingħata l-parir li l-persuna kkonċernata għandha tiġi eżaminata kull sena qabel tiġġeddilha l-liċenzja. Id-Dipartiment sena wara l-oħra kien jerġa` jitlob parir mediku sakemm fl-1985, ġejna infurmati li l-eżami mediku għandu jibda` jsir kull sentejn. F`Novembru 1996 id-Dipartiment ġie mogħti l-parir li din il-persuna hija tajba biex issuq vettura basta li wara tlett snin terġa tiġi eżaminata. Fil-fatt tlett snin wara, eżattament fid-19 ta` Ottubru 1999, id-Dipartiment informa lil persuna kkonċernata li trid tibgħat ċertifikat mediku kif indikat mit-Tabib tal-Gvern. Id-Dipartiment ma rċeviex risposta. Ittra oħra reġgħet intbagħtet lil persuna kkonċernata fl-10 ta` April 2000, iżda s`issa id-Dipartiment għadu ma rċieva xejn.
Leg 9 PQ #16800 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Buġibba — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom tneħħiet il-funtana tal-pjazza ta' Buġibba? Meta tneħħiet u għaliex baqgħet ma twaħħlitx lura? Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ mad-dipartimenti jew il-kuntratturi konċernati ħalli għas-sajf li ġej tkun ġiet imwaħħla mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #16801 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd — Malta - Libya

Question

Peress li l-Ministru jaf li se jaġġornani dwar il-kontinwazzjoni tal-ħidma li saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn fuq il-protokoll bejn Malta u l-Libya fl-oqsma tal-biedja u sajd, jista' jinfurmani bid-dettalji u l-programm ta' kontinwazzjoni li għandu għal matul din is-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-program ta' ħidma bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-Biedja u s-Sajd għas-sena 2000 jinkludi:- 1. Il-wasla tal-kumplament ta' grupp ta' studenti għal kors ta' sena fit-teknika ta' trobbija tal-ħut. 2. L-għajnuna teknika oħra bejn iż-żewġ pajjiżi dwar il-bini ta' Masġar Għarbi kif ukoll ko-operazzjoni fil-qasam ta' "organic farming".
Leg 9 PQ #16754 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marfa — Moll

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-moll ta' l-Imtarfa li jintuża mis-sajjieda Maltin u Għawdxin u li jinsab qrib ir-Ramla Bay Hotel, ġiex mogħti lil xi kumpannija privata? Jista' jgħid jekk fil-mument humiex awtorizzati li jużaw dan il-moll is-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi l-ebda informazzjoni li tindika dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant. Jien infurmat mid-Dipartiment tas-Sajd li ma hemm l-ebda diffikulta sabiex dan il-moll jintuża mis-sajjieda.