Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17123 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pork loin għolliet minn Lm1.03c għal Lm1.12c għal butcher shop? Kemm se jogħla għal konsumatur lokali dan il-prodott fil-ġimgħat li ġejjin? Jikkonferma l-Ministru li l-koxxa tal-majjal għoliet minn Lm1.00c għal Lm1.14c il-kilo għal butcher shop u l-kustilji ta' l-għonq tal-majjal minn Lm1.00 saru għal Lm1.12 il-kilo? Jekk iva, kemm se jkunu l-prezzijiet għal konsumatur lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ordni tal-prezz lill-bejjiegh ta` karkassa tal-porku frisk ma nbidlitx. Id-Dipartiment tal-Kummerc ma rcieva ebda ilment dwar zieda fil-prezz tal-qatghat imsemmija.

Rabat — Toroq

Question

Peress li numru ta' toroq urbani u rurali fir-Rabat, Malta, ġew dikjarati li huma fi stat inaċċettabbli u l-kunsill lokali tar-Rabat ma għandux il-finanzi meħtieġa biex jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq fil-lokal Rabti, jista' l-Ministru jara li jsiru xogħlijiet mill-ministeri konċernat, kif kien isir taħt il-gvern Laburista preċedenti, sabiex il-kunsill tar-Rabat verament jiġi mgħejjun jirrimedja għal dan in-nuqqas fl-istat tat-toroq li qed joħloq inkonvenjent kbir lill-komunita' kollha Rabtija? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma nħossx li hemm xejn aktar x`inżid fuq ir-risposta għad-domanda parlamentari Nru 16287 ta` l-istess interpellant.

Mosta — Main Street - Xogħlijiet

Question

Peress li r-residenti f'Main Street, Mosta, ilhom snin jilmentaw dwar l-istat ħażin ta' din it-triq u l-bżonn urġenti li jsir il-water culvert ta' l-ilma tax-xita li qed jispiċċa f'din it-triq u joħloq problemi kbar lir-residenti, jista' l-Ministru jikkunsidra li jdaħħal fil-programm tax-xogħlijiet tiegħu għajnuna lill-kunsill lokali tal-Mosta sabiex mill-aktar fis possibbli ikollu l-fondi ħalli jilqa' x-xewqa tar-residenti Mostin? Billi jenħtieġu spejjeż kbar biex jiġu rranġati toroq oħra fil-Mosta li ġew dikjarat fl-aħħar rapporti li saru li huma fi stat inaċċettabbli, jista' l-Ministru jestendi din l-għajnuna lill-kunsill tal-Mosta fix-xhur li ġejjien? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq informa lill-Kunsill Lokali li kien ilu bil-ħsieb li jagħmel `culverts` f`din il-lokalita` biex tonqos il-problema ta` l-għargħar. Iżda għal issa dawn il-pjanijiet għadhom ma ġewx iffinaliżati. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 16287, u nħoss li ma hemm xejn aktar x`inżid dwarha.
Leg 9 PQ #16987 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Bypass - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talba sabiex tiddawwal l-Imtarfa bypass? X'inhija l-pożizzjoni ta' l-Enemalta dwar dan il-bżonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ispiża sabiex tiddawwal il-Bypass ta` l-Imtarfa tammonta għal madwar LM43,000. It-talba qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma` numru ta` talbiet oħra.

Imtarfa — Bypass - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformana meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-Imtarfa bypass? Kemm se tkun in-nefqa għal dawn ix-xogħlijiet u meta se jiġu finalizzati x-xogħlijiet pendenti u t-triq tkun kompluta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Id-dipartiment tat-Toroq issottomentta l-pjanti mitluba mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-tieni fażi tax-xogħolijiet fuq l-Imtarfa Bypass peress illi t-triq trid titwessa f'xi partijiet tagħha biex il-linja tiġi kkoreġuta. Is-sejħiet għall-offerti jkunu jistgħu jiġu ppubblikati hekk kif ikun hemm l-indikazzjonijiet neċessarji li l-Awtorita' se tapprova il-pjan tad-Dipartiment. Dwar ix-xogħlijiet ta' l-ewwel fażi id-Dipartiment issottometta wkoll għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar applikazzjoni biex jiġi modifikat il-ħajt li nbena biex iżomm it-tafal u meta l-permess jinħareġ, dan ix-xogħol ikun jista' jsir bied din il-fażi tax-xogħol titlesta.

Toroq Arterjari — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta li talbu lill-Ministeru sabiex jagħti t-tarmac fit-toroq arterjali li jappartjenu l-konfini tagħhom? Kemm hija kkalkulata n-nefqa globali li l-gvern jirrikjedi biex iwettaq dawn it-talbiet tal-kunsilli lokali sabiex jingħata t-tarmac f'ċerti toroq proposti fil-lokalitajiet tagħhom? X'inhija l-pożizzjoni tal-gvern u cioe' kemm hija n-nefqa li se tintnefaq, bejn Ġunju u Diċembru li ġej, sabiex jitwettqu dawn it-talbiet tal-kunsilli lokali f'Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapporti dwar toroq arterjali li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16990 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biedja u Sajd — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat bejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta u d-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd, bil-għan li l-oqsma tal-biedja u sajd ikunu integrati fil-programm edukattiv ta' l-iskola sajf? Meta saru min kien preżenti u xi programm tfassal sabiex jgħin lit-tfal Maltin u Għawdxin li se jattendu l-iskola sajf ikollhom aktar għarfien u edukazzjoni dwar dawn l-oqsma li minnhom tant tiddependi l-provvista ta' l-ikel tal-poplu tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għanijiet ewlenin wara l-programm edukattiv ta' Skola Sajf huma:- 1. L-istudenti tal-B.Ed ikollhom esperjenza diretta ta' tagħlim li tgħinhom fil-karriera futura tagħhom. 2. It-tfal li jattendu Skola Sajf ikollhom ċans jesprimu l-kreattivita` tagħhom li x'aktarx ma tkunx possibbli tul is-sena skolastika. Informat ukoll li l-iSchool Co-Ordinators li jmexxu l-proġetti ta' Skola Sajf huma liberi li jagħmlu dawk il-kuntatti li jidhrilhom li jkunu fl-interess ta' l-istudenti tal-B.Ed u tat-tfal li jattendu. Dawn jista' jkun li jkunu jinkludu fost l-oħrajn l-oqsma tal-biedja, agrikoltura u sajd.
Leg 9 PQ #16991 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju tal-gvern li kellhom xi inċidenti waqt it-trip ta' l-iskola? X'ikkawża dawn l-inċidenti u x'passi ttieħdu? X'servizzi joffri d-dipartiment lill-iskejjel f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #17042 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Rabat — Barriera - Ilmenti

Question

Peress li r-residenti ta' Għar Barka, Rabat, partikolarment dawk residenti "phase two" kif ukoll ir-residenti tal-lunzjata, ilhom is-snin jilmentaw mill-inkonvenjent kbir li qed tikkawżalhom il-barriera li hemm qrib l-inħawi residenzjali, tant li jinsabu f'sitwazzjoni li ma jifilħux jirreżistu aktar theżżiż ta' l-isplussivi li jħossu fil-bini tagħhom wara l-isparaturi regolari li jsiru fil-barriera msemmija, jista' l-Ministru jinvestiga din is-sitwazzjoni urġenti ħalli jittaffew il-problemi kbar ta' dawn il-familji? Jista' l-Ministru jara li ssir sistema ta' permessi differenti għall-kwantita' ta' splussivi li qed jiġu sparati peress li r-residenti in kwistjoni jinsabu taħt pressjoni kbira kawża tal-15-il sena li ilhom jissaportu dan it-theżżiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħmel 'monitoring' regolari meta jintuża splussiv fil-barrieri. L-Awtorita` għandha strumenti li jkejlu s-saħħa tat-theżżiża u permezz ta` 'monitoring' regolari l-Awtorita` taċċerta li ma jsirx theżżiż eċċessiv. Fejn jinstab li l-qtugħ ta` blat minn dawn il-barrieri jagħmel theżżiż iżjed milli hu aċċettabli, l-ammont ta` splussiv li huma jkollhom permess jużaw jiġi mnaqqas. Fil-każ tal-barriera in kwistjoni, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar diġa` naqqset l-ammont ta` splussiv li jista` jintuża f`din il-barriera. Fil-fatt, f`din il-barriera jintuża inqas minn nofs l-isplussiv li jintuża normalment f`barrieri oħra. Minn 'records' li għandha l-Awtorita`, il-livelli ta` theżżiż f`din il-barriera dejjem kienu f`livell li mhux mistenni li jagħmel ħsara fuq il-proprjeta` fil-viċin.
Leg 9 PQ #16916 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Xemxija — Bajja

Question

Peress li t-taraġ tal-ħadid li hemm biex tinżel fil-bajja tax-Xemxija huwa kollu msaddad u nifhem li qed ikun ta' periklu serju għal min jużah, jista' l-Ministru jara li japprova x-xogħlijiet meħtieġa ħalli qabel is-sajf li ġej isir taraġ ġdid tal-ħadid? Peress li l-bżonn ta' aċċess li jestendi t-taraġ tal-ħadid huwa neċessarju ħafna għar-residenti u ċittadini li jiffrekwentaw l-inħawi, jista' l-Ministru jara li fil-fatt ix-xogħlijiet meħtieġa jitwettqu verament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Rabat — Għar Barka - Trasport

Question

B'riferenza għas-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku f'Għar Barka, Rabat u l-laqgħa li saret fit-12 ta' Mejju, jista' l-Ministru jinformani dwar il-progress? Jista' jara li dan ix-xahar tiġi rimedjata din il-kwestjoni peress li t-tfal se jkunu għal tliet xhur bil-vaganzi tas-sajf u żgur se jkun hemm bżonn ta' aċċess u servizz tat-trasport pubbliku f'Għar Barka, Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-laqgħa saret f`Mejju u nstab li għad fadal xi pendenzi li għad iridu jiġu riżolti.
Leg 9 PQ #16945 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Oġġezzjoni

Question

B'riferenza għat-talba lid-Dipartiment tal-VAT bir-referenza li qed tintbagħat separatament, għall-oġġezzjoni pendenti, jista' d-Dipartiment jara li jiġi rimedjat dan il-każ pendenti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-oġġezzjoni li qed jirreferi għaliha hija każ ta` appell quddiem il-Bord ta` l-Appelli kontra stima ta` taxxa. Id-Dipartiment ġibed l-attenzjoni tal-Bord dwar dan l-Appell.
Leg 9 PQ #16946 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li jitkompla x-xogħol fuq l-arblu l-ġdid li twaħħa f'Wied il-Bużbież qrib l-inħawi ta' F/Hse Montana Landrijiet L/O Rabat, ħdejn it-transformer tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xoghol li qed issir riferenza ghalih, mistenni jitkompla flimkien ma` xogholijiet ohra.
Leg 9 PQ #16985 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

METCO — Żjarat

Question

B'riferenza għall-aħħar delegazzjonijiet tal-METCO li żaru l-Libja, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kumpanniji Maltin li wrer interess li jinvestu fil-Libja fuq proġetti ta' produzzjoni u proċessar ta' l-ikel? Xi żviluppi ta' kontinwazzjoni tinsab għaddejja fuqhom il-METCO fil-Libja sabiex jirnexxu dawn il-proġetti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li mis-sebghin kumpanija li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni tal-METCO li zaret il-Libja f`April li ghadda, sebgha minnhom joperaw fl-industrija ta` l-ikel. Il-parti l-kbira tad-diskussjonijiet saru direttament u fuq bazi privata bejn il-kumpaniji Maltin u dawk Libjani. Ghaldaqstant il-METCO ma ghandhiex dettalji dwar in-numru ta` kumpaniji Maltin li wrew interess li jinvestu fil-Libja, inkluz fl-industrija ta` l-ikel. Ta` min jinnota li l-kumpaniji Maltin li hadu sehem f`din il-missjoni kummercjali, ma ghandhom ebda obbligu li jinfurmaw lill-METCO bl-izviluppi li jkun hemm b`rizultat tat-tahdidiet u negozjati li jkunu saru.
Leg 9 PQ #16986 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Beef/Dairy

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bidliet gradwali li jridu jsiru matul is-snin 2000, 2003, 2005 u 2008 fl-industrija tal-beef u dairy skond l-aħħar riformi tal-CAP? Peress li l-Ministru qal li dawn il-bidliet f'dawn l-oqsma tal-CAP ma jeżistux u li huwa ma jistax jgħid x'se jiġri fil-futur, dan ifisser li r-regoli u l-miżuri ġodda li ġew deċiżi fl-aħħar riforma tal-CAP fl-industrija tal-beef u tal-ħalib ta' l-Unjoni Ewropea ma baqgħux fis-seħħ? Jekk iva, minn fejn ġab din l-informazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Niċħad kategorikament dak li qed jiprova jallega li jiena għidt l-Onor. Interpellant. Jiena qatt m'għidt li dawn il-bidliet ma jeżistux. Nirreferi lill-istess interpellant għar-risposta li jiena tajtu dwar l-istess materja f'diversi Risposti Parlamentari. L-Onor. Interpellant jista jsib id-direttivi/regoli in vigore fil-present fl-"Official Journal of the European Communities" L 160 Vol 42 tas-26 ta' Ġunju 1999. Jekk l-Onor. Interpellant jaf eżatt x'ser ikun it-tibdil/żieda/tnaqqis fl-ammont ta' direttivi/regolamenti sas-snin 2003, 2005, 2008, huwa ghal darb'oħra ġentilment mitlub jgħaddili l-istess informazzjoni.

Imtarfa Home — Trasferiment

Question

Peress li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament jixtieq li jitla' l-Imtarfa Home flok jibqa' f'San Vincenz de Paule, jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni għal din it-talba peress li jirriżulta li l-persuna qed tagħmel f'qalbha? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paule fis-27 ta' Marzu li għadda u daħlet fis-26 ta' Mejju 2000. Minn informazzjoni miġbura, jidher li s'issa ma saret l-ebda applikazzjoni biex din il-persuna tidħol fl-Imtarfa Home.
Leg 9 PQ #16904 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Lampi

Question

Jista' d-dipartiment jara li jiġu rranġati l-lampi li hemm maqtugħa fi Triq il-Vjola, Rabat, l-Imtaħleb 'il ġewwa minn Triq l-Iskola, f'Għajn Qajjed fejn il-farm tat-tiġieġ u dik fi Triq Fidloqqom ħdejn Sayon Flats, ir-Rabat Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta giet mitluba tinvestiga t-talba ta` l-Onorevoli Interpellant u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #16905 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Lampa

Question

Jista' d-dipartiment jara li tiġi msewwija l-lampa li hemm fi Triq Riebu Well ir-Rabat, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #16906 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Pawl il-Baħar — Lampa

Question

Jista' d-dipartiment jara li tiġi rranġata l-lampa li hemm fi Triq Sir Luigi Preziosi faċċata ta' Salvatore Court f'San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-lampa li ghaliha qed issir riferenza, diga` saret.
Leg 9 PQ #16907 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għadira — Lampi

Question

Jista' d-dipartiment jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm l-Għadira mill-Mellieħa Holiday Centre sa Costa Del Sol Restaurant, Triq il-Merill ħdejn dar 25, Għar in-Naħal l-Armier u Mellieħa Bay centre strip il-Mellieħa stess? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tal-bozoz fl-inhawi ta` l-ghaidra fil-Mellieha diga` saret. Rigward l-inhawi ta` Ghar in-Nahal, l-Armier, ikun apprezzat jekk jinghata aktar taghrif.