Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tat-tjur reġistrati mad-dipartiment tas-servizzi veterinarji tad-dipartiment ta' l-agrikoltura? Kemm saru spezzjonijiet fl-irziezet u l-impjanti tagħhom sabiex ikun stabilit it-tibdil li dawn iridu jwettqu sabiex ikunu konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet tal-CAP, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm huwa n-numru ta' l-istaff responsabbli minn dan ix-xogħol u kemm iridu jiżdiedu tekniċi, eċċ, sabiex fil-ġejjieni qarib jibdew jiġu segwiti l-imsemmija sistemi ġodda ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numri ta' produtturi ta' tjur reġistrati mas-Servizz Veterinarju u li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura huwa ta':
281 Broilers
84 Broilers u Layers
45 Layers
In-numru ta' staff responsabbli minn dan ix-xogħol huwa ta' veterinarju u żewġ tekniċi. Huwa stmat li dan in-numru jrid jitla' għal 10 persuni. Spezzjonijiet isiru fuq bażi regolari meta u kemm il-darba jkun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu kawża ta' inċidenti fatali mill-ewwel tas-sena 'l hawn? X'ikkawża l-mewt ta' dawn il-persuni? Kemm kienu nisa, irġiel, anzjani u żgħażagħ? X'investigazzjoni qed issir mill-pulizija relatata ma' dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u d-19 ta` Ġunju ta` din is-sena, huwa kif ġej :
Data Sess Eta` Kawża tal-mewt Investigazzjoni
16.01.2000 raġel 62 Waqa bini Inkjesta bil-
Maġistrat
27.01.2000 raġel 39 Gass velenuż Inkjesta bil-
Maġistrat
27.01.2000 raġel 55 Gass velenuż Inkjesta bil-
Maġistrat
27.01.2000 raġel 49 Gass velenuż Inkjesta bil-
Maġistrat
28.01.2000 raġel 45 Splużjoni kamra tan-nar
Inkjesta bil-
Maġistrat
11.02.2000 raġel 77 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
12.02.2000 mara 91 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
19.02.2000 raġel 19 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
19.02.2000 raġel 14 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
16.03.2000 raġel 70 Splużjoni kamra tan-nar
(02.03.2000) Inkjesta bil-
Maġistrat
30.03.2000 raġel 16 Waqa` minn għoli Inkjesta bil-
Maġistrat
12.04.2000 mara 83 Waqa` bini Inkjesta bil-
Maġistrat
23.04.2000 raġel 33 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
04.05.2000 raġel 67 Waqa` minn għoli Inkjesta bil-
Maġistrat
15.05.2000 raġel 41 Waqa` minn għoli Inkjesta bil-
Maġistrat
11.06.2000 raġel 22 Mgħarraq Inkjesta bil-
Maġistrat
11.06.2000 raġel 63 Mgħarraq Inkjesta bil-
Maġistrat
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rapportati lid-dipartiment mill-ewwel tas-sena 'l hawn f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu gravi? Kemm minn dawn il-ħaddiema kawża ta' l-inċidenti għadhom ma rritornawx għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' talbiet għal benefiċċju tal-korriment li daħlu mill-ewwel tas-sena 'l hawn huwa ta' 2182 talba f'Malta u 62 f'Għawdex.
Mill-istatistika li għandu d-Dipartiment, 323 għadhom ma rritornawx għax-xogħol f'Malta u 8 f'Għawdex.
Id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar il-gravita' tal-korriment. Li jista' jingħad biss huwa li mill-ewwel tas-sena s'issa ingħataw biss żewġ għotjiet tal-korriment minħabba t-telf fiżiku minħabba l-korriment. Fiż-żewġ każi l-panel mediku għamel stima ta' l% bħala telf fiżiku riżultat tal-korriment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati nieqsa mill-pulizija mill-ewwel tas-sena 'l hawn? Kemm minnhom instabu u/jew irritornaw? X'investigazzjonijiet għaddejjin fil-mument mill-pulizija b'konnessjoni ma' dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-19 ta` Ġunju ta` din is-sena kien hemm 95 persuna rrapurtati nieqsa lill-Pulizija. Dawn kollha ġew rintraċċati.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar importazzjoni tal-laħam tal-majjal u kemm kwantitajiet ta' majjal ġie importat? Kemm jieħu biex jilħaq is-suq il-proċess tat-trobbija tal-majjal fil-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-aħħar importazzjoni tal-laħam tal-majjal kienet fit-12 ta' Ġunju ta' din is-sena u l-ammont impurtat kien ta' żewġ tunnellati.
Rigward it-tieni parti tad-domanda huwa fatt li l-iqsar tul tas-simna huwa favur il-produttur. Iċ-ċirkustanzi ta' Malta wieħed jistenna cycle mit-twelid għall-qatla ta' mhux aktar minn seba' xhur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kawża hemm pendenti quddiem il-qorti li tinvolvi l-Awtorita' tad-Djar? X'inhi n-natura ta' dawn il-każi? Meta nfetħu dawn il-każi u min hemm involut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal reklamazzjoni ta' art għal skopijiet agrikoli? X'inhija l-policy tal-gvern u ta' l-awtorita' f'dan ir-rigward? Kemm hemm każi fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kellha tintervjeni sabiex ma jkomplix ir-reklamazzjoni ta' l-art għal skopijiet agrikoli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiema erba` applikazzjonijiet pendenti li fihom qed tiġi proposta reklamazzjoni ta` art għal skopijiet agrikoli. Hemm ukoll erba` każi fejn l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kellha tintervjeni sabiex ma titkompliex ir-reklamazzjoni ta` l-art.
Skond l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp, ir-reklamazzjoni ta` art permezz ta` l-irdim ta` terrapien, ħamrija, jew materjal ieħor tinħtieġ permess ta` l-iżvilupp, kemm jekk hija għal użu agrikolu kif ukoll jekk għal użi oħra. Il-provvedimenti ta` l-Att huma intiżi biex ikun hemm kontroll fuq interventi li jistgħu jkunu ta` ħsara kbira għall-ambjent tal-kampanja.
Għaldaqstant, meta l-Awtorita` tieħu deċiżjonijiet dwar talbiet għall-permess għal irdim fuq ix-xagħri, twittija ta` art u xogħlijiet oħra ta` reklamazzjoni, trid bilfors tqis il-merti tal-każ, fosthom l-impatti li dawn l-interventi jħallu fuq l-ambjent.
L-Awtorita` tħares bir-reqqa lejn dawn l-impatti sabiex ma jkunux irrepetuti żbalji li saru fl-imgħoddi u li qerdu ambjenti importanti u anke fdalijiet arkeoloġiċi minbarra li ħassru pajsaġġi mill-isbaħ, l-aktar fin-naħat ta` fuq ta` Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni u kumpanniji li għandhom numru tal-VAT? Kemm minn dawn il-persuni u kumpanniji għandhom xi forma ta' objection dwar il-VAT li qed jiġu mitluba jħallsu mid-dipartiment? Kemm fil-fatt skond id-dipartiment għandhom iħallsu f'ċifra ta' flus globali lil VAT Dipartiment dawn il-persuni u kumpanniji li qed jikkontestaw l-oġġezzjonijiet tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-22 ta` Ġunju 2000, kien hemm 51,481 persuni attivi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT għall-fini ta` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
Minn dawn hemm 1,371 persuni li għandhom appell quddiem il-Bordijiet ta` l-Appelli dwar taxxa li qed jiġu mitluba jħallsu mid-Dipartiment.
L-ammont globali ta` flus li skond id-Dipartiment dawn il-persuni għandhom iħallsu huwa ta` Lm8,970,117.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Kemm minn dawn il-kumpanniji għandhom xi forma ta' oġġezzjoni mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar pagament ta' taxxi dovuti? Kemm fil-fatt huwa l-ammont ta' taxxi f'ċifra ta' flus li skond id-dipartiment għandhom iħallsu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu 25,705 kumpaniji privati rreġistrati miegħu.
B`kollox hemm 4,008 kumpaniji minn dawn li għandhom xi forma ta` oġġezzjoni mad-Dipartiment dwar pagamenti ta` taxxi dovuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki ġodda li fetħu f'Malta u Għawdex mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Kemm impjegaw ħaddiema u ta' liema grad/sengħa/teknika?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16886 waqt is-Seduta numru 316 tal-Gimgha 16 ta` Gunju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li l-pulizija tat lill-persuni li nstabu jiksru r-regoli stabiliti sabiex jikkontrollaw l-użu u l-maniġġjar ta' l-opri tal-baħar fix-xtut Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika kompjuterizzata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16690, seduta numru 317, jista' l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex l-inkwilini tal-fond imsemmi jkunu jistgħu jixtru l-fond imsemmi? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond li saret referenza għalih fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16690 ma jistax jinbiegħ minħabba problemi legali li hemm dwar l-art li fuqha huwa mibni l-fond imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji li applikaw sabiex jirreġistraw id-djar tagħhom taħt l-iskema ta' l-inċentiv ta' l-Imdina Rehabilitation Committee?
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi jirrikjedi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dan ir-restawr u min se jikkumpensa lill-familji residenti fl-Imdina għal dawn fi spejjeż?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu taħt l-iskema tal-Historic Buildings Subsidy Scheme kien ta' 27. Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ma jidħolx fil-kwestjoni ta' jekk hemmx bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew le. Il-formola ta' l-applikazzjoni tagħmilha ċara li jrid ikun l-applikant li jrid jara jekk ix-xogħol li għalih qed ikun rikjest sussidju għandux bżonn jew le l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Kien għal din ir-raġuni li l-applikazzjoni trid ta' bil-fors tkun iffirmata minn perit li jrid jara jekk hemmx bżonn ta' permessi. Għar-rigward ta' kumpens, l-applikant seta' jitlob għal kwalunkwe kumpens u fil-fatt kważi l-applikazzjonijiet kollha qed jitolbu kumpens għal spejjeż professjonali.
Peress li residenti f'153 Triq Napuljun Caruana Dingli, Mellieħa, ilhom is-snin jirrapportaw sabiex jiġu rranġati l-wires/cables tad-dawl perikolużi li hemm mar-residenza tagħhom, kif ukoll tiġi rranġata lampa li hemm fit-triq li tinlaħaq b'idejhom stess, jista' l-inġinier responsabbli jirrimedja biex xogħlijiet meħtieġa sabiex jiġi evitat kull perikolu li jista' jikkawża xi traġedja? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Peress li jirriżulta li fl-Imtarfa ex-married quarters għaddejjin cables tad-dawl mirdumin fil-ħamrija u fittings oħra tad-dawl li qed joħolqu nuqqas ta' sigurezza fis-sistema tad-dawl, jista' d-dipartiment jinvestiga u jbiddel dawn is-sistemi mill-aktar fis possibbli qabel ma jkun hemm xi inċidenti fatali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma jirrizultax li d-dawl imsemmija jaqghu taht ir-responsabbilita` tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni reġistrati mad-dipartiment tas-saħħa li jbatu bil-marda tal-parkinsons disease f'Malta u Għawdex? Peress li dawn il-persuni jeħtieġu mediċini li jiswew ħafna flus, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna jestendi d-dipartiment fil-mument għal dawn il-persuni?
Jista' jikkunsidra li d-dipartiment tas-saħħa jestendi aktar għajnuna fi kwalita' aktar ta' mediċini li dawn il-persuni jirrikjedu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li pazjenti li jbatu bil-marda ta' Parkinson u li għandhom kartuna safra (Schedule V), huwa ta' 445. Għalkemm ma hemmx record ta' pazjenti b'din il-marda li għandhom kartuna roża, huwa stmat li hemm mal-400 pazjent ieħor. Dawn il-pazjenti kollha huma provduti b'mediċini b'xejn għal din il-marda. Dawn jinkludu Orphenadrine, Procyclidine, Benzhexol, Benzotropine, Levodopa u Benserazide, Levodopa u Carbidopa, Bromocriptine, Amantadine, Lysuride, Pergolide u Selegeline. Mediċina ġdida (Entacapone) qegħdha tiġi kkunsidrata mid-Drugs & Therapeutics Committee.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti li jinvolvu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-preżent? Kemm hemm każi ta' appelli quddiem il-bordijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-preżent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-każijiet fejn l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hija parti (u għaldaqstant mhux qed jiġu nklużi l-avviżi tal-pulizija li jiġu istitwiti fuq talba ta` l-Awtorita` għalkemm il-prosekuzzjoni titmexxa prattikament mill-avukat ta` l-Awtorita` li mhix parti fil-proċedimenti - il-partijiet huma l-pulizija u l-akkużat) huma kif ġej : -
Qorti ta` l-Appell minn appelli deċiżi mill-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar - 185 li minnhom hemm madwar 70 differiti għas-sentenza;
Qorti ta` l-Appell minn appelli minn ċitazzjonijiet - 6;
Ċitazzjonijiet kontra l-Awtorita` - 57;
Tribunali ta` l-Inġustizzji - 28;
Kawżi kostituzzjonali - 15;
Ninsab infurmat ukoll li hemm ukoll 882 każ ta` appell pendenti quddiem il-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar.
B'riferenza għall-applikazzjoni ta' l-Għaqda Kaċċaturi MK tal-Mellieħa sabiex jiżviluppaw ranch tal-plattini għall-membri tagħhom, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi ta' din it-talba?
X'inhija l-policy tal-gvern dwar ir-ranches tal-plattini u x'sar mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn sabiex titwettaq din il-policy?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fi stadju avvanzat u qiegħda għar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Iżda ta` min jgħid li skond id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta`, l-art li fuqha ntalab biex tiġi żviluppata r-range għall-plattini li saret referenza għaliha, tifforma parti minn biċċa art li hija mikrija lil terzi persuni.
Fir-rigward tal-policy ta` l-Awtorita` dwar ranges tal-plattini, ninsab infurmat li l-abbożż finali ġie ċirkolat internament fi ħdan l-Awtorita` fid-29 ta` Mejju, 2000, u b`hekk wieħed jista` jgħid li t-tħejjija tal-Policy ta` l-Awtorita` fir-rigward ta` ranges għall-plattini hi fi stadju avvanzat ħafna ukoll.
Peress li Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta kellha ssir one way b'sistema apposta, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan il-pass ma sarx kif kien imwiegħed li jsir mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa ħalli din il-problema tiġi rimedjata bla aktar dewmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ `tenders` meħtieġa għall-xogħolijiet li jagħmlu l-bidla fid-direzzjoni tat-traffiku possibli.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-laħam li jixtru l-butcher shop bħal fil-każ ta' bobbie veal għola minn Lm1.20c għal Lm1.60c-il kilo?
Kemm fil-fatt għola għal konsumatur dan il-prodott matul dawn l-aħħar 20 xahar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kuntrarjament ghaldak li qed isostni l-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment tal-Kummerc ma rcieva ebda ilment dwar zieda fil-prezz tal-bobbie veal.