Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 16702, cioe' dwar il-pjan ta' transizzjoni mis-sitwazzjoni preżenti għal waħda aktar ordinata u xjentifika? Kemm se jiswa dan il-pjan lill-poplu u minn fejn se jiġi finanzjat? Min huma responsabbli mill-kordinazzjoni ta' dan il-pjan u x'konsultazzjoni se ssir fil-ġimgħat li ġejjin? Meta huwa previst li fix-xhur li ġejjin titwaqqaf awtorita' tar-riżorsi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Abbozz ta` Ligi li jahseb ghat-twaqqif ta` Awtorita` dwar ir-Rizorsi biex isservi bhala regolatur fl-oqsma ta` l-energija, ta` l-ilma u tar-rizorsi naturali tressaq ghall-Ewwel Qari tmint ijiem ilu u cioe` nhar it-Tnejn 26 ta` Gunju, 2000. Nahseb li ghadu prematur biex wiehed jaghti dettalji dwr l-operat ta` din l-Awtorita`. Madanakollu, naccerta lill-Onorevoli Interpellant li meta jkun il-waqt jinghata aktar taghrif dwar din l-Awtorita`.
B'riferenza għal prezz taż-żejt li l-Enemalta qed tixtri bi prezz għoli minħabba l-Ministru mhux favur li żejt jinxtara bi sistemi ta' hedging agreement, jista' l-Ministru jinformani kemm għola l-cost production minħabba din iż-żieda fil-prezz taż-żejt?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ewwelnett mhux korett li wieħed jgħid li jiena kontra l-hedging fil-prezz taż-żejt. Il-problema hi, li bis-sistema ta` hedging li kien adotta l-gvern preċedenti, tant kien magħmul bil-quddiem, li l-Korporazzjoni Enemalta kienet ġiet esposta għal riskju kbir wisq, tant li anke l-istess kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-hedging qablu li kuntratt għax-xiri taż-żejt għal aktar minn sena bil-quddiem, kif fil-fatt kien ġie propost u adotta taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jinvolvi riskji kbar. It-tieni punt huwa li mhux jiena niddeċiedi dwar jekk għandux ikun hemm hedging, iżda hija l-Korporazzjoni nnifisha li tagħmel dan wara l-pariri teknici ta` esperti f`dan il-qasam.
Fl-aħħarnett tajjeb jingħad li wieħed irid ikun saqajh ma` l-art u ma jaħsibx li hemm xi metodu li jista` jeżentana mill-forzi internazzjonali tas-suq taż-żejt. Il-konsumaturi qed jgħixu fl-istess dinja u ħadd ma huwa `l fuq mir-realtajiet tas-suq internazzjonali.
Jista' l-Ministru jara għaliex kont esaġerat ta' l-ilma, No. 900247100 ta' Lm406.49 għall-perijodu mis-16 ta' Frar, 1996 sa l-24 ta' Ġunju, 1996, kulma tnaqqas meta dan il-kont ġie rivedut kien biss Lm46.75 minkejja l-fatt li l-persuna konċernata għamlet diversi lmenti mal-Korporazzjoni ta' l-Ilma, saħansitra kitbat lill-Kap Eżekuttiv tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kont li ghalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant gie riferit lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma biex jerga` jigi ezaminat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ittra mibgħuta liċ-Chief
Salaries Officer tat-Teżor, fit-22 ta' Ġunju, 1998, minn persuna li isimha qed jintbagħat separatament, sal-lum għad m'hemmx risposta għaliha, minkejja l-fatt li l-Ombudsman ta istruzzjonijiet biex ikun hemm risposta għaliha sa' l-14 ta' Diċembru, 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq l-istruzzjonijiet ta` l-`Ombudsman` tweġiba għall-ilment imsemmi nagħtat mid-Dipartiment fit-2 ta` Diċembru 1999.
Bi żvista din it-tweġiba ma twasslitx ukoll lill-individwu konċernat, iżda dan ġie rrimedjat minnufih.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' l-għoti tat-tarmac fil-Baħrija fis-sitt xhur li ġejjin? Kemm hija kkalkulata n-nefqa għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kif diġa rrispondejt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 14494 bħalissa qed isir ix-xogħol biex tiġi mtejba l-Mtarfa Bypass li hija t-triq li tagħti l-aċċess għal Baħrija li t-tieni fażi tagħha hi stmata li tlaħħaq Lm100,000.
Id-Dipartiment tat-Toroq għamel il-'Co-ordination meetings' sabiex isiru preparamenti għall-asfaltar tat-Toroq, Triq il-Qastan, Triq T. Xerri, Triq il-Kapella l-qadima u Triq Ġdida fi Triq il-Lewż, u x-xogħolijiet f'dawn it-toroq eventwalment isiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ sabiex titnaddaf it-triq prinċipali tal-Baħrija mill-ħaxix ħażin mal-ġnub tat-triq? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' estensjoni tad-drenaġġ fil-Baħrija? Meta se jibdew u meta se jkunu lesti? Peress li l-bżonn ta' l-estensjoni tad-drenaġġ fil-Baħrija issa sar urġenti, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex dawn ix-xogħlijiet jiġu approvati u mwettqa bla aktar dewmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 7269, 12663 u 15452, ninsab infurmat li dawk l-estensjonijiet kollha li jistgħu jiġu mqabbda mas-sentina tal-Baħrija qegħdin inqabduhom.
Preżentament bdejna xogħol ta' taħfir biex l-aħħar estensjoni titqabbad.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sabiex ġew irranġati l-ħsarat fuq linja tal-majjal fil-Biċċerija matul din is-sena? Kemm-il darba tħassret il-qatla tal-majjal minħabba dawn il-ħsarat? Għaliex inxtara apparat ġdid ċinga li ma kenitx taqbel? Meta se jiġu rimedjati dawn il-ħsarat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li matul din is-sena sar manutenzjoni u tiswijiet li swew Lm9400.
Il-qatla tħassret ġurnata biss minħabba ħsarat. Rigward il-katina meta waslet Malta din ma kienetx taqbel u għalhekk qegħdin isiru l-arranġamenti biex din tiġi sostituta mill-kumpanija li bagħtitha Malta. Madanakollu it-team tal-manutenzjoni tal-biċċerija irrimedja s-sitwazzjoni sakemm titwaħħal katina ġdida.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16800 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u cioe': Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom tneħħiet il-funtana tal-pjazza ta' Buġibba? Meta tneħħiet u għaliex baqgħet ma twaħħlitx lura? Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ mad-dipartimenti jew il-kuntratturi konċernati ħalli għas-sajf li ġej tkun ġiet imwaħħla mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-funtana tneħħiet minħabba li din tista' tibqa' biss fil-baħar bejn Mejju u Settembru minħabba l-maltemp. Tneħħiet f'Settembru 1999.
Il-kordinament sar bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-M.D.S. Il-funtana tniżlet lura fil-baħar fl-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena u jien infurmat li issa bdiet tiffunzjona.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għolew il-prezzijiet taż-żriegħ tal-varjetajiet tal-ħxejjex, sustanzi, fertilizzant eċċ li jużaw il-bdiewa sabiex ikabbru l-uċuħ u l-prodotti fis-serer matul dawn l-aħħar 20 xahar?
Jista' jgħid kif dan affettwa lill-bdiewa Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor Interpellant suppost li jaf li dan il-Ministeru ma jżommx, u qatt ma żamm, indiċi statistiku tal-prezzijiet ta' l-affarijiet li qed isaqsi dwarhom.
B'dana kollu minn indaġni informali li saret, jien infurmat li ma kienx hemm bidliet sostanzjali fil-prezzijiet f'dawn l-aħħar 20 xahar.
B'hekk wieħed għandu jifhem li ma kienx hemm effett fuq il-bdiewa.
B'riferenza għar-riforma tal-CAP għar-rigward tal-Common organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani bis-sistema tad-direct aid li skond dan id-dokument uffiċjali tal-UE dawn il-bidliet jridu jseħħu fis-snin 2005, 2006 u 2007 peress li skond il-Gvern Malti pajjiżna se jsir membru tal-UE fl-2003?
Għaliex f'mistoqsijiet preċedenti ntqal li dawn id-deċiżjonijiet ma jeżistux meta fil-fatt jeżistu?
Jista' jgħid kif dawn l-bidliet se jaffettwaw lir-raħħala Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li biex Malta tidħol membru fl-Unjoni Ewropeja jridu jsiru n-negozjati f'kull qasam. Għal dan il-għan il-Ministeru qed jagħmel bil-għaqal it-tħejjijiet tiegħu kollha u għaldaqstant l-interessi xierqa ta' kull produttur, inklużi ir-raħħala tal-ħalib, ikunu mħarsa għas-sodisfazzjon tagħhom nfushom u tal-poplu tagħna kollu.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ukoll għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16986.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ittra mibgħuta lill-officer i/c performance rating reports/performance management programme fil-Management and Personnel Office bid-data 15 ta' Mejju, 1998 minn persuna li isimha qed jintbagħat separatament sal-lum għad ma kellux tweġiba għaliha, minkejja l-fatt li l-ombudsman ta istruzzjonijiet biex ikun hemm risposta għalih sa l-14 ta' Diċembru, 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-ittra tal-15 ta' Mejju 1998 l-uffiċjal involut kien talab kopja ta' rapporti ta' diversi snin u staqsa jekk kienx ġie ċertifikat qualified jew unqualified.
Il-Management and Personnel Office, permezz ta' żewġ ittri separati, talab lil dan l-uffiċjal biex iressaq it-talba tiegħu skond il-provvedimenti ta' l-Estacode, u ċioe permezz tal-Kap tad-Dipartiment tiegħu.
Dan l-uffiċjal, pero' għażel li, minflok, iressaq il-każ quddiem l-Ombudsman. Fuq rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman l-uffiċjal ingħata risposta fl-1 ta' Diċembru, 1999, liema risposta ġiet ikkupjata wkoll lill-Ombudsman.
Irrid ngħid li, skond il-proċedura stabbilita, fis-16 ta' Settembru, 1995 u anke f'diversi okkazzjonijiet wara, l-uffiċjal involut kien ingħata sommarju tar-rapport li kien sar fuqu biex hu jkun jista' jieħu dawk il-passi li jidhirlu xierqa skond il-provvedimenti ta' l-Estacode.
Irrid ngħid ukoll, li dan l-uffiċjal ressaq ilmenti dwar il-każ tiegħu quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u l-Ombudsman, u fl-ebda każ ma ngħata raġun.
Jista' l-Prim Mnistru jgħid għaliex l-increments ta' Skala 7 li ġew miżmuma lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament minħabba nuqqas ta' effiċjenza ma ngħatax lura wara li dan għamel sena prova u kellu performance management programme tajjeb? L-Estacode 2.4.5.1. titkellem ċar dwar dan. L-Estacode 2.2.3.4. tgħid ukoll li l-arretrati dovuti għandhom jingħataw wara l-perijodu ta' prova li jkun għamel uffiċjal.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond il-Ftehim tal-1993 dwar il-Klassifikazzjoni, Assimilazzjoni u Grading tal-Gradi tas-Servizz Ġenerali, progression minn skala għall-oħra hija suġġetta għall-servizz sudisfaċenti.
Ninsab infurmat li peress li l-uffiċjal involut, ma ġiex ċertifikat li qegħda dmiru b'mod sudisfaċenti, huwa ma setgħax jingħata progression minn skala għall-oħra u għalhekk ma setgħax jieħu l-increments ta' l-iskala qabel jidħol fiha.
Ninsab infurmat li s-sezzjonijiet ta' l-Estacode ikkwotati mill-Onorevoli Interpellant ma japplikawx f'dan il-każ peress li dawn ma jirriferux għal progressions.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex sar it-tindif tat-toroq ta' ġewwa l-biċċerija u ta' barra l-biċċerija f'dawn l-aħħar ġranet biss? Għaliex dawn kienu qed jitħallew maħmuġin? Għaliex irid ikun hemm żjara minn delegazzjoni barranija biex dawn it-toroq jinżammu fi stat nadif u iġeniku kemm jista' jkun? Jista' l-Ministru jara li almenu darba kull xahar jitnaddfu dawn il-postijiet fil-biċċerija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-tindif tat-toroq u l-inħawi tal-biċċerija jsiru regolarment mill-ħaddiema tal-biċċerija stess. L-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-ħasil bil-bowser li jsir minn ko-operattiva meta jinħass il-bżonn. It-tindif li semma l-Interpellant ma sarx għax kien hemm delegazzjoni mill-U.E. imma fil-fatt wara li dawn kienu diġa daħlu fil-biċċerija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' spejjeż li sar mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fuq il-biċċerija, cold stores u pitkaliji biex dawn jiġu modernizzati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont ta' spejjez f'materjal u apparat li tħallas mill-1 ta' Jannar, 1999 sa llum, fuq titjib ta' faċilitajiet fil-biċċerija, cold stores u pitkalija kien ta' Lm9726.94.
Tista' l-Ministru tgħid min qiegħed jagħti l-permess lill-uffiċjal inkarigata mit-taqsima ta' l-anzjani f'Għawdex biex tidħol siegħa u nofs tard kuljum, minkejja li diġa' nqabdet tabbuża f'dan ir-rigward minn awdituri li ntbagħtu minn Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-uffiċċjal inkarigata mit-Taqsima ta' l-Anzjani f'Għawdex m'għandhiex permess tidħol tard għax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-impjegati tekniċi li ngħataw ħatra fi grad ogħla biex jaħdmu f'Malta u f'liema dipartiment u f'liema taqsima kienu jaħdmu f'Għawdex qabel ma marru jaħdmu Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li kien hemm 3 impjegati tekniċi li ngħataw ħatra fi grad ogħla biex jaħdmu f'Malta. Wieħed minnhom kien jaħdem fl-Uffiċċju ta' l-Artijiet tad-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu jaħdmu fil-Fergħa tal-Biedja u Sajd fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-regolamenti ġodda li l-Awtorita' Marittima se tintroduċi b'effett mis-sajf li ġej għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li jużaw opri tal-baħar fl-ibħra tal-gżejjer tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-regolamenti li hemm ħsieb li jiġu ntrodotti rigward ir-Reġistrar ta` l-opri tal-baħar iż-żgħar,`Small Ships Regulations`, sejrin jiġbru fihom regolamenti li fil-passat kienu jaqgħu taħt il-`Police Licences Regulations` u taħt il-`Water Skiing Regulations`, L.N. 19-1985 flimkien ma' bidliet oħra li qed jiġu dikussi.