Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet u l-prezzijiet tal-ħalib frisk li jġibu fuq il-kwota fil-preżent ir-raħħal tal-pajjiżi membri ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nerġa, għal darba oħra, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16986, fejn irreferejtu għall-'Official Journal of the European Communities' L160 Vol 42 tas-26 ta' Ġunju 1999.
Billi dan l-aħħar bosta diretturi u kapijiet ta' dipartimenti kienu fl-aħbarijiet minħabba nuqqasijiet serji, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk id-diretturi u kapijiet ta' dipartimenti li mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn bdew jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom? Jekk fin-negattiv, għaliex dawn il-passi ma tteħdux?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2000 `l hawn ma bdew jittieħdu l-ebda passi dixxiplinarji kontra xi Direttur jew Kap ta' Dipartiment għax ma jirriżultax li kien hemm nuqqasijiet kif qed jallega l-Onorevoli Membru.
Jista' l-Minsitru jara li jittieħdu passi mid-Dipartiment tas-Sanita' biex l-indirizz li qiegħed jintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija ssir spezzjoni dwar allegat trobbija ta' fniek u annimali oħra illegalment?
Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jekk jirriżulta fl-affermattiv dan ma jibqax issir peress li huwa ta' periklu għas-saħħa tar-residenti fil-viċinanza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-allegat trobbija ta` fniek u annimali oħra llegali fil-fond indikat ġo tas-Sliema, kien diġa nvestigat minn uffiċjali tad-Dipartiment fil-25 ta` Mejju 2000.
Peress li x-xogħolijiet mitluba mid-Dipartiment ma sarux, passi legali ttieħdu kontra l-persuna responsabbli fid-19 ta` Ġunju 2000.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 17122 u 17123, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-butcher shops u/jew l-aġenti u l-proċessuri lokali sabiex ikun investigat l-ilment dwar l-għoli tal-prezzijiet imsemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jindika l-inhawi minn fejn origina l-ilment li rrefera ghalih fil-mistoqsijiet numri 17122 u 17123.
Tista' l-Mnistru tgħid jekk hemmx ħsieb li jinħatar uffiċjal tekniku li jkun inkarigat mit-Taqsima tal-Biedja u Sajd f'Għawdex? Jekk fin-negattiv, għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-Fergħa tal-Biedja u Sajd f'Għawdex diġa' hemm uffiċjali inkarigati mid-diversi sezzjonijiet.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx f'Għawdex uffiċjal li jieħu ħsieb jara fejn tkun se tittieħed il-ħamrija li titħammel minħabba żvilupp tal-bini? Jekk fl-affermattiv, għaliex ħafna ħamrija qegħda tiġi mormija f'bosta nħawi b'mod abbużiv? Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-kumitati li twaqqfu dan l-aħħar dwar ir-radam jew f'xi wieħed minnhom hemmx dan l-uffiċjal konċernat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fl-Uffiċċju tal-Biedja u Sajd f'Għawdex hemm żewġ uffiċċjali li jieħdu ħsieb fejn tkun ser tittieħed jew tinżamm ħamrija li titħammel minħabba żvilupp tal-bini. Dan isir fuq il-permessi li toħroġ l-Awtorita' ta' l-Ippjanar liema permessi, kopja tagħhom tintbagħat lil dak l-Uffiċċju. L-ispezzjonijiet isiru sew qabel kif ukoll wara li jibda l-iżvilupp. Ma jirriżultax lill-Uffiċċju tal-Biedja u Sajd li xi ħamrija qiegħda tiġi mormija f'bosta nħawi f'Għawdex b'mod abbużiv. Dawn l-uffiċċjali ma jifformawx parti mill-kumitat dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart jew f'kumitati oħra li twaqqfu dan l-aħħar, iżda kull kumitat għandu d-dritt u d-dmir li jikkonsulta ma' kull entita' jew persuna f'oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-funzjoni tal-istess kumitat.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Rapporti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu rapporti dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum, u kemm minn dawn kienu sottomessi minn soċjetajiet, individwi privati, ittri anonimi u mill-media? Kemm minn dawn għadhom ma bdewx jiġu nvestigati u għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta` Jannar sal-lum waslu seba` każi quddiem din il-Kummissjoni.
Minn soċjetajiet ma wasal l-ebda każ, fil-waqt minn individwi privati kien hemm erba`, ittri anonimi kien hemm tnejn u mill-media każ wieħed.
Ħamsa minn dawn il-każi ġew konklużi, fil-waqt li tnejn oħra qed jiġu investigati.
Peress li fi tweġibiet riċenti waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament, il-Ministru kien ta garanzija f'isem il-gvern li ħadd mill-bdiewa u raħħala u sajjied m'hu se jonqoslu d-dħul tiegħu wara li Malta ssir membru ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid għal-liema dħul qed jirriferi?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport li għamel il-Ministru sabiex ħabbar fil-Parlament din il-garanzija lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li bi dħul wieħed jifhem id-dħul fuq qliegħ mill-eżerċizzju tal-mestjier għal dawk li huma bdiewa u raħħala.
Qed isemmi studji dwar l-impatt tas-sħubija fuq is-setturi msemmija, liema studji mbagħad jiffurmaw il-bażi għan-negozjati.
Peress li l-Ministru qed jgħid lill-bdiewa u raħħala li bi sħubija fl-UE ikunu jistgħu jesportaw ħafna prodotti lejn il-pajjiżi tal-UE, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-prodotti u l-bidliet li ġew mgħarrfa lill-bdiewa Maltin u Għawdxin sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-UE, per eżempju, f'dak li jirrigwardja l-MRLs?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti għal dan il-qasam mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm huwa meħtieġ li jkun l-prezz tal-freight bl-ajru, baħar u l-art biex din l-esportazzjoni tkun vijabbli u l-bdiewa jġibu prezzijiet tajba?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor Interpellant għandu jifhem li l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli lejn l-Unjoni Ewropeja tkun possibli kemm il-darba ikollna prodott ta' kwalita bi prezz kompetittiv, bħalma huwa fil-każ tal-patata.
L-Onor. Interpellant jaf ukoll li sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser aċċess miftuħ għal dan is-suq enormi. B'hekk il-bdiewa u r-raħħala tagħna jkunu jistgħu jgawdu mill-possibiltajiet u opportunitajiet li dan iġib miegħu.
L-Onor. Interpellant għandu jifhem ukoll li l-konforita ma l-istandards li tesiġi l-Unjoni Ewropea huma fl-aħjar interess tal-konsumatur Malti wkoll. L-MRL's li qiegħed jirreferi għalihom ma huma xejn ħlief kejl ta' l-ammont ta' pestiċidi u kimiċi li jkun hemm fil-prodotti ta' l-ikel. Is-saħħa tal-konsumatur Malti għandha tiġi mħarsa, u l-Onor. Interpellant li tant kien iħobb jitkellem fuq il-biedja organika, ma għandux issa jipprova jpinġi l-MRL's bħala xi ħaġa negattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw f'ċifra ta' flus it-talbiet għal għajnuna li għandhom pendenti l-bdiewa quddiem id-dipartiment ta' l-agrikoltura fil-preżent? Liema hija l-aktar talba li ilha pendenti? Jikkonsidra l-Ministru li din it-talba tiġi approvata? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa u raħħala li talbu u rrikorrew għal għajnuna għand ex officers tad-dipartiment ta' l-agrikoltura matul dawn l-aħħar 20 xahar, xahar b'xahar? X'għajnuna talbu u x'kienu d-diffikultajiet li ma ġewx rimedjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-bdiewa u raħħala li rikkorew għall-uffiċji tal-Extension Service li jinstabu fir-Rabat, Mosta, Siġġiewi u Ħaż-Żabbar minn Ottubru 1998 bejniethom ressqu madwar 8651 li xahar b'xahar huma mqassmin hekk:
Ottubru 1998 380
Novembru 1998 871
Diċembru 1998 277
Jannar 1999 359
Frar 1999 353
Marzu 1999 373
April 1999 746
Mejju 1999 454
Ġunju 1999 285
Lulju 1999 396
Awissu 1999 358
Settembru 1999 310
Ottubru 1999 384
Novembru 1999 390
Diċembru 1999 609
Jannar 2000 336
Frar 2000 319
Marzu 2000 308
April 2000 678
Mejju 2000 465
L-għajnuna mitluba minn dawn il-bdiewa u raħħala hija diversa u tvarja minn xi pariri ta' natura teknika għall-rapporti ta' ħsara fil-qasam tagħhom kaġun ta' xi maltemp.
Ir-raġunijiet li ġejjin huma l-aktar li jirrikorru għalihom il-bdiewa fl-uffiċji distrettwali:
a) Pariri tekniċi, rapporti ta' mard fuq uċuh tar-raba'.
b) Rapporti ta' ħsarat tal-maltemp u kumpens.
c) Kontribuzzjoni ta' nofs il-bolla tas-Sigurta nazzjonali.
d) Problemi ta' trasferiment ta' raba.
e) Talbiet għal għajnuna finanzjarja u self b'sussidju mill-banek.
f) Reġistrazzjoni għal akwist ta' siġar, dwieli mid-dipartiment u reġistrar ta' patata taż-żriegħ.
g) Tqassim ta' ilma għat-tisqija (l-aktar f'nofs inhar ta' Malta).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki f'Malta u Għawdex li rrapportaw li kellhom qtugħ fil-provvista tad-dawl matul ix-xhur bejn Jannar u t-23 ta' Ġunju, 2000 u l-istess perjodu s-sena l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki f'Malta u Għawdex li kellhom jissospendu x-xogħol fil-fabbriki tagħhom kawża tal-ħsarat li seħħew fil-power stations nhar il-ġimgħa 23 ta' Ġunju, 2000?
Kemm minn dawn kellhom jissospendu x-xogħol għal jum kollu tal-ġimgħa?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema nvoluti u x'inhija l-pożizzjoni ta' l-obbligi ta' l-Enemalta f'dan ir-rigward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mhuwiex facli tghid kemm kien in-numru ta` fabbriki f`Malta u Ghawdex li gew effettwati mill-qtugh tal-provvista ta` l-elettriku b`rizultat tal-hsara li garrbet il-Power Station tal-Marsa nhar il-Gimgha, 23 ta` Gunju, 2000 minghajr ma jsir `ad hoc` survey. Huwa fatt li n-numru ta` fabbriki kellhom il-produzzjoni taghhom effettwata minhabba dan il-qtugh.
Madanakollu tajjeb jinghad li numru ta` fabbriki, inkluza l-ST Microelectronics, inghataw lura l-provvista ta` l-elettriku fi zmien saghtejn minn x`hin grat il-hsara. Fost dawn kien hemm fabbriki fl-oqsma industrijali ta` Hal far u Bulebel, minbarra l-Port Hieles.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta' sussidji dwar ġarr ta' prodotti tal-biedja minn Għawdex għal Malta fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont totali ta' sussidju għall-ġarr ta' prodotti tal-biedja minn Għawdex għal Malta fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien ta' Lm5,755.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba hemm quddiem l-Awtoritajiet tas-Saħħa konċernati sabiex tinfetaħ spiżerija fil-Baħrija? Meta saru u x'inhuma l-possibilitajiet li l-proċeduri ma jitwalux iżżejjed fid-dawl tal-fatt li fil-Baħrija ma hemmx spiżerija sabiex taqdi l-bżonnijiet tar-residenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hemm żewġ applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu spiżeriji fil-Baħrija. Dawn l-applikazzjonijiet saru fl-10 ta` Mejju 1998 u fis-26 ta` Frar 1999. Sakemm nikkonkludu d-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati ma nkunux f`pożizzjoni li noħorġu liċenzji għall-ispiżeriji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul l-1999 u matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-parti tal-bankina quddiem ir-residenza 'White Dove' fi Triq il-Qastan, il-Baħrija ma tkomplietx? Jista' jinformani kemm-il darba l-kunsill tar-Rabat irrapporta dan il-każ lid-dipartiment konċernat? Jista jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament sabiex ma tkomplix issir inġustizzja mal-familja in kwestjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-bankina msemmija mill-Onor. Interpellant ma saritx mid-Dipartiment tat-Toroq. Il-Kunsill tar-Rabat kien involut meta sar il-'Co-ordination meeting' mad-Dipartiment tat-Toroq biex isiru l-preparamenti għal asfaltar ta' din it-triq u ż-żona ta' madwarha.
Meta jsir ix-xogħol ta' l-asfalt, id-Dipartiment tat-Toroq jara u jiżgura li l-bankini kollha jkunu kompluti.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq il-Qastan, Baħrija? Kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet u se jiġi żviluppat fil-pjazza? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti ta' kif qed ikun maħsub li tiġi rranġat din il-pjazza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel il-Co-ordination meetings sabiex isiru preparamenti ġhall-asfaltar tat-Toroq, Triq il-Qastan, Triq T Xerri, Triq il-Kapella l-Qadima u Triq Ġdida fi Triq il-Lewż.
Għadhom ma sarux pjanti għat-tisbiħ tal-pjazza u dawn isiru wara li ssir il-konsultazzjoni neċessarja mall-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jinfurmai bl-iżviluppi tal-każ li jikkonċerna mistoqsija parlamentari numru 16700 fil-Baħrija L/O Rabat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 16700, ix-xoghol li ghalih qed issir riferenza mistenni li jsir flimkien ma` xogholijiet ohra. Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-Enemalta, apparti t-talba maghmula fil-mistoqsija msemmija, ghandha numru konsiderevoli ta` talbiet simili li ghadhom pendenti u li ghad trid tittiehed azzjoni dwarhom.