Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17640 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kollużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużjonijiet tat-traffiku rapportati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' kollużjonijiet tat-traffiku għall-istess perijodu rapportati lill-pulizija għas-snin 1998 u 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 6,241 inċidenti tat-traffiku, filwaqt li matul l-istess perijodu fl-1998 u fl-1999 kienu rrapurtati 5,047 u 5,161 rispettivament.
Leg 9 PQ #17596 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

B'riferenza għad-direct payment skond il-Common Organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani x'se tkun id-differenza għar-raħħala Maltin u Għawdxin? Jirriżulta li r-raħħala Maltin se jintilfu l-benefiċċji tal-ħalib ta' fuq il-kwota jekk jidħol id-direct payment? Jekk le, għaliex? Jekk iva, x'se tkun id-differenza finanzjarja għar-raħħala Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297 u 16986.
Leg 9 PQ #17597 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

B'riferenza għar-riforma tal-CAP fir-rigward tal-Common organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani kif se jaffettwaw is-sistemi tad-direct payments lill-produtturi Maltin u Għawdxin fis-sena 2005, 2006 u 2007? X'diskussjonijiet u x'konsultazzjonijiet saru dwar il-bidliet li jridu jseħħu fl-UE u ċioe' anke f'Malta meta skond il-gvern Malti se ssir membru tal-UE fis-sena 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297 u 16986.
Leg 9 PQ #17598 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib — Koperattiva tal-produtturi

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta ġew diskussi bejn il-Ministeru u l-kooperattiva tal-produtturi tal-ħalib ir-riformi tal-common organisation of the market in milk and milk products? Jista' jgħid x'punti tqajjmu mir-raħħala u l-koperattiva dwar dawn ir-riformi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16297.
Leg 9 PQ #17610 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agenda 2000

Question

Peress li Agenda 2000 reform of the common agriculture policy CAP għandha bħala - u nikkwota eżatt - "the new challenges" jindirizzaw problema partikolari u cioe' "the current level of CAP prices is too high for the EU to meet international undertakings and ....."; jista' l-Ministru jispjega dak li qal matul dawn l-aħħar xhur li l-CAP mhux veru għandha prezzijiet għoljin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li din id-domanda ma fiha xejn ġdid ħlief ''re-wording'' tad-domanda numru 16692, nirreferih għar-risposta li diġa tajt għal dik id-domanda. Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16692 tesiġi li L-Onor Interpellant għandu qabel xejn jifhem li l-argument tal-"quotation" li qed juża ma jreġix mal-mistoqsija tiegħu, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dibattiti inutili fuq din il-"quotation" miktuba f'kontest ieħor, dak li l-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi, cioe jekk bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Europeja hux x'se jkun hemm splużżjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna, hu kunċett bla bażi, fittizju, u suġġettivament spekulattiv. Dan hu hekk għax biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropeja jridu jsiru n-negozjati w il-Gvern għandu l-pjan għall-mekkaniżmi u arranġamenti oħra biex propju dawk l-effetti li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalihom u li ma għandhom l-ebda bażi fil-"quotation" imsemmija ma jimmaterjalizzawx.
Leg 9 PQ #17613 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Washouts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' washout li saru fir-Rabat, Malta, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Meta saru, x'kienu r-raġunijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17623 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta Fisheries Authority

Question

B'riferenza għal ħolqien tal-Malta Fisheries Authority li l-gvern se jagħmel sabiex jaġġorna s-settur tas-sajd ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana meta din l-awtorita' se tiġi mwaqqfa?Kemm se tiswa lill-poplu biex tiġi mwaqqfa u sabiex titmexxa fis-snin li ġejjin? Meta saru l-konsultazzjonijiet mas-sajjieda dwar din l-awtorita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema ''Malta Fisheries Authority'' qiegħed jirreferi. Is-sezzjonijiet kollha li jissemew bħal ''Fisheries Monitoring Centre u ''Fish Marketing Unit'' huma sezzjonijiet li jeżistu fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura.
Leg 9 PQ #17579 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija tal-Majjal — Waste management

Question

B'riferenza għal-liġijiet u direttivi tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-partijiet tal-liġi u direttivi li jistgħu joħolqu problemi kbar fl-industrija lokali tat-trobbija tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru pjanijiet biex isir l-'Impact Assessment' fuq l-'animal waste'. L-informazzjoni tkun tista' tingħata hekk kif ikun lest dan l-'impact assessment'.
Leg 9 PQ #17580 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija ta' Tjur — Waste management

Question

B'riferenza għal-liġijiet u direttivi tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana liema huma dawk il-partijiet tal-liġi u direttivi li jistgħu joħolqu problemi kbar fl-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru pjanijiet biex isir l-'Impact Assessment' fuq l-'animal waste'. L-informazzjoni tkun tista' tingħata hekk kif ikun lest dan l-'impact assessment'.
Leg 9 PQ #17581 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk/baqar — Waste management

Question

B'riferenza għal-liġijiet u direttivi tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-partijiet tal-liġi u direttivi li jistgħu joħolqu problemi kbar fl-industrija lokali tal-ħalib frisk/baqar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru pjanijiet biex isir l-'Impact Assessment' fuq l-'animal waste'. L-informazzjoni tkun tista' tingħata hekk kif ikun lest dan l-'impact assessment'.
Leg 9 PQ #17593 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Reklamar ta' art

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17190, jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-policy tal-gvern għar-reklamar ta' art għal skopijiet agrikoli? X'policy għandu l-gvern għal dan il-għan u liema huma s-siti f'Malta u Għawdex li fil-mument qed jiġu reklamati bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #17594 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk ta' fuq il-kwota tal-ħalib li pproduċew ir-raħħala Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar sitt xhur tas-sena 2000? Kemm kienet l-istess produzzjoni għall-istess perijodu għas-sena 1999, 1998, 1997 u 1996 rispettivament? Kemm kien il-prezz li r-raħħala ġabu għall-ħalib ta' fuq il-kwota u kemm kien f'kull każ il-prezz tal-ħalib tal-kwota?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17595 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li se jiġi mportat il-majjal frisk tal-ġimgħat li ġejjin? Min se jimporta dan il-majjal? Min talab biex jimporta majjal u min ingħata permess? X'diskussjonijiet saru mal-KIM dwar din l-importazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jidher li kif għandu ħabta jagħmel, qed jibbaża d-domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata li huwa ma ndenjax ruħu jivverifika qabel ma tkellem. Għaldaqstant sejjer nispjegalu eżatt x'hini s-sitwazzjoni u l-mod għaqli li bih wasalna għal soluzjoni xierqa u aċċettabli. L-ewwelnett niġbidlu l-attenzjoni li, kif suppost jaf hu, il-laħam tal-majjal jista' jiġi impurtat dejjem, basta jissodisfa l-kriterji ta' saħħa u iġiene. Fuq din l-importazzjoni titħallas levy. Peress li lejn l-aħħar tas-sena 1999, kien hemm nuqqas fin-numru ta' twelid ta' majjali, bhalissa, fiż-żmien meta suppost bdew jilħqu dawk il-majjali li twieldu dak iż-żmien, qed jinħass 'shortfall' fil-produzzjoni lokali. Dan in-nuqqas qed jinħass iktar, anke minħabba fiż-żieda fid-domanda tal-majjal. Sabiex tkun tista tintlaħaq id-domanda għas-suq tal-majjal frisk, ikkunsidrajna li tingħata eżenzjoni parzjali fuq il-levy fuq kwantitajiet żgħar ta' laħam tal-majjal impurtat għall-industrija ta' l-ipproċessar. Saru diversi laqgħat, kemm mal-KIM kif ukoll mal-proċessuri tal-majjal u l-FOI, li wasslu biex tħejjiet formola li permezz tagħha il-proċessuri jingħataw eżenzjoni parzjali fuq il-levy għall-importazzjoni ta' kwantitatjiet zgħar ta' majjal biex jintuża għall-ipproċessar biss. L-eżenzjoni fuq-il-levy tingħata b'mod li l-majjal impurtat jiġi jiswa daqs dak lokali. L-allokazzjoni għal eżenzjoni parzjali fuq il-levy tingħata abbażi ta' l-ammont ta' majjal frisk li kull proċessur individwali jixtri għal perjodu stipulat ta' żmien. Din kienet soluzzjoni li ntlaqet tajjeb kemm mill-produtturi kif ukoll mill-proċessuri, u għalekk il-proċessuri issa mistennija jagħmlu t-talbiet tagħhom biex jimpurtaw majjal bil-levy mnaqqsa.

Attard — Wied Inċita - Road safety

Question

Minħabba li jirriżulta nuqqas kbir ta' road safety fil-parti ta' quddiem Wied Inċita f'Attard, fejn hemm kanal li ilu miftuħ ix-xhur u qed jikkawża inkonvenjent u perikolu lis-sewwieqa tant li xi jiem ilu waqgħet karozza f'dan il-kanal, jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kuntratturi responsabbli mix-xogħlijiet ippermettew dawn in-nuqqasijiet fir-rigward tar-road safety? Jista' jinformani għaliex minkejja li sar l-inċident sa 26 ta' Ġunju ma kienx hemm sign wieħed mixgħul sabiex ikun identifikat mas-sewwieqa ħadid li qed idawwal il-kanal perikoluż? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet ta' road safety li aċċettaw u kienu marbuta magħhom il-kuntratturi responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kanal imsemmi mill-Onor. Interpellant qed ikun spezzjonat regolarment minn uffiċjali tad-Dipartiment tat-Toroq biex ikun aċċertat li hemm il-protezzjoni preżentament mitluba fuq dan it-tip ta' xogħolijiet. S'issa d-Dipartiment ma kellux rapporti li d-dawl ma kienux adekwati iżda fuq il-punt imqajjem mill-Onor. Interpellant inġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur biex ikun ċert li kull 'obstruction' tkun imdawla biex jitnaqqas kull riskju ta' periklu.

Mosta — Constitution Street - Xogħlijiet

Question

Peress li r-residenti fi triq magħrufa bħala New Street in Constitution Street, Mosta, jew kif inhi magħrufa ma' ħafna Mostin il-fetħa ta' quddiem il-Paramount, ilhom is-snin jittamaw li tiġi rranġata din it-triq, jista'l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet immedjatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif se tiġi żviluppata din it-triq, peress li ħafna residenti jilmentaw mill-inkonvenjenti u ostakoli li jiffaċċjaw?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jipproponu x`hinu l-aħjar li jsir. Meta dawn il-proposti jkunu ffinaliżżati, id-Dipartiment ikun jista` jikkunsidra l-aħjar fażi tat-twettieq.
Leg 9 PQ #17576 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Agro-turiżmu

Question

Peress li s-Segretarju Parlamentari Dr Hyzler tkellem dwar l-agro-turiżmu f'laqgħat li kellu mal-bdiewa fl-Imġarr, jista' l-Ministru jinfurmana bil-pjanijiet li ħejja l-Ministeru mill-perijodu 5 ta' Settembru, 1998 'l hawn sabiex jintroduċi aktar il-kunċett ta' l-agro-turiżmu fil-gżejjer Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-agroturizmu huwa settur li jista` jaghti kontribut lill-ekonomija in generali u t-turizmu in partikolari. Jista` wkoll ikun ta` gid Is-Segretarju Parlamentari, Dr George Hyzler, tkellem dwar il-bzonn li dan is-settur jinghata attenzjoni partikolari bit-tfassil ta` politika agro-turistika ghal Malta u biex l-agroturizmu jikkumplimenta il-biedja tradizzjonali. Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd qed jiehu diversi inizjattivi f`dan ir-rigward kif ikkonferma l-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd fl-intervent li ghamel fis-seduta Parlamentari ta` nhar il-Gimgha 30 ta` Gunju fis-sessjoni ta` filghodu.

MMA — Regolamenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17195 u l-introduzzjoni tal-liċenzja imsemmija fit-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid min huma l-organizzazzjonijiet f'pajjiżna volontarji u kummerċjali li ressqu l-proposti tagħhom dwar din il-bidla? Jista', hekk huwa possibbli, ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

F`dan l-istadju m`ghandi xejn mar-risposta li tajt ghall-mistoqsija parlamentari Nru 17195
Leg 9 PQ #17578 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agro-turiżmu — Laqgħat

Question

Peress li f'laqgħa għall-bdiewa li saret l-Imġarr il-Ministru għamel riferenza għall-agro-turiżmu, jista' l-Ministru jinfurmana kemm saru laqgħat inter ministerjali bejn il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Meta saru, x'ġie diskuss u x'kontinwazzjoni hemm ppjanata għal dawn l-aħħar xhur tas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru ebda laqgħat bejn il-Ministri li qed isemmi l-Onor. Interpellant . Pero' ninformah li l-Ministeru tiegħi qiegħed ifassal pjanijiet li bihom jitħejjew proġġetti ta' natura agro-turistika wara li jkun hemm il-konsultazzjonijiet mal-Ministeri kkonċernati.
Leg 9 PQ #17446 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — System for the producers

Question

B'riferenza għal bidliet li jridu jsiru taħt is-"support system for the producers" matul l-2000, 2001, 2002 u 2003 tal-CAP, jista' l-Ministru jinfurmana bis-sistema l-ġdida tal-"granting of area payments scheme"? Jista' l-Ministru jgħid kemm se jieħdu l-bdiewa fuq l-art li jaħdmu u fuq il-crops li jkabbru? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-prezzijiet medji ta' dawn fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għal dak li jieħdu l-bdiewa Maltin u Għawdxin fil-futur meta Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea, l-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-pożizzjoni tkun dik li toħroġ minn-negozjar u għal dan il-għan qed isiru l-istudji neċessarji. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ta' natura ġenerali, l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel kuntatt mal-Malta EU Information Centre.
Leg 9 PQ #17447 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Bidliet

Question

Peress li l-Ministru ċaħad ripetutament li hemm bidliet fil-CAP u jridu jseħħu gradwalment matul il-perjodu ta' snin 2000 u 2006 rispettivament fid-diversi oqsma tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jinformani bir-riforma li trid issir f'dan il-perjodu fir-rigward tal-"common organisation of the market in milk and in milk products"? Jista' l-Ministru jinformani liema minn dawn il-bidliet huma ta' vantaġġ u/jew żvantaġġ għal produtturi tal-ħalib lokali? Jista' jgħid jinformana kif l-intervention system ta' din ir-riforma se taffettwa lill-produtturi Maltin u Għawdxin tal-ħalib frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposti li diġa tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297, 16291 u 16986.