Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17434?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni Enemalta ma zzommx record tan-numru ta` fabbriki li jkunu milquta minn nuqqas fil-provvista ta` l-elettriku. Madanakollu l-Korporazzjoni ghandha records dwar in-numru ta` Zoni Industrijali involuti. Ghaldaqstant in-numru ta` Zoni Industrijali effettwati minn nuqqas fil-provvista ta` l-elettriku bejn Jannar u Gunju ta` l-1999 u bejn l-istess xhur ta` din is-sena kien kif gej:
1999
HSARAT SWITCHING XOGHOLIJIET TOTAL
MALTA 21 13 8 42
GHAWDEX 3 1 - 4
2000
HSARAT SWITCHING XOGHOLIJIET TOT AL
MALTA 17 35 15 67
GHAWDEX - 3 - 3
Peress li l-Ministru semma li l-prezz tal-varjeta' bikrija Sante' kien maqsum fuq erba' prezzijiet għat-tunellaġġ ta' l-2000 tunellata bikrija, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju kieku ġew esportati l-2000 tunellata u kemm fil-fatt kien il-prezz medju għall-kwalita' li ntbagħtet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt dwar mistoqsija numru 15362. Rigward il-prezz medju li din is-ena kisbet is-Sante' dan irriżulta li kien NLG29.70 kull xkora ta' 25kg imwassla l-Olanda.
Il-prezz medju, kieku ġew esportati 500 tunellata kull ġimgħa fil-perjodi speċifikati fil-kuntratt, kien ikun ta' 30.75NLG kull xkora ta' 25kg. Minn dan il-prezz inbagħad jinqatgħu l-ispejjeż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż għall-esportazzjoni ta' l-1,200 tunnellata Sante' bikrija u kemm kienu l-ispejjeż għall-esportazzjoni ta' l-ewwel 1,200 tunnellata Alpha?
Response (ZAMMIT, NINU)
Filwaqt li l-ispejjes kollha all-esportazzjoni tal-1,200 tunnellata Sante huma kkalkulati li laħqu madwar Lm99,160, dawk tal-Alpha adhom ma ġewx stabbiliti minħabba li l-kontijiet għadhom ma ġewx magħluqa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' policy ta' l-agro-turiżmu fil-gżejjer Maltin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-konribut li tagħti l-agrikoltura lis-settur turistiku huwa rikonoxxut mill-karattru ta' ''multi-functionanlity'' tal-biedja. Kemm il-Gvern Malti kif ukoll l-Unjoni Ewropeja tagħraf dan ir-rwol tal-biedja. Dwar turiżmu ta' natura speċifika li jirrigwardja agrikoltura , il-Ministeru tiegħi jinkoraġixxi dan it-tip ta' żjarat fostna u kull meta jkun hemm gruppi ta' interess speċifiku fl-agrikoltura, uffiċjali tad-dipartiment jinvolvu ruhom attivament fit-tfassil tal-programmi.
Peress li f'mistoqsija parlamentari numru 17278 il-Ministru baqa' ma qalx jekk jeżistux bidliet miftiehma diġa' għar-rigward tal-common organisation ....... ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu fis-seħħ fis-snin li ġejjien, jista' l-Ministru jikkonferma jekk jeżistux, iva jew le? Jekk jeżistu (iva) jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vantaġġi għar-raħħala Maltin u Għawdxin minn dawn il-bidliet?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-bidliet ġodda li se jsiru bejn is-sena 2000 u 2006 f'din il-policy tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għalkemm ma għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297 u 16986, ninforma lill-Onor. Interpellant li jista jsib id-direttivi/regoli in vigore fil-present fl-"Official Journal of the European Communities" L 160 Vol 42 tas-26 ta' Ġunju 1999.
Jekk l-Onor. Interpellant jaf eżatt x'ser ikun it-tibdil/żieda/tnaqqis fl-ammont ta' direttivi/regolamenti sas-snin 2003, 2005, 2008, huwa ghal darboħra ġentilment mitlub jgħaddili l-istess informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, id-dipartiment ta' l-artijiet għal żvilupp jew estensjonijiet ta' art u/jew għal użu ta' bini eżistenti għal kmamar tan-nar?
Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
X'inhija l-pożizzjoni ta' dawn l-għaqdiet/organizzazzjonijiet eċċ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiema tlett applikazzjonijiet pendenti li jirrigwardjaw kmamar tan-nar. Waħda minnhom hija talba ta` rikonsiderazzjoni. Applikazzjoni PA 4732/99 ġiet sottomessa fl-1 ta` Settembru 1999 minn Fontana Brothers u PA 5253 ġiet sottomessa fl-4 ta` Ottubru 1999 minn Dilettanti tan-Nar Munxar. PA 6007/98 ġiet sottomessa fil-15 ta` Ottubru 1998 mis-Sur Reno Schembri u ġiet rifjutata mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp fl-4 ta` Awissu 1999. Dwar din ta` l-aħħar ġiet sottomessa talba għal rikonsiderazzjoni minn din id-deċiżjoni u bħalissa l-applikazzjoni qiegħda tistenna deċiżjoni fuq din it-talba.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa m`hemmx talbiet pendenti għand it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għal żvilupp jew estensjonijiet ta` art u/jew għal użu ta` bini eżistenti għal kmamar tan-nar.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar overall ta' turbina Nru. 7 tal-Power Station tal-Marsa?
X'kien jirriżulta dak iż-żmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ahhar overhaul magguri tat-turbina numru 7 saret fl-1994. Dan kien jikkonsisti fi ftuh u spezzjoni tat-turbina, tiswijiet u bdil ta` partiiet fejn mehtieg, kif ukoll testijiet dwar il-kundizzjoni ta` l-istess turbina.
Huwa ppjanat li `major overhaul` iehor isir is-sena d-diehla. Fil-fatt diga` saru preparamenti billi gew ordnati partijiet tat-turbina li jridu jinbidlu.
Fl-ahharnett ta` min jinnota li manutenzjoni ohra fuq it-turbina u l-impjant assocjat maghha jsir fuq bazi regolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħareġ il-korp tal-pulizija matul l-ewwel xhur tas-sena?
Jista' jagħti breakdown ta' dawn iċ-ċitazzjonijiet f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet maħruġa mill-Pulizija matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kien ta` 55,245 f`Malta u 1,720 f`Għawdex. Ta` min hawnhekk jispjega li din l-informazzjoni ma tinżammx taħt forma ta` statistika u ġiet miġbura manwalment, u dan kien possibli peress li kienet tkopri perijodu relativament qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati ġodda fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' reġistrazzjonijiet ta' karozzi u vetturi fil-preżent fil-gżejjer Maltin separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena ġew irreġistrati 8,977 vettura ġdida.
In-numru ta` vetturi irreġistrati f`Malta u Għawdex huma 252,111 u 22,889 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi li wżaw is-servizz tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
X'kienet il-pożizzjoni għall-istess perijodu fis-snin 1997, 1998 u 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkorċernat
B'riferenza għall-iżvilupp li qed isir qrib il-moll u s-slipway tal-Marfa, jista' l-Ministru jassigurana li se jibqa' jkun hemm aċċess għall-pubbliku u għas-sajjieda?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti ta' kif huwa approvat li jsir il-landscaping fl-inħawi u fejn se jsir l-aċċess għas-slipway u l-moll tal-Marfa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m`għandhiex applikazzjonijiet pendenti u lanqas ħarġet xi permess li jaffettwa l-aċċess għall-moll u s-slipway li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li mhux qed isir l-ebda żvilupp li jagħlaq l-aċċess għal l-istess moll u slipway.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' control cards maħruġa ġewwa Malta u Għawdex separatament għall-mediċini narkotiċi jew psikotopiċi fil-mument?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` `Control Cards` għan-Narkotiċi u sustanzi Psikotropiċi li nħarġu matul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u din is-sena sat-30 ta` Ġunju 2000 huwa kif ġej:
Sena Control Cards maħruġin
-------------------------------------- -------------
Malta Għawdex Total
------------------------------------------- --------
1996 19807 1519 21326
------------------------------------------- --------
1997 21841 1641 23482
------------------------------------------- --------
1998 21350 1667 23017
------------------------------------------- --------
1999 22124 1749 23873
------------------------------------------- --------
2000 11053 1537 12590
------------------------------------------- --------
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa tal-kumitat tal-mixed commission bejn Malta u l-Libja?Min huma l-membri tal-mixed commission taż-żewġ naħat u xi proġetti jinsabu diskussi f'dan l-istadju?Kemm-il laqgħa saret tal-mixed commission mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (BORG, JOE)
Minn Settembru 1998 sal-lum, il-Kummissjoni Mħallta Maltija-Libjana ltaqgħat darba f'Sirte, il-Libja, f'Ottubru 1999.
Il-Wieħed u Għoxrin Laqgħa tal-Kummissjoni sejra ssir f'Malta iktar tard dan ix-xahar probabbilment fl-aħħar ġimgħa. Matul il-laqgħa tal-Kummissjoni Mħallta, għadd ta' esperti f'oqsma diversi jieħdu sehem b'mod attiv bil-għan li jissaħħu r-rabtiet ta' ħbiberija u koperazzjoni bejn il-popli ta' Malta u l-Libja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena tħallsu Lm845.59 bħala spejjeż ta' riċevimenti. Intnefqu wkoll Lm27,343.72 bħala spejjeż ta' safar li kienu jinkudu s-sessjoni ta' "Bilateral Screening " fuq l-Agrikoltura u diversi safar minn uffiċjali fid-Dipartimenti tal-Ministeru għall-laqgħat ta' taħriġ jew aġġornament.
B'riferenza għall-uffiċji li l-METCO se tiftaħ fil-Linja, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jiswa lil METCO dawn l-uffiċċji?
Kemm se jkun hemm ħaddiema u x'esperjenza se tkun meħtieġa għal dawn il-ħaddiema biex imexxu l-għanijiet ta' dawn l-uffiċċji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond stimi li saru, huwa kkalkolat li l-ufficcju tal-Libja ser jiswa madwar Lm42,000 fl-ewwel sena u madwar Lm35,000 fis-sena matul is-snin ta` wara. Peress li dan huwa l-ewwel ufficcju barrani tal-METCO dawn l-istimi jistghu jigu riveduti skond ic-cirkostanzi u l-bzonnijiet.
Huwa mahsub li l-ufficcju jkun immexxi minn persuna wahda b`assistenza amministrattiva ta` persuna ingaggata mill-post fejn ser jinfetah l-ufficcju.
L-esperjenza li tista` tkun mehtiega minn min ser imexxi l-ufficcju, fost affarijiet ohra, tinkludi konoxxenza sewwa ta` l-industrija Maltija, xoghol prattiku fil-promozzjoni tal-kummerc barrani kif ukoll familjarita` mal-Libja kemm bhala suq kif ukoll bhala pajjiz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont, f'ċifra ta' flus, ta' għajnuna finanzjarja li l-gvern ta lill-għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar sitt xhur tas-sena?
Kemm kienet f'ċifra ta' flus is-somma li ngħatat lil dawn l-għaqdiet matul l-1999?
Xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex jinċentiva aktar finanzjament lil dawn l-għaqdiet sabiex ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jieħdu ħsieb u jikkuraw iktar annimali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern lill-għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali fil-gżejjer tagħna hi mqassma taħt dawn il-programmi differenti:
`Consolidated Funds` `Actual Expenditure`
1999 Jan\Jun 2000
Lm Lm
4089 Assistance to Non-Government Associations 1,450 200
4099 Control of Stray Dogs 9,816 4,274
`Lotteries Fund`
Cage Bird Association 200
King Fisheries Association 200
Bird Breeding Association 250
Island Sanctuary 150
Hu mistenni wkoll li jiġi ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Ambjent u l-Birdlife Malta għat-tmexxija tar-Riservi Naturali ġewwa l-Għadira u Simar fejn se jsir proġett ta` trobbija u osservazzjoni ta` l-għasafar. Il-Gvern se jagħti għajnuna finanzjarja, sa massimu ta` Lm10,000 fis-sena, biex tkopri l-ispejjeż ta` dan il-proġett.