Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18022 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

APEX — NPAA

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd għas-suġġerimenti ta' diversi koperattivi li bgħatet l-APEX fir-rigward tan-NPAA? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-suġġerimenti u l-konsiderazzjonijiet li bgħatet l-APEX?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li nħareġ pubblikament id-draft tal-NPAA, il-Ministeru qieed jilqa' kull suġġeriment minn individwi jew korpi. Dawn is-suġġerimenti u r-rikomandazzjoni (li jkunu saru wara l-Impact Assessment) jiġu miżuna biex jiġi ppreparat l-NPAA finali.
Leg 9 PQ #17922 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

METCO — Libja

Question

B'riferenza għall-uffiċċju li l-METCO se jiftaħ fil-Libja, jista' l-Ministru jinfurmana x'se jkun l-impenn tal-METCO sabiex tiżviluppa l-għanijiet tal-protokoll fl-oqsma tal-biedja u sajd li kien sar bejn Malta u l-Libja f'Ġunju tas-sena 1997?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-uffiċċju li l-METCO ser tiftaħ fil-Libya għandu l-għan li jiġu żviluppati aktar il-kuntatti kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan ser isir permezz ta' kuntatti aktar regolari u personali ma' individwi u kumpaniji Libjani u barranin ibbażati fil-Libja. L-iskop ta' dawn il-kuntatti huwa li opportunitajiet ta' kummerċ li jiġu identifikati, jiġu mgħoddija lil intrapriżi Maltin biex huma jkomplu d-diskussjonijiet mibdija. Naturalment is-settur ta' l-agrikultura, fosthom prodotti ta' l-ikel u xorb ippakkjati, ħxejjex u ħut huma wħud mill-prodotti li jistgħu jkunu identifikati għal aktar diskussjonijiet bejn intrapriżi Maltin u Libjani.
Leg 9 PQ #17923 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm esperimentali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17657, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawża li mietu daqstant annimali, fosthom fniek fil-farm esperimentali? X'ikkawża l-mewta tal-bagħal? X'ikkawża l-mewt tal-ħmir? X'razza kellhom dawn l-ispeċi? Se jiġu sostitwiti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond l-informazzjoni li jien tlabt lill-uffiċjali nkarigati, ħafna mill-imwiet imsemmija kienu jew ta' annimali tat-twelid jew xjuħ, speċjalment fil-każ tat-tjur, nagħaġ u mogħoż. Il-bagħal u l-ħmar mietu b'colic waqt li l-ħmara l-oħra kienet xiħa hafna. Dawn l-ispeci kienu komuni tal-lokal. Il-ħmara għandha il-felu tagħha. Rigward il-fniek, aħna ġejna milquta b'tip ta' enteritis li laqtet lill-Ewropa kollha inkluż Malta. Fuq din il-marda saru diversi studji u provi u sibna li l-użu ta' antibiotici ma' kienx ta' għajnuna waqt li l-użu ta' probiotics kien ta' għajnuna kbira. Ir-razez tal-fniek kienu dawk komuni u li tagħhom għandna ż-żgħar.
Leg 9 PQ #17935 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mogħoż — Demm tar-razza

Question

Jista' l-Ministru jinformana jekk tkomplix il-programm ta' riċerka fuq id-demm tar-razza tal-mogħża Maltija li kien beda taħt l-amministrazzjoni preċedenti mis-sezzjoni tobba veterinarji tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Fiex waslu u meta mistennija jiġu finalizzati? Kemm intnefqu flus s'issa għal dan il-proġett/għan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nibda billi ninforma lill-Onor. Interepellant illi l-programm sabiex il-mogħża Maltija terġa tigi kemm jista' jkun ġenetikament pura kien inbeda xi sitt snin ilu u mhux fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kif qed jgħid fid-domanda tiegħu. Dan il-programm tkompla minn sena għall-oħra. Illum għandna numru ta' mogħoż li huma kwazi mija fil-mija puri. Hemm il-ħsieb li dan il-programm jigi msaħħaħ fil-ġejjieni qrib bi proġett ieħor ta' bioteknologija ma' l-Universita ta' Malta. L-infiq li sar fuq dan il-proġett huwa biss parti zgħira mill-infiq normali sabiex tinżamm is-Sezzjoni tal-Mogħoz fl-Għammieri.
Leg 9 PQ #17997 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret ma' l-istitut ta' Bari dwar il-kontinwazzjoni tal-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Xi żviluppi kien hemm u xi progress sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru numru konsiderevoli ta' laqgħat ma' l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran tac-CIHEAM ta' Bari dwar diversi suġġetti pero prinċiparjament fuq il-proġett ta' serra sperimentali f'Tal-Kmand. Ma saret l-ebda laqa speċifika ma' l-Istitut ta' Bari fuq il-kontinwazzjoni tal-proġett tac-Chadwick Lakes mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.
Leg 9 PQ #17998 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm saru applikazzjonjiet lill-Planning Authority sabiex jitkompla l-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Xi żviluppi kien hemm u xi progress sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma saret l-ebda applikazzjoni lill-Planning Authority in konnessjoni mal-proġett ta' rijabilitazzjoni tac-Chadwick Lakes.
Leg 9 PQ #17901 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kolliżjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17640, jista' l-Ministru jinformani jekk sarx stħarriġ għaliex kien hemm aktar minn 1000 kollużjoni tat-traffiku rrapportati lill-pulizija fl-ewwel sitt xhur tas-sena meta pparagunat ma' l-istess perjodu għas-snin 1998 u 1999? Jekk le, jista' jara li jsir? Jekk iva, jista' jgħid x'irriżulta u ċioe' għaliex kien hemm din iż-żieda ta' kollużjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ż-żieda fl-istatistika tan-numru ta` kolliżżjonijiet hija primarjament attribwibbli għall-fatt li minn l-1 ta` Lulju 1999 każi ta` hit and run, bdew jitniżżlu bħala traffic accidents fejn qabel kienu jitniżżlu bħala ħsara volontarja. Ninsab infurmat ukoll li fl-1999 kien hemm 687 każijiet ta` 'hit and run' u ċioe` ħsara f`karozzi fejn ma ġiex identifikat l-awtur tal-ħsara. Din iċ-ċifra fl-1999 ma kenitx tiġi reġistrata taħt 'kolliżjoni tat-traffiku'. Illum dawn l-inċidenti qed jidħlu taħt kolliżjonijiet. Għalhekk iż-żieda reali fl-2000 hi ferm inqas minn dak li setgħet tidher meta wieħed iqabbel iċ-ċifra ta` 6,300 ma` 5,115 għas-sena li għaddiet. Fil-fatt għalkemm l-istatistika miżmuma mill-Pulizija turi żieda ta` 1,080-il kolliżżjoni fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, meta mqabbla ma` l-istess perijodu tas-sena l-oħra, in-numru ta` kolliżżjonijiet bil-feruti matul l-istess perijodu baqgħu kważi l-istess, anzi kien hemm nuqqas minimu. Ma` dan wieħed ukoll irid iqis in-numru ta` vetturi fit-toroq tagħna li qiegħed dejjem jikber, kif ukoll l-ammont ta` persuni liċenzjati sabiex isuqu vetturi, li wkoll dejjem jiżdied.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17121, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u ċioe' x'ġara mit-tenders u meta huwa pprogrammat li jibdew u jispiċċaw ix-xogħlijiet sabiex tiġi finalizzata l-problema ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

It-`tenders` imsemmija qedgħin jiġu ivvalutati biex tkun tista` ssir l-aġġudikazzjoni. Informazzjoni dwar meta jkun jista` jinbeda x-xogħol tista` biss tingħata meta l-kuntratti jingħataw.

Mosta — Triq il-Kbira - Culverts

Question

B'riferenza għall-mistoqsija tiegħi sabiex isiru l-culverts ta' l-ilma fi Triq il-Kbira/Main Street, Mosta, jista' l-Ministru jgħid meta l-pjanijiet li semma sabiex isiru xogħlijiet ħalli tonqos il-problema ta' l-għargħar f'din it-triq, se jiġu finalizzati?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`hemm xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 17148.
Leg 9 PQ #17904 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Karozzi/vetturi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17643 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi li wżaw is-servizz tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienet il-pożizzjoni għall-istess perjodu fis-snin 1997, 1998 u 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: XAHAR 1997 1998 1999 2000 Jannar 40,316 34,093 34,823 41,023 Frar 33,966 37,557 37,547 42,260 Marzu 44,282 40,960 49,503 54,687 April 41,992 52,859 56,957 60,689 Mejju 48,891 50,269 55,947 56,497 Ġunju 49,620 51,758 63,539 63,606
Leg 9 PQ #17906 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Maċċa - Għammieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tal-Maċċa, l-Għammieri, talba skond il-file 365/83/66 li d-dipartiment ta'l-artijiet ġiet miċħuda lill-bidwi u allura ngħata l-permess lil għaqda sabiex tuża l-art għal kampijiet? Jista' jinfurmana għaliex il-bidwi ma ġiex rikonoxxut meta għandu l-frott u x-xgħir miżrugħa fuq dawn iż-żewġ itmiem raba'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-file 365/83/66 li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ma fih l-ebda talba minn xi bidwi partikolari għal rikonoxximent fuq xi raba` tal-Gvern. Ninsab infurmat ukoll li l-art f`Ta` Maċċa li fuqha t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tat permess biex jintuża għal kampijiet hija art li mhux mikrija lil terzi. Barra minnhekk l-art in kwestjoni ma kinitx art li qed tinħadem u dan ġie vverifikat wara spezzjoni li saret fuq il-post.
Leg 9 PQ #17921 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Libja — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li mill-5 ta' Settembru, 1998 ma żarx il-Libja sabiex ikompli n-negozjati tal-koperazzjoni tal-protokoll fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja? Jista' l-Ministru jgħid x'sar sabiex jitkomplew in-negozjati għall-bejgħ ta' 1,000 għoġol/baqar, kif ukoll yogurts tal-kumpanniji Libjani, kif jikkonfermaw il-minuti ta' dan il-protokoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma kienx hemm neċessita' li jien inżur il-Libja personalment sabiex inkompli d-diskussjoni fuq il-protokoll fl-oqsma tal-Biedja w Sajd. Fid-diskussjonijiet li saru ma kien hemm l-ebda riferenza all-bej ta' oġiela/baqar jew yogurts tal-kumpaniji Libjani.
Leg 9 PQ #17896 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

ħMinisteru tal-Finanzi — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartimenti u l-ministeru nkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment jservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartimenti jservu?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru ti m'hemmx karozzi 'impressed' u karozzi mikrija hemm tnejn, waħda all-użu ti u l-oħra mikrija al perjodu qasir sakemm isiru tiswijt fuq il-karozza uffiċċjali tas-Segretarju Permanenti.
Leg 9 PQ #17889 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Naxxar — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fin-Naxxar mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fin-Naxxar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu fin-Naxxar mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 1,818. It-tipi huma dawn li gej: Belladonna 10Boudlea 4Coprosma 10Cypress 31Daisy 34Dimorphoteca 25Diosma 3Duranta 1Echium 5Geraniums 288Hibiscus 55Juniperus 10Lantana 110Lavander 62Marigolds 200Myoporum 25Mrytle 70Oleander 30Pinus 10Pittosporum 220Rosemary 210Statice 200Stocks 200Tecoma 5 ------ 1,818 Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17883.
Leg 9 PQ #17890 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għargħur — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Għargħur mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fil-Għargħur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu mid-dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 fil-Għargħur kien ta' 785. It-tipi huma dawn li ġej : Boudlea 6Daisy 22Geraniums 40Hibiscus 9Honey Suckle 6Lantana 20Lavander 12Marigolds 200Myrtle 30Quercus 2Rhaphlepis 2Santolina 25Schinus 5Statice 200Stocks 200Tecoma 6 ---------- 785 Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17883.
Leg 9 PQ #17891 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartiment u l-ministeru, inkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment iservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartiment iservu?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta karozzi li huma mikrija mad-Dipartiment u l-Ministeru ta l-Agrikoltura u Sajd huwa 22. Dawn huma mqassma kif gej: Ministeru (Segretarjat) 3Ministeru (Segretarju Permanenti) 1Dipartiment tas-Sajd u Akwakutura 3Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 2Dipartiment ta l-Agrikoltura 12Dipartiment ta l- Policy and Planning 1 In-numru ta karozzi impressed mad-Dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru ta l-Agrikoltura u Sajd huwa 11. Dawn huma mqassma kif gej: Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 6Dipartiment ta l-Agrikoltura 4Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 1
Leg 9 PQ #17892 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartiment u l-ministeru, inkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment iservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartiment iservu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzi fid-dipartiment u l-Ministeru, inkluż is-segretarjat privat jammonta għal 73 karozza mikrija u 81 vettura impressed. Dawn il-karozzi jservu fid-dipartiment kif imsemmi hawn taħt: DIPARTIMENT KAROZZI KAROZZI MIKRIJA IMPRESSED --------------------------------------- ------------------------- Building & Engineering Department 9 8 Building Industry Consultative Counsil 3 / Building Construction Industry Department 2 1 Central District Office 2 20 Construction & Maintenance Department 5 10 Drainage Department 6 17 Finance & Administration Department 12 9 Ministeru 10 1 Environment Protection Department 16 4 Unit għall-Ambjent Nadif 1 3 Valletta Rehabilitation Project 4 / Waste Management 3 2 Manufacturing & Servicing Department / 6
Leg 9 PQ #17893 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartimenti u l-ministeru inkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment jservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartimenti jservu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' karozzi tal-kiri u impressed li jservu fid-dipartimenti u s-Segretarjat Privat huma:- Karozzi tal-Kiri Karozzi Impressed Segretarjat 6 --- Privat ------------------------------------- --------------------------- Segretarjat 1 --- Parlamentari ------------------------------- --------------------------------- Ministeru ta' Projects - 1 --- l-Edukazzjoni (DCS) College of Applied Arts - 1 ----------------------------------------------- ----------------- Diviżjoni ta' l- Operations - 1 Operations -1 Edukazzjoni Construction & Sch.Psychologist-1 Maintenance - 3 Construction & School Bldgs - 3 Maintenance -1 Transport Pool - 5 Carpentry Welfare - 1 Workshop -1 Y.S.O -1 Heavy Plant Sec.-1 Transport Pool -2 Gardening -1 Special Educ. -1 Welfare -1 Info.Technology -1 Guidance Sec. -1 ---------------------------------------------- ------------------ Dipartiment taż- Staff - 1 Żgħażagħ u Sport Sezzjoni Sport 1 Truck Marsa - 1 (Marsa) Sezzjoni Żgħażagħ - 1 ----------------------------------------------- ----------------- Dipartiment ta' l- 1 --- Eżamijiet ------------------------------------------------ ---------------- Dipartiment tal- --- --- Libreriji u Arkivji ------------------------------------------------ ---------------- Dipartiment tal- 3 --- Mużewijiet --------------------------------- ------------------------------- Dipartiment tal- 5 + 1 Van --- Kultura ------------------------------------ ----------------------------

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartimenti u l-ministeru inkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment jservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument? F'liema dipartimenti jservu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent hemm 19 il-karozza mikrija lill-Ministeru jew lil xi dipartimenti li jaqgħu taħtu u waħda `impressed`. Karrozzi tal-kiri: Dipartiment tal-Liċenzji 2 Dipartiment tat-Toroq 14 Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 1 Segretarjat Privat 2 Karozzi `Impressed`: Segretarju Permanenti 1
Leg 9 PQ #17883 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-programm ta' landscaping għas-sitt xhur li ġejjin għan-naħa ta' fuq ta' Malta, fosthom, Rabat, Mosta, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Qawra, Buġibba, Naxxar, Imġarr, Imtarfa, eċċ.?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm għal landscaping ma jsirx għan naħa ta' fuq biss imma jsir għal Malta kollha. Pero ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mit-taqsima ta' l-URL illi għadu ma tfassalx il-programm għas-sitt xhur li ġejjin għaliex dan jiddependi fuq kemm xitel, arbuxelli u sigar jibqgħu ħajjin matul is-sajf, kif ukoll kemm ser tkun il-produzzjoni finali fil-mixtla ta' Wied Incita. L-iktar fatturi importanti li jiddeterminaw dan kollu huma it-temp u l-mard. Meta jkun determinat dan kollu, jitfassal programm temporanju li jkun jista' jitwettaq, pero li dejjem jibqa dipendenti fuq it-tul tas-sajf u l-bidu ta' l-istaġun tax-xita.