Peress li jirriżulta li ħafna toroq fil-Mosta u r-Rabat huma fi stat inaċċettabbli u naturalment qed jikkawżaw nuqqas ta' road safety għall-vetturi, jista'l-Ministru jinfurmana bil-programm ta' xogħlijiet li se jsiru fuq it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għal dawn is-sitt xhur li ġejjin u dawn it-toroq jiġu rranġati u mogħtija t-tarmac? Kemm hija kkalkulata n-nefqa u meta huwa proġettat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-Mosta bħalissa d-Dipartiment għadu kif ippubblika `tender` biex tinbena l-Mosta `North Ring Road` li ser tinkludi xogħol f`dawn it-toroq f`din il-lokalita`:
Vjal il-Qalbiena Mostin
Triq Franġisku Pisani sa Triq il-Labour fejn it-Technopark.
Barra minn hekk dawn l-aħħar sentejn saru `assessments` tat-toroq fl-area tad-Daqqaq, Santa Margerita, Tal-Wej u ta` Xkora biex jiġi stabbilit liema toroq jridu jiġu asfaltati.
Fir-Rabat ġa saret parti mill-Imtarfa Bypass u issa d-Dipartiment qed jistenna l-approvazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex tkun tista` tiġi allinjata sew u asfaltata l-karreġġjata l-oħra ta` din il-Bypass.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' overdose, ta' xorb eċċessiv u food poisoning matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Kemm kienu l-istess ċifri għas-sena 1999?
Kemm kien hemm persuni taħt il-35 sena minn dawn il-każi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar 2000 sa April 2000 u fil-1999 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 73 u 245 każ ta` "overdose" rispettivament. It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvlenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44).
Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60 - X64).
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14).
SENA KATEGORIJA NUMRU TOTALI NUMRU<35 sena
Jan-Apr 2000 A 11 11 B 0 0 C 62 37 TOTAL 73 48 1999 A 35 35 B 1 1 C 209 103 TOTAL 245 139
It-tagħrif dwar in-numru ta` pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji:
Kategorija A: Sindromu ta` dipendenza fuq l-alkoħol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.0-F10.9).
Kategorija B: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70).
SENA KATEGORIJA NUMRU TOTALI NUMRU<35 sena
Jan-Apr 2000 A 21 12 B 4 0 TOTAL 25 12 1999 A 83 28 B 17 4 TOTAL 100 32
In-numru ta` pazjenti li ġew ammessi fl-Isptar San Luqa minħabba "food poisoning" minn Jannar sa April 2000 u fil-1999 jidher hawn taħt:
SENA FOOD POISONING NUMRU<35 sena (ICD-10 codes: A00.0- A09.9 u T61.0-T62.9)
Jan-Apr 2000 6 4 1999 34 32
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 mill-Ministeru, dipartiment u korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar, kif jitlesta l-proċess tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 mill-Ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Malta ma bbenefikatx miż-żieda fl-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn il-pajjiżi ta' l-UE kif ibbenefikaw mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena l-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?
Meta għamel din it-talba l-Gvern Malta lill-UE?
Response (BORG, JOE)
Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant il-materja ta' dazji fuq prodotti esportati mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant lejn l-Unjoni Ewropeja hija parti essenzjali mill-Europe Agreements li kull pajjiż għandu individwalment mall-Unjoni Ewropeja. Il-ftehim bejn il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Lvant u l-Unjoni Ewropeja dwar tnaqqis ta' dazji fuq prodotti agrikoli u prodotti agro-industrijali jifforma parti mill-Europe Agreements, li jipprovdu għall-integrazzjoni tas-swieq tal-pajjiżi konċernati ma dawk tal-Unjoni Ewropeja li kienu iffirmati xi snin ilu. Mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena, il-Kummissjoni ħabbret li ser tħaffef il-pass ta' din l-integrazzjoni.
Fil-każ ta' Malta din il-materja hija parti mill-Association Agreement.
Aktar kmieni din is-sena, l-Gvern reġa ħa l-inizjattiva li jiftaħ diskussjonijiet mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropeja biex jinnegozja pakkett għat-tnaqqis ta' dazji fuq prodotti esportati lejn l-Unjoni Ewropeja bħalma kien għamel qabel l-elezzjoni tal-1996. Diġa saru laqgħat kemm mal-Korpi Kostitwiti kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropeja u dwar dan it-taħdidiet mal-Kummissjoni għadhom fil-bidu tagħhom. Irrid inżid ukoll li ebda ftehim ma jkun jorbot qabel dan ikun miftiehem kemm mal-Kummissjoni kif ukoll mal-pajjiżi membri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
It-taghrif mitlub huwa kif gej:
Dipartiment Entita Safar Ricevimenti
LM LM
Ministeru tal-Finanzi 29,195.00 1,650.00
Lottu 1,386.53 Xejn
VAT Xejn Xejn
Tezor 1,539.96 Xejn
Dwana 3,340.00 295.00
Kuntratti Xejn 30.00
Taxxi Interni 1,560.00 Xejn
Borza ta Malta 22,958.00 Xejn
Centru ghas-Servizzi Finanzjarji 14,420.00 Xejn
Bank Centrali 32,625.88 1,173.00
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17825?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-prezzijiet medji ta' kull kilo ħaxix u frott li daħlu fil-Pitkalija f'Ġunju 2000 huma dawn :
Prezz Medju / Kilo
Frott * 26c4Ħaxix 09c1
* Barra l-Frawli li hu per pallet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru għall-Politika Soċjali għas-suġġerimenti ta' diversi kooperattivi li bgħatet l-APEX fir-rigward tan-NPAA?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-suġġerimenti u l-konsiderazzjonijiet li bgħatet l-APEX?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-APEX (L-Organiżżazzjoni tal-Koperattivi Maltin) bagħtet ċirkulari lill-Koperattivi nteressati, fejn fiha talbithom sabiex jgħaddu suġġerimenti fir-rigward tan-"National Programme for the Adoption of the Aquis (NPAA)".Sa issa l-APEX għadha ma sottomettitx dawn is-suġġerimenti lill-Bord tal-Koperattivi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti li jinvolvu l-Awtorita' tad-Djar fil-preżent? Kemm hemm każi ta' appelli quddiem il-bordijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 31 kawżi pendenti quddiem il-Qorti li jinvolvu l-Awtorita' tad-Djar, filwaqt li m'hemm ebda każ ta' appell quddiem il- Bord ta' l-istess Awtorita'.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17828, jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti child care allowance? Jista' jgħid min hu intitolat għaliha? Jista' jgħid min jeħodha? Jista' jgħid minn meta l-gvern beda jagħti din it-tip ta' allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iċ-"Child Care Allowance" hija "allowance sa massimu ta Lm80 fix-xahar li tingħata biex membri tal-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar li għandhom tfal taħt il-ħames snin u li jkollhom bżonn servizzi ta' "Child Care" waqt li jaqdu d-doveri tagħhom fuq il-Bord, ikopru l-ispejjeż jew parti minnhom. Fil-preżent dan l-ammont qed tirċieviħ biss iċ-"Chairperson" f'ammont ta' Lm40 fix-xahar. Din l-"allowance" qed tingħata skond deċiżjoni tal-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari numru 17548 u cioe' dwar il-pożizzjoni ta' l-iżviluppi fi Triq il-Ġdid fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta għad-domanda parlamentari Nru. 17548.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmana dwar x'tip ta' taħriġ fl-independent living qed jingħata lil persuni għomja li jattendu fiċ-ċentru ta' matul il-jum għal adulti b'diżabilita'? Kemm ipparteċipaw fihom persuni għomja f'dawn l-independant living training programmes?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Persuni neqsin mid-Dawl qiegħed jiġi organiżżat taħriġ fl-"independent living" prinċipalment fuq dawn l-oqsma:Preparazzjoni ta' ikel ħafif u xorb Iġene personaliTagħlim bażiku edukattivL-importanza ta' l-eżerċizzju fiżikuL-użu ta' postijiet pubbliċiĠie deċiż li dan il-programm ta' l-"independent living" jingħata aktar importanza fil-futur sabiex inħajru aktar klienti biex jagħmlu użu minnu u biex inżidu aktar attivitajiet bħal l-importanza li huma jkollhom "skills" fil-komunikazzjoni effettiva u "self-esteem." Rigward il-parteċipazzjoni tal-persuni għomja li jattendu ċ-Ċentru, id-deċiżjoni jekk jipparteċipawx jew le hija f'idejhom iżda ħafna minnhom jippruvaw jagħmlu użu minn dawk l-oqsma li huma jħossu li għandhom bżonn għajnuna biex jgħixu ħajja aktar independenti.Kien hemm tlettax-il persuna neqsin mid-dawl li pparteċipaw f'dawn l-"independent living training programmes".
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17622, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex qed ikun ikkunsidrat li jsiru programmi oħra għall-għomja barra dawk tal-braille u x-xogħol tal-qasab għall-persuni għomja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed jiġi kkunsidrat li l-persuni neqsin mid-dawl isirulhom ukoll programmi li jħarrġuhom aħjar fi "skills" biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.
Peress li rapporti uffiċjali ta' l-OECD jikkonfermaw li transfer from consumers u transfers from tax payers fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa huma fil-livelli ta' 127.5 billion Euro fis-sena ( u dan at farm fate level), jista' l-Ministru jinfurmana kif dawn it-taxxi se jaffetwaw lill-poplu Malti u Għawdxi wara li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jinfurmana min huma l-konsulenti tiegħu u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd? X'salarji għandhom u/jew kuntratti? Kemm ilhom iservu bħala konsulenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Ministeru ta l-Agrikoltura u Sajd għandu dawn il-konsulenti.
1. Alain Le Breton (Head Fish Pathologist) li għandu salarju ta elfejn u ħamsa u tletin lira Maltin (Lm2035) fis-sena. Titħallas fismu l-Insurance Professjonali fi Franza sa massimu ta Lm876 fis-sena. Titħallas ukoll il-bolla tan-National Insurance fi Franza sa massimu ta Lm150 fis-sena. Ilu konsulent mill-1 ta April 1998.
2. Joseph Borg (Advisor fl-Agrikultura) li jaħdem għoxrin siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta elfejn seba mija u disgħa u disgħin lira Maltin (Lm2799) fis-sena. Ilu konsulent mill-10 ta Mejju 2000.
3. Joseph Pirotta (Advisor fl-Agrikultura benfasi fuq l-esportazzjoni tal-patat ta l-ikel) li jaħdem tletin siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta erba t elef seba mija u erbgħa u ħamsin lira Maltin (Lm4754) fis-sena. Ilu konsulent mis-7 ta Ġunju 2000.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jagħmel użu wkoll ta dawn l-avukati fuq xogħol relatat ma l-EU dwar liġijiet ġodda u vetting ta liġijiet eżistenti.
NruDittaLiġiAmmont Imħallas (LM)1Europa Research & Consultancy ServiceFisheries Conservation Act1038.402Europa Research & Consultancy ServiceWine Act491.603Europa Research & Consultancy ServiceProducer Organisation Act1270.004Europa Research & Consultancy ServicePesticides Act592.005Europa Research & Consultancy ServicePlant Quarantine Act802.806ELPU (AVMT Ltd)Veterinary Services 6,976*7ELPU (AVMT Ltd)Legislation/StructuresAmmont mhux approvat sissa
*Id-Ditta ta avukati ELPU tifforma parti mill-AVMT Ltd u għamlet xogħol relatat ma screening ta l-EU li għandu xjaqsam ma liġijiet ta Servizzi Veterinnarji.
Jien infurmat li nħarġet sejħa għal persuni li kienu interessati jagħmlu dan ix-xogħol. Kull konsulent li gie mqabbad jagħmel dan ix-xogħol, intgħażel minn din il-lista u fuq il-kriterju li kien kompetenti li jagħti l-konsulenza tiegħu.