Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq ild-dulliegħ li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE?
Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti?
X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jsib l-informazzjoni kollha fuq dazji fuq il-"website" relattiv jew, forsi aktar faċli, jekk jikkonsulta t-TARIC.
Bħala pajjiż kandidat għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja Malta għandha l-għanijietu l-miri tagħha. Kif l-Onor. Interpellant kien infurmat ħafna drabi oħra, il-Gvern Malti għandu l-programm tiegħu ghat-titjib tal-kundizzjonijiet fil-Kummerċ għall-produtturi Maltin u Għawdxin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-patata li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE?
Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti?
X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-basal li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE?
Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti?
X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-ħxejjex friski li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE?
Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti?
X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-frott frisk li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE?
Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti?
X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Peress li r-residenti ta' Triq Borg Olivier, Rabat, qed jilmentaw kontra l-antenna li qed titwaħħal f'din it-triq, jista' l-Ministru jinvestiga dan l-ilment u jirrimedja bis-soluzzjonijiet meħtieġa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-twaħħil ta` l-antenni jsir skond il-proċeduri stabbiliti li jibda b`rikjesta għal `Development Permission`.
Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16918 dwar it-twaħħil ta` l-antenni.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari numru 17393 dwar l-ispiżerija fil-Baħrija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 2480/99 ma dehritx quddiem il-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp fit-12 ta` Lulju 2000 kif indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17393 għar-raġuni li dakinhar ma kienux appuntati rikonsiderazzjonijiet.
Din l-applikazzjoni ser tiġi trattata mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp fl-24 ta` Lulju 2000. L-applikant u l-perit diġa` ġew infurmati bid-data u l-ħin ta` din is-seduta.
Jista' l-Ministru jinfurmana għaliex, filwaqt li f'seduta tal-15 ta' Ġunju, mistoqsija parlamentari numru 16603, infurmani li ma ħassx il-bżonn li jerġa' jitwaqqaf il-kumitat ta' l-urban and rural landscaping, fis-seduta tal-15 ta' Lulju għarrafni li huwa mhux vera qal hekk?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq infiehem lill-Onorevoli Interpellant illi il-funzjoni ta l-kumitat li kien waqqaf hu, jiġifieri dak ta pariri u konsultazzjoni dwar l-Urban and Rural Landscaping, jista isir, u qiegħed isir, mit-taqsima relevanti. Fil-fatt, l-uffiċjal inkarigat minn din it-taqsima kien iservi ta Segretarju ta dan il-kumitat, li tajjeb wieħed ifakkar, qatt ma kien ġie kostitwit kif suppost bl-approvazzjoni ta l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-kumplament tal-membri kienu jew
Uffiċjali tal-Gvern, li kollha għadhom jagħmlu dan ix-xogħol bhala parti mid-dmirijiet tagħhom
Jew, rappreżentanti ta ditti mis-settur privat, li sallum għadhom bkuntatt tajjeb ħafna mat-taqsima.
Ma dawn kien hemm ukoll rappreżentant tat-Turiżmu u ieħor tal-Awtorita ta l-Ippjanar.
Ir-rwol ta għoti ta pariri li kellu dan il-kumitat baqa għaddej, speċjalment bl-għajnuna ta żewġ uffiċjali ġodda li ġew miżjuda ma t-taqsima ta l-Urban and Rural Landscaping.
Sadanittant nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Gvern bħalissa ħa l-inizjattiva li joħloq grupp ta nies li jirrapreżentaw lid-diversi Ministeri kkonċernati u li għandhom ir-responsabbilita li jikkoordinaw il-ħidma kollha ta tindif u embellishment fpajjiżna. It-taqsima ta l-Urban and Rural Landscaping tal-Ministeru tiegħi hija rappreżentata u qed tieħu parti attiva fdan l-eżerċizzju.
Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollha fuq l-industrija lokali t-tneħħija ta' l-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn l-Amerika?
Kemm huwa n-numru ta' industriji li f'pajjiżna jesportaw lejn l-Amerika u kemm iħaddmu ħaddiema llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tneħħija ta' l-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn l-Istati Uniti tirrifletti l-livell għoli ta' żvilupp ekonomiku li pajjiżna irnexxielu jikseb matul is-snin li għaddew. Minn analiżi li l-Ministeru tiegħi għamel, jirriżulta li l-aktar settur li jista' jintlaqat huwa dak ta' l-industrija ta' prodotti tad-deheb u prodotti oħra anċillari.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li kemm in-numru ta' industriji kif ukoll dak ta' haddiema li jkunu involuti f'xogħol ta' esportazzjoni lejn pajjiż partikulari jvarja minn żmien għal żmien.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'effett se jkollha fuq l-impjiegi f'pajjiżna id-deċiżjoni tal-gvern Amerikan li mill-ewwel ta' Lulju ta' din is-sena neħħa l-eżenzjoni tal-levy/dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn l-Amerika?
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema li f'pajjiżna jaħdmu ma' l-industriji li jesportaw lejn l-Amerika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-laħam tal-majjal li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-produtturi Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE?
Għaliex Malta ma ġietx rikonoxxuti bħala pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għadhom applikanti?
X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li id-dazju fuq il-laħam tal-majjal ma tbiddilx minn dik id-darba li intervjenha hu stess biex jigi esportat il-laħam tal-majjal lejn l-Ewropa.
L-industrija tal-majjal hija proġettata biex Malta tkun self sufficient u mhux biex t'esporta u wieħed jiskanta kif kważi fl-istess nifs l-Onor. Interpellant isaqsi fuq in-nuqqas ta' produzzjoni lokali u fuq l-esportazzjoni ta' dan l-istess prodott. Ma hux il-każ li nerġgħu nagħmlu kif kien sar fiż-żmien meta hu stess kien Ministru u nwebblu l-produtturi b'esportazzjoni fantażma ta' 10000 majjal fis-sena, biex mbgħad nesportaw 43 biss. Fil-fatt lanqas ta' dawn it-43 qatt ma kien hemm konferma li ġew esportati.
Dan it-twebbil kien wassal sabiex għal żmien twil kien hemm produzzjoni żejda u ħoloq problemi kbar għall-industrija tal-majjal lokali.
In-nuqqas li qed jinħass issa huwa frott tal-miżuri li ħadet l-industrija tat-trobbija biex trażżan il-produzzjoni żejda riżultat ta' l-wegħda ta' esportazzjoni mill-Onor. Interpellant, liema esportazzjoni qatt ma mmaterjalizzat.

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi rapportati lill-pulizija fuq swat/vjolenza fuq l-anzjani matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Kemm tressqu persuni l-qorti u kemm huwa n-numru ta' każi li fuqhom il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għall-ewwel sitt xhur ta` din is-sena huwa kif ġej:
Tip ta` każi Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju
------------ ------ ---- ----- ----- ----- -----
Omiċidju - 2 - - - -
Offiża fuq 3 1 2 2 5 4
persuna ta`
anzjan, inklużi
feriti ta` natura
ħafifa
Hold up - - - 3 - -
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni dwar il-każ ta` l-omiċidju fejn tressqu żewġ persuni quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll li dwar seba` każi ta` offiżi fuq il-persuna, kien hemm talba sabiex ma jittieħdux passi kriminali mill-vittma stess, filwaqt li dwar il-każijiet l-oħra tressqu quddiem il-Qorti għaxar persuni.
Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tisiwijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa fi Triq Għabex, Triq Ħalel, St Anthony Street, Triq il-Pijunieri u Triq Damasku f'Buġibba?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħodija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex din tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ issir il-manutenzjoni neċessarja.
Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tiswijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm fi Triq il-Kbira, Triq Little Armier, Parish Street, u l-Marfa, Mellieħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ isiru t-tiswijiet neċessarji.
Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tiswijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm fi Triq Virtu, Triq Vivaldi, Triq San Vinċenz Ferreri, Triq Kola Xara u Ġnien Fieres fir-Rabat, Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant u din ser tagħmel l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il-każ issir il-manutenzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi tal-UE mill-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa tal-Lvant u Ċentrali żdiedet minn 33% għal 77% u l-industrija lokali ta' l-akwakultura baqgħet tħallas l-istess persentaġġ ta' 15% fuq il-ħut esportat lejn il-pajjiżi tal-UE meta Malta bħala pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għandha applikazzjoni għal sħubija sħiħa?
Meta fil-fatt il-ministeru ressaq it-talbiet tiegħu lill-UE sabiex bħal pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant Malta tkun eżentata milli tħallas 77% mid-dazju li l-UE timponi fuq il-prodotti Maltin għall-perjodu ta' qabel is-sħubija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi fl-1996 il-kummissjoni ta' l-Unioni Ewropeja kienet lestiet skeda ta' eżenzjoni mill-Common External Tarrif għal Malta biex tiġi rakkomandata lill-Kunsill. Din qatt ma għaddiet għand il-Kunsill għaliex l-amministrazzjoni preċedenti ffriżat l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija u fid-dawl ta' dan il-kummisjoni waqqfet din il-proċedura.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant illi bl-iffriżar ta din l-applikazzjoni Malta tilfet ukoll l-opportunita li tipparteċipa u tiġi nkluża mal-lista ta' pajjiżi applikanti fit-tfassil tas-SAPARD biex propju setgħa jwassal li aħna wkoll nibbenefikaw mil-fond ta' 520 Milljun Euro fis-sena.
F'Settembru li ġej il-kummisjoni għandha tirċievi mandat mingħand il-kunsill sabiex terġa tibda tiddiskuti skeda ġdida ma Malta. Huwa mifhum li meta jintlaħaq ftehim din l-iskeda l-ġdida tiġi mressqa quddiem il-kunsill għall-approvazzjoni.
Fid-dawl tal-fatt li l-Ministru qal li kellhom jorħsu 40,000 prodott bl-introduzzjoni tal-VAT, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-prodotti li roħsu mill-05 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jagħti wkoll l-istess breakdown għal prodotti li għolew matul l-istess perijodu?
Response (DALLI, JOHN)
M ghandi xejn x inzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija parlamentari
numru 3496.
B'riferenza għall-applikazzjoni ta' l-għaqda kaċċaturi u MK tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari numru 17043?
Response (BORG, TONIO)
Kif għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17043 l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fi stadju avvanzat. Fit-tlett ġimgħat minn mindu ngħatat din it-tweġiba, kien qed jiġi riżolt aspett partikolari ta` impatt potenzjali ta` dan l-iżvilupp biex b`hekk ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat tkun tista` tiġi konkluża.