Mindu reġa' ġie elett il-kunsill ġdid tar-Rabat, jista' l-Ministru jinfurmani jekk irċeviex talba uffiċjali sabiex il-venda tal-karozzi tal-linja tmur lura l-ħin kollu fit-triq f'Santa Rita r-Rabat? Jista' jinfurmani x'passi ttieħdu u meta se tiġi aċċettata din it-talba tal-kunsill lokali tar-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru arranġamenti ġodda dwar il-venda tal-karozzi tal-linja fir-Rabat li ser jiġu fis-seħħ fit-18 ta` Settembru. B'dawn l-arranġamenti ġie notifikat ukoll il-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Dates Destination No. of Purpose of Visit Results Achieved
From To Persons in
Delegation
______________________________________________________________________
17.01.99 24.01.99 China 6 Official Co-operation on various
Discussions with Chinese fields was discussed and
officials it was agreed to consider
the building of a Chinese
garden in Malta.
01.05.99 08.05.99 USA 2 Trade Mission American investment in
Malta was discussed. As a
result, one company has
already set up shop in Malta.
25.11.99 28.11.99 Brussels 4 Working EU candidate countries
5th informal meeting discussed with the EU
between the EU Commissioner the accession
Commissioner responsible process with regard to the
for Environment and the environmental acquis.
Ministers of Environment
of the candidate countries
19.03.00 23.03.00 Amsterdam 3 Conference Participants agreed on the
Conference on long-term vision for action for the
vision on water, life and Mediterranean region as
environment. regards water security.
03.05.00 07.05.00 Slovakia 3 Working EU Accession Countries met
Informal meeting of the to exchange information and
Environment Ministers to coordinate their approach
from Accession Countries on current issues of common
interest in the environmental
enlargement process.
28.05.00 01.06.00 Sweden 3 Conference Participants contributed towards
First Global Ministerial the finalisation of a plan of
Environment Forum action for UNEP.
17.06.00 21.06.00 Budapest 3 Working At this meeting Malta signed
Ministerial consultation the Charter of the Regional
on Environment Environment Centre enabling
Policy-making it to participate in the work of
the Centre which is assisting
EU Candidate countries in their
membership process.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17935, jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat bejn it-taqsima tal-bioteknoloġija ta' l-Universita u d-dipartiment ta' l-agrikoltura għar-rigward ta' l-impenn li jissaħħaħ il-programm sabiex tikber ir-razza tal-mogħża Maltija b'ġenetika pura? Min huma l-persuni nvoluti f'dawn il-laqgħat u xi progress sar sa issa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat mill-uffiċjal xjentifiku ewlieni illi l-laqgħat ma' l-Universita ilhom isiru sa mill-1994.
Il-persuna nvoluti huma: Renald Blundell, Prof. Alex Felice, Godfrey Camilleri, Kenneth Mifsud, u Franco Serracino-Inglott
S'issa saru ħafna preparamenti u xogħolijiet u dan wieħed jista' jarah mit-tesi ta' Renald Blundell li saret fl-1998.
Il-faċilitajiet li hemm fl-Għammieri, fis-Sezzjoni tal-Mogħoż, ġew imtejba u dan ix-xogħol qiegħed jitkompla.
Tista' l-Ministru tinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kienet imsiefra fuq xogħol ministerjali?
Tista' tgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qeda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għat-talbiet pendenti għall akkomodazzjoni alternattiva fir-Rabat li jlaħħqu 74 każ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi qed jokkupaw bini li huwa ċertifikat bħala bini kkundannat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 18163 f'Seduta 355.
B'riferenza għat-talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva fil-Mosta li jlaħħqu 89 każ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi qed jokkupaw bini li huwa ċertifikat bħala bini kkundannat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 18163 f'Seduta 355.
B'riferenza għat-talbiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva f'San Pawl il-Baħar li jlaħħqu 115 każ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi qed jokkupaw bini li huwa ċertifikat bħala bini kkundannat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 18163 f'Seduta 355.
B'referenza għat-3,571 talba pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva, jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani jekk hemmx xi policy partikolari sabiex it-talbiet tal-koppji u familji mir-Rabat, Mosta, San Pawl li jammontaw għal 228 talba, jiġu rimedjati? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinfurmani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjonijiet pendenti quddiem id-Dipartiment konċernat jiġu ttrattati kollha fuq l-istess kriterji, immaterjalment mill-lokalita' minn fejn ikunu ġejjin.
Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għann taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel sitt xhur tas-sena 1999, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8004.
Għall-aħħar sitt xhur tas-sena 1999, l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Matul is-snin 1999 u 2000 kien hemm għaxar żjarat ministerjali. Lista ta' dawn iż-żjarat, l-għan tagħhom u n-numru ta' persuni li għamlu parti minn kull delegazzjoni hija kif ġej :
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub sa nofs Ġunju 1999 nata fit-tweġiba all-mistoqsija numru 8004. all-bqija tal-perjodu msemmi, it-tarif huwa kif ġej:-
Data tas-Safra Numru ta' Persuni L-an taż-żjara
24-26 ta' Ġunju 1999 1 Konferenza24 ta' Settembru - 1 ta' Ottubru 1999 3 Konferenza18 - 23 ta' Ottubru 1999 3 Xool9 - 10 ta' Novembru 1999 1 Xool5 - 11 ta' Diċembru 1999 2 Xool26 - 29 ta' Jannar 2000 1 Xool24 ta' Frar - 1 ta' Marzu 2000 2 Uffiċjali7 - 9 ta' Marzu 2000 2 Xool20 - 31 ta' Marzu 2000 2 Uffiċjali12 - 13 ta' April 2000 1 Uffiċjali12 - 24 ta' Mejju 2000 2 Konferenza18 - 21 ta' Ġunju 2000 1 Xool28 ta' Ġunju - 4 ta' Lulju 2000 4 Konferenza
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-karozzi tal-linja fir-Rabat, baqgħu ma marrux fuq bażi regolari f'St Rita Street, Rabat? Jekk irriżulta li l-komunita' Rabtija fil-maġġorparti tagħha trid il-venda f'St Rita Street, għaliex dan id-dewmien kollu biex tiġi rispettata din id-deċiżjoni?
Fil-fatt għal kemm ħin il-venda qed topera minn St Rita Street u għal kemm ħin mis-Saqqajja? Kemm ilha issa li ċċaqalqet il-venda minn St Rita Street?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ntlaħaq ftehim proviżorju bejn l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, l-Awtorita` dwar it-trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali tar-Rabat dwar is-servizz bi skeda mill-lokalita` tar-Rabat.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` żewġ `Press Release` maħruġa mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku bid-dettalji ta`dan il-ftehim.
Jirriżultalu l-Ministru li hemm talbiet sabiex Triq Emanuel Vitale fir-Rabat issir one way? Jekk huwa l-każ meta resqu dawn it-talbiet u x'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma saritlu l-ebda talba sabiex Triq Emanuel Vitale fir-Rabat issir `one way`.
Jista' l-Prim Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Xogħol ministerjali
Question
Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Xogħol ministerjali
Question
Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.