Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali — Childrens Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji u single parents li bdew jirċievu għall-ewwel darba ċ-childrens allowance matul l-ewwel 6 xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' familji u single parents li tilfu d-dritt ta' dawn il-benefiċċji fl-istess perjodu minħabba l-assessments? Kemm huwa n-numru llum ta' familji u single parents f'Malta u Għawdex (separatament) li qed jirċievu dawn il-benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1,040 familja b'żewġ ġenituri jew b'ġenitur wieħed li bdew jirċievu għall-ewwel darba l-"Allowance" tat-Tfal matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena. Peress li l-ħlas ta' dan l-"Allowance" mhux marbut ma' jekk il-familja hijiex komposta minn ġenitur wieħed jew tnejn qatt ma nħass il-bżonn li tinżamm statistika separata tat-talbiet ġodda. Ma tinżammx statistika ta' kemm kien n-numru ta' familji b'żewġ ġenituri jew ġenitur wieħed li tilfu d-dritt ta' l-"Allowance" tat-Tfal fl-istess perjodu minħabba l-"assessment". F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047. In-numru ta' familji b'żewġ ġenituri u b'ġenitur wieħed li fl-aħħar ta' Lulju 2000 kienu qed jirċievu l-"Allowance" tat-Tfal huwa kif jidher aktar 'l-isfel. Ta' min iżid li hu mistenni li n-numru ta' dawk li jikkwalifikaw għal din l-"Allowance" jaqbeż l-40,000 meta r-reviżjonijiet tal-każijiet kollha pendenti jiġu finaliżżati. FAMILJI MALTA GĦAWDEX TOTAL B'żewġ ġenituri 25,409 3,374 28,783 B'ġenitur wieħed 2,478 103 2,581 Total 27,887 3,477 31,364
Leg 9 PQ #18530 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

AEM Board — Onorarja

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-onorarja tal-membri ta' l-AEM Board? X'benefiċċji addizzjonali għandhom il-membri inkluż iċ-chairman?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kull membru tal-Agricultural Export Marketing Board għandu onorarja ta' Lm350 fis-sena. La c-chairman u lanqas il-membri m'għandhom xi benefiċċji addizzjonali.
Leg 9 PQ #18531 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Bord tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt u f'liema ġurnata l-Bord tas-Sajd approva t-tibdil tas-sistema ġdida li sajjieda tal-lampuki Għawdxin jiġu mqassma fi tlett kategoriji? Min kienu l-membri tal-bord preżenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tas-Sajd ma japprovax izda jiddiskuti policies ta' management fis-sajd. Id-decizjoni ta' l-adozzjoni ta' policies li ser jigu addottati jew effetwati hija f'idejn id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. Il-membri tal-bord li kienu prezenti huma: Dr. Anthony Gruppetta Dr. Joe Carabott D'Amato Dr. Tonio Spiteri Mr. William Pomroy Mr. Ivan Portanier Mr. Carmelo Bugeja Mr. Joseph Abela Osservaturi: Mr. Corrado Rossitto (Senior Fisheries Officer) Mr. Mario Tabone (Fisheries Officer - Ghawdex) Mr. Anthony Xuereb (Sajjied Ghawdxi tad-Distrett tax-Xlendi) Mr. Jimmy Xuereb (Sajjed Ghawdxi tad-Distrett tax-Xlendi)
Leg 9 PQ #18532 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Luqa — By-pass operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu l-operazzjoni tal-by-pass fl-isptar San Luqa fl-ewwel 6 xhur tas-sena? Kemm kienet l-iżgħar eta' u kemm hemm persuni fil-waiting list fil-mument?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fl-ewwel xhur ta` din is-sena saru dawn l-operazzjonijiet: CABG X1 4 CABG X2 17 CABG X3 48 CABG X4 56 CABG X5 14 Operazzjonijiet 139 tal-Bypass AVR 14 AVR + CABG 3 AVR + tricuspid annuloplasty 1 MVR 4 MVR + CABG 2 AVR + MVR 1 Operazzjonijiet 25 tal-Bypass u Valve ASD + CABG 1 ASD 1 Operazzjonijiet 2 Oħra ---------------------------------------------- ------------------------------- TOTALI 166 ----------------------------------------------- ----------------------------- L-iżgħar pazjent tal-bypass kellu wieħed u erbgħin sena. Fl-aħħar ġurnata ta` Ġunju kien hemm mija u tmenin persuna fuq il-waiting list.
Leg 9 PQ #18351 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18461 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma kien hemm l-ebda PRO mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn.

Ministeru għall-Politka Soċjali — PROs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' "Public Relations" jitwettqu mill-"Communications Co-ordinator". Ir-remunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il-"Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn kien Mr Alan Camilleri li ġie mpjegat fil-11 ta' Jannar 1999.
Leg 9 PQ #18463 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — PROs

Question

Tista' l-Ministru tinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is-Sur Kevin Sciberras kien il-Communications Co-ordinator. Ir-remunerazzjonijiet u l-benefiċċji li ngħataw lil dan l-impjegat kienu skond id-dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li l-Prim Ministru kien qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra s-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #18464 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — PROs

Question

Jista' l-Prim Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fis-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tiegħi, id-dmirijiet marbuta ma’ “Public Relations” jitwettqu mill-“Communications Co-ordinator”. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 124 tas-16 ta’ Ġunju 1999. Il-“Communications Co-ordinator” fl-Uffiċċju tiegħi bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999 kien is-Sur Peter Portelli u minn Lulju 1999 'il hawn hu is-Sur Emanuel Delia.

Ġustizzja u Gvern Lokali — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċju u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Fis-Segretarjat Privat ta` Ministru d-dmirijiet marbuta ma` Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra f`seduta 124 tas-16 ta1 Gunju 1999. Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tieghi minn Settembru 1998 `il hawn kien Mr Ruben Sciberras.
Leg 9 PQ #18473 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? X'benefiċċji u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fis-Segretarjat tiegħi m'għandix Public Relations Officer.
Leg 9 PQ #18452 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17724?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' talbiet pendenti għal għajnuna finanzjarja bħala għotijiet lil bdiewa, raħħala u sajjieda quddiem id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huwa ta' madwar elf u mitt applikazzjoni (1,100). Dawn jammontaw għal ċifra ta' madwar miljun lira Maltija. L-iskema ta' għajnuna bħala għotjiet bdiet fl-1988 u bħalissa ġiet sospiża fuq deċizjoni tal-Kummissjoni Self u Għotijiet peress li l-gvern qed joffri biss għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda bħala self issussidjat mit-tliet banek ewlenin f'Malta. L-aktar talba li ilha pendenti hija dik ta' bidwi mir-Rabat li kien għamel talba fis-6 ta' Mejju, 1996, din it-talba kienet ġiet approvata mill-ministru ta' dak iż-żmien fit-28 ta' Awissu, 1998, ma kenitx ingħatat peress ma kienx hemm fondi. Din it-talba qegħda terġa' tiġi kkonsidrata.
Leg 9 PQ #18456 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxpayers — Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18020?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jkun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #18457 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 sat-30 ta' Mejju 1999 kien is-Sur Martin Bugelli. Mill-1 ta' Ġunju 1999 is-Sur Bugelli ingħata l-kariga ta' Assistent Personali u baqa jaqdi il-funzjonijiet relatati max-xogħol ta' Communications Co-ordinator. Il-pożizzjoni ta' Communications Co-ordinator min dak inhar għada vaganti.
Leg 9 PQ #18458 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (BORG, JOE)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-Ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-dokument Engagement of Staff for Private Secretariat li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il- Communications Co-Ordinators fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin minn Settembru 1998 'il hawn kienu: a) is-Sur Christopher Grima li kien jokkupa din il-kariga fl-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. Wara li jien sirt Ministru hu kompla jżomm din il-kariga sas-26 ta' Marzu 2000. Fil-preżent din il-kariga hi okkupata mis-Sinjorina Joanna Darmanin. b) is-Sur Charles Mifsud kien jokkupa din il-kariga waqt il-perjodu kollu li jien kont Segretarju Parlamentari f'dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #18459 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn kien Carmel Callus.
Leg 9 PQ #18460 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-remunerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju, 1999. Fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn, ebda persuna ma okkupat il-post ta' Communications Co-ordinator.
Leg 9 PQ #18360 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' ħafna sidien ta' restaurants, snack bars, holiday flats eċċ fl-inħawi tal-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar li qed jilmentaw minn nuqqas ta' turisti li hemm f'dawn l-inħawi ta' Malta tant li x-xogħol naqsilhom ħafna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li la jien u l-anqas il-Ministeru tiegħi ma rċevejna lmenti bħal dawk imsemmija fil-Mistoqsija nistieden l-Onor. Membru biex jagħtini t-tagħrif sabiex jekk ikun il-każ jiġu ntervistati s-sidien u l-ilment tagħhom mistħarreġ.
Leg 9 PQ #18361 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — "All Inclusive"

Question

Peress li jirriżulta li s-sistema ta' l-"All Inclusive" qed taffettwa ħażin lis-sidien tar-restaurants, snack bars, holiday flats eċċ, f'Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar tant li dawn in-negozji żgħar naqsilhom ħafna x-xogħol, jista' l-Ministru jara kif l-NTOM tista' tintervjeni sabiex tagħmel marketing li jilħaq ukoll lil dawn in-negozjanti żgħar f'Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infakkar lill-Onor Membru li l-N.T.O.M. spiċċat fl-1 ta' Settembru, 1999. L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta tonfoq miljuni ta' liri f'marketing biex tistimula turiżmu lejn Malta iżda l-għażla tat-tip ta' vakanza tiddependi esklussivament mit-turist innifsu.

Housing — Rabat - Għajn Qajjied

Question

Jista' d-Dipartiment tal-Housing jistħarreġ kif jista' jkun hemm aċċess għall-parking aħjar fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjied ir-Rabat Malta? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir underground parking fil-futur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kwistjoni dwar aċċess għal "parking" ma taqgħax taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru.