Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18561 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Ħalib Frisk

Question

Peress li t-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numru 16297,16986 u 17596 ma jsemmu xejn dwar dak li se jitlob il-gvern mill-UE sabiex ir-raħħala Maltin ikunu assigurati li ma jitilfux il-prezz tal-ħalib ta' fuq il-kwota, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 17596?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-istadju li wasal fih il-proċess, din il-mistoqsija hija waħda pjuttost prematura. Għaldaqstant ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17596.
Leg 9 PQ #18562 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

Peress li t-tweġiba kemm tal-mistoqsija parlamentari numru 16297 u 16986 ma jirriflettux it-tweġibiet li huma referuti f'mistoqsija parlamentari numru 17597, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17597 u jgħid ukoll ma' min saru l-konsultazzjonijiet f'Malta u barra minn Malta sabiex ikunu stabbiliti l-iżvantaġġi li dwarhom iridu jsiru n-negozjati sabiex ir-raħħala ma jkunux żvantaġġjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18561.
Leg 9 PQ #18563 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17595, ladarba jirriżulta li se jiġi importat majjal frisk kif tikkonferma t-tweġiba tal-Ministru stess, jista' l-Ministru jagħti raġuni għala qal li jien għandi ħabta nibbaża d-domandi fuq informazzjoni żbaljata mingħajr ma nindenja nivverifika?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant reġa bbaża d-domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata għaliex ma ġiex impurtat l-ebda majjal frisk.
Leg 9 PQ #18564 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidju li l-Ministru qal li l-produtturi tal-majjal se jieħdu wara li Malta ssir membru ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid kif se taffatwahom it-tneħħija ta' l-export refund fuq l-esportazzjoni tal-majjal wara li Malta ssir membru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Donnu li l-Onor. Interpellant ma hux infurmat illi fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju, l-Unjoni Ewropeja neħħiet l-export refunds kollha fuq l-esportazzjoni tal-majjal. Għaldaqstant mhux ser ikun hemm l-ebda differenza wara li Malta tidħol membru, fir-rigward ta' export refunds.
Leg 9 PQ #18539 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skolasajf — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li bdew jattendu l-iskolasajf din is-sena? X'kien l-istess numru għas-sena 99, 98 u 97?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ħadu sehem fi Skola Sajf kien: SENA NUMRU TA' STUDENTI 1997 4559 1998 3840 1999 3945 2000 4002.
Leg 9 PQ #18540 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

AXMB Board — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex mistenni li l-Board (AXMB) jiddiskuti l-pożizzjoni ta' l-MRL's fuq l-esportazzjoni tal-ħxejjex u frott lejn il-pajjiżi ta' l-UE? Hemm xi kummissjoni maħtura mill-Board biex tistudja dan it-tibdil? Jekk iva, minn min hija ffirmata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 10311 ħlief li mhux il-kompitu tal-Agricultural Export Marketing Board li jidħol f’dan is-suġġett iżda d-Dipartiment tal-Agrikoltura għandu uffiċjali mħarrġa f’dan il-qasam u għaldaqstant huma fid-dmir li jaġġornaw u jiggwidaw lill-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd dwar dawn l-iżviluppi. Pero' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li meta nitkellmu fuq l-MRL's tajjeb li nżommu quddiem għajnejna l-interessi ta' saħħa tal-konsumatur Malti.
Leg 9 PQ #18542 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Typhus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rriżulta li kellhom Typhus matul l-ewwel 6 xhur tas-sena? X'kien l-istess numru għas-sena 99, 98 u 97 għall-istess perjodu? Minn liema nħawi f'Malta ġejjin dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi n-numru ta` każijiet ta` Typhus rappurtati fit-Taqsima Tħaris tal-mard matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kien ta` 7. Matul l-ewwel sitt xhur fl-1999, fl-1998 u fl-1997 in-numru ta` każijiet ta` Typhus rappurtati kien ta` 10, 15 u 14 rispettivament. Il-lokalitajiet li fihom seħħew dawn il-każijiet huma kif indikati fit-tabella hawn taħt: LOKALITA` 1997 1998 1999 2000 Baħar iċ-Ċagħaq - - 1 - Birkirkara 1 2 - - Birżebbuġa 1 - 1 - Bormla 1 - - - Buġibba - - 1 - Fgura 1 - 1 - Gudja 2 1 1 - Għajnsielem (G) - - - 1 Għaxaq - 1 - - Kalkara - 1 - - Kappara - - - 1 Kerċem - 1 - - M arsascala 1 - - - Marsaxlokk - 1 - - Nadur (G) - - 1 - Naxxar - 1 1 - Qala (G) 1 - - - Qawra 1 1 - - Qormi - - 1 - Rabat 2 1 - 1 Siġġiewi - - 1 1 Slie ma - 1 - - Swieqi 1 - - - Tarxien - - 1 - Valletta - 1 - - Xagħra (G) 1 - - 1 Xlendi (G) - 1 - - Żabbar - - - 1 Żejtun 1 - - - Żurrieq - 2 - 1
Leg 9 PQ #18543 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Libja — Laqgħat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17921, jista' l-Ministru jgħid għal-liema diskussjonijiet qed jirreferi jekk humiex għal dawk preċedenti jew għad-diskussjonijiet li għamel huwa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17921 irreferejt għal diskussjonijiet li saru mill-5 ta' Settembru 1998 l'hawn.
Leg 9 PQ #18544 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl — Qtugħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tal-provvista tad-dawl fir-Rabat Malta nhar it-Tlieta, 18 ta' Lulju, 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-qtugħ li kien hemm fil-provvista ta' l-elettriku fir-Rabat, Malta fit-18 ta' Lulju li għadda, kien kaġunat minn ħsara f'żewġ cables separati taħt l-art fuq is-sistema ta' l-11KV.
Leg 9 PQ #18547 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl — Qtugħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Mosta nhar l-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku li kien hemm fil-Mosta u nħawi oħra fid-data msemmija seħħ minħabba li iżolaturi fuq il-linja numru tnejn tas-sistema tat-33KV tkissru x'aktarx b'tiri ta' senter. Għalkemm ma jistax jingħad fi żgur, probabbli li l-qtugħ kien kaġunat minn titi ta' senter peress li nstabu xi skrataċ fl-art fejn saret il-ħsara.
Leg 9 PQ #18533 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-varjeta' Alpha skond il-kuntratt li jkopri s-snin 1999, 2000 u 2001 fuq l-ewwel 5,000 tunnellata? Jista' jgħid kemm hija ż-żieda abbażi ta' dan il-kuntratt u tal-kuntratt li kien sar fis-snin 1996, 1997 u 1998 fuq l-istess tunnellaġġ ta' 5,000 tunnellata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-kopji tal-kuntratti li kienu tpoġġew fuq il-mejda ta' din il-Kamra fejn hemm l-informazzjoni kollha li jixtieq. Madankollu rrid infakkru li d-differenza extra, fil-prezz hija sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjes involuti fil-ħatt tal-'containers' minn fuq il-vapuri u l-ġarr tagħhom lejn destinazzjonijiet indikati mir-riċevituri kif jitlob il-ftehim preżenti Carriage paid to Daalimpex Stores. Il-kuntratt ta qablu ma kienx jirrikjiedi dawn l-ispejjes għalliex kien C & F customs cleared E.U. port. Barra minn hekk wieħed ma jridx jinsa li filwaqt qabel kien ikun hemm tama ta overprice, illum dawn il-prospetti tista tgħid li għebew għal kollox minħabba li l-kuntratturi irduppjaw ir-rati tal-ispejjes tagħhom fl-aħħar ftehim. Nigbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli interpellant illi li l-patata kollha esportata din is-sena, jigifieri 6539.2 tunnellata (82,394 qantar) tal-varjetajiet Sante u Alpha flimkien kisbu dhul nett ghall-bdiewa ta’ Lm893,973. Kieku l-istess ammont ta’ patata esportata kienet biss tal-varjeta Alpha skond il-ftehim maghmul mill-amministrazzjoni precedenti, kien iwassal ghall-dhul nett ta’ Lm793,732. Minn dan jirrizulta li d-dħul nett imħallas din is-sena huwa ta’ madwar Lm100,241 fi bwiet il-bdiewa izjed mill-ammont li kien joħrog mill-ftehim oriġinali fuq l-Alpha li hija żieda ta' madwar 13%.
Leg 9 PQ #18534 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante — Ordnijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-bdiewa bdew jiġu mitluba jiktbu l-ordnijiet tagħhom għall-varjeta' Sante din is-sena? Meta se jkunu nformati biex jiktbu l-varjeta' Alpha? Fuq liema bażi l-bdiewa qed jiġu mitluba jdawru l-varjeta' ta' żriegħ Alpha għal dik Sante? Kemm hija l-ordni għall-esportazzjoni tas-Sante għas-sena 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-kitba tal-patata taż-żriegħ tal-varjetajiet kollha mkabbra hawn Malta saret bħas-soltu fil-bidu t’Awissu wara li kienu stabbiliti l-bżonnijiet kemm għas-suq lokali kif ukoll għas-safar. Is-sena d-dieħla jistgħu jiġu msiefra 2000 tunnellata Sante' bl-istess kundizzjonijiet li ntbagħtu din is-sena.
Leg 9 PQ #18535 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante u Alpha — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz għall-bdiewa taż-żriegħ tal-patata tal-varjeta' Sante u Alpha fl-1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant messu jaf li filwaqt li d-Dipartiment tal-Agrikoltura huwa responsabbli mill-importazzjoni tal-patata taż-żriegħ Alpha u s-sena li għaddiet din inbiegħet bil-prezz ta Lm8.50 kull xkora ta' 50 kgs, dik tas-Sante` u l-varjetajiet l-oħra ġew impurtati u mibjugħa mill-aġenti rispettivi tagħhom.
Leg 9 PQ #18536 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante u Alpha — Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew trasferiti l-pagamenti tal-patata Sante u Alpha mill-aġenti Olandiżi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment tal-Agrikoltura filwaqt li rċieva l-ħlas ta’ din is-sena għas-Sante’ permezz ta’ żewġ pagamenti li saru f’nofs April u fil-bidu ta’ Mejju, dak ta’ l-Alpha sar permezz ta’ ħames pagamenti li waslu f’nofs Mejju, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Lulju, fil-bidu t’Awissu u l-aħħar wieħed wasal f’nofs Awissu.
Leg 9 PQ #18537 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ħabbarx il-prezz tal-varjeta' Alpha esportata lejn is-suq Olandiż din is-sena, meta żied il-prezz tas-Sante? Meta se jħabbar il-prezz ta' l-Alpha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ma suppost jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, is-safar tal-patata ta’ Malta tal-varjetajiet Alpha u Sante għal dawn l-aħħar sentejn kienu rregolati minn żewġ kuntratti kompletament separati. Għaldaqstant filwaqt li meta saret din il-mistoqsija n-negozju tas-Sante kien konkluż u seta’ jiġi stabbilit il-prezz biex tħallsu dawk li kabbruha, dak ta’ l-Alpha kien għadu ma ġiex finalizzat. Fil-fatt il-prezz tħabbar u l-bdiewa tħallsu diġa bil-prezz ta' Lm10.22 il-qantar.
Leg 9 PQ #18538 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali — Ħaxix u Frott

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-mistoqsija parlamentari 17825 prodott prodott ta' ħaxix u frott separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #16991 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju tal-gvern li kellhom xi inċidenti waqt it-trip ta' l-iskola? X'ikkawża dawn l-inċidenti u x'passi ttieħdu? X'servizzi joffri d-dipartiment lill-iskejjel f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġew irraportati ebda inċidenti lil uffiċjal inkarigat mit-Trasport tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fis-sena skolastika 1999/2000. F'każ li jinqlagħu inċidenti waqt it-trasport, jittieħdu l-miżuri applikabbli għal inċidenti li jinqalgħu fi skola waqt il-ħin ta' l-iskola.

Trasport u Komunikazzjoni — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Fis-Segretarjat Privat tal-Ministru d-dmirijiet marbuta mal-Public Relations jitwettqu mill-Communications Coordinator. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mad-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariat li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il-Communications Coordinator fil-Ministeru tiegħi minn Ottubru 1999 'il hawn huwa is-Sur Saviour Farrugia. Qabel din id-data, din il-kariga kienet vakanti.
Leg 9 PQ #18483 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kundizzjonijiet adizzjonali ingħatawlhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rimunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi huwa s-Sur Claude Sciberras.