Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18836 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar — Tkaċċit ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet irrapportati lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar tqaċċiet ta' siġar kawża ta' inċidenti tat-traffiku, jew tal-maltemp jew b'vandaliżmu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qatt ma nżammet u ma tinżammx statistika ta' din ix-xorta, iżda l-każijiet jiġu trattati fuq bażi individwali. Pero' ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa tajt struzzjonijiet ħalli jibda jinżamm reġistru ta' dawn il-każijiet kollha.
Leg 9 PQ #18837 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siġar f'Malta u Għawdex li nqalgħu/tqaċċtu bil-permess tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? F'liema lokalitajiet u x'tip ta' siġar nqalgħu/tqaċċtu u x'kien il-każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18836.
Leg 9 PQ #18867 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li għamlu aktar minn Lm1,000 overtime f'xahar wieħed mal-Maltacom? X'tip ta' xogħol u kariga għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18773 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti pendenti li jridu jsiru lill-kuntratturi li għamlu xogħlijiet u restawr fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? X'qed jikkawża dan id-dewmien? Kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jridu isiru abbażi ta' xogħlijiet li qed isiru fil-mument?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandhiex pagamenti b'lura fuq xogħlijiet eżistenti. Għalhekk dewmien fi ħlasijiet m'hemmx.

Dipartiment tat-Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti pendenti li jridu jsiru lill-kuntratturi li lestew ix-xogħlijiet tad-Dipartiment tat-Toroq? X'qed jikkawża d-dewmien ta' dawn il-pagamenti u kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jridu jsiru abbażi ta' xogħlijiet li qed isir fil-mument?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont li jrid jitħallas lill-diversi kuntratturi għax-xogħol li diġa hu verifikat hu: Żoqdi Lm 19,000 Schembri Barbros Lm 3,500 C.Vella Ltd Lm 4,302 Vella Group Lm 18,000 Roads Group Ltd Lm168,000 Jien infurmat ukoll li hemm diversi claims li qed jiġu verifikati mid-diversi Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati f'dan il-proċess sabiex dak li jinstab li hu dovut jitħallas.
Leg 9 PQ #18775 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jridu jitħallsu lill-kuntratturi għal xogħlijiet li għamlu fuq estensjonijiet u tiswijiet tad-drenaġġ li saru matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena? X'qed jikkawża dan id-dewmien u kemm jammonta f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jsiru fuq xogħlijiet ta' tiswijiet u estensjonijiet li bdew u għadhom qed ikomplu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li din id-domanda tinvolvi ħafna xogħol u ricerka biex tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni tal-kontinwazzjoni tax-xogħlijiet fuq il-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Sar stħarriġ dwar ir-road safety ta' din il-bypass? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' dan l-istħarriġ u jinformana x'passi ttieħdu? Jekk le, għaliex ma sarx dan ir-rapport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istat tal-Bypass kien mistħarreġ ma` toroq oħra mill-konsulenti Ġermaniżi u l-bżonn li tiġi rranġata bi prijorita kien identifikat fir-rapport tal-Masterplan (Volume III), fejn din tqedgħet għad-dirittura ma` l-ewwel fażi ta` toroq li kien hemm bżonn jiġu rranġati.

Mtarfa — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarx stħarriġ dwar l-istat tar-road safety ta' din il-bypass? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' dan l-istħarriġ u jinformani x'passi ttieħdu? Jekk le, għaliex ma sarx dan ir-rapport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istat tal-Bypass kien mistħarreġ ma` toroq oħra mill-konsulenti Ġermaniżi u l-bżonn li tiġi rranġata bi prijorita kien identifikat fir-rapport tal-Masterplan (Volume III), fejn din tqedgħet għad-dirittura ma` l-ewwel fażi ta` toroq li kien hemm bżonn jiġu rranġati.

Wied Inċita — Inċidenti tat-traffiku

Question

B'riferenza għall-inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-parti ta' quddiem Wied Inċita, Ħ'Attard, jista' l-Ministru jinformani x'passi ttieħdu mid-dipartiment? Jista' jpoġġi kopja tar-rapporti lli saru mid-Dipartiment tat-Toroq dwar r-road safety matul l-perijodu li bih bdew isiru x-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'każi fejn isiru accidents fit-toroq, id-Dipartiment jintbgħatlu rapport mill-Pulizija fejn ikun irriżulta li l-accident partikolari ikun ġie kawżat minn kuntrattur jew xi ħaġa oħra li tikkonċerna lid-Dipartiment. Fil-każ imsemmi d-Dipartiemnt ma rċieva l-ebda rapport f'dan ir-rigward. Id-Dipartiment jispezzjona regolarment is-siti fejn ikun għaddej ix-xogħol u fil-każ ta' H'Attard f'diversi okkażżjonijiet ta struzzjonijiet u direzzjoni lill-kuntrattur dwar il-passi li kien hemm bżonn jieħu biex ix-xogħol ma jkunx ta' periklu għal min jgħaddi mit-triq.
Leg 9 PQ #18725 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattivi tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi tal-majjal s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant? Peress li din is-stiwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-produtturi tal-majjal Maltin, meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma’ kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi. Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli. Li l-Onorevoli Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa ta’ l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE. L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa jgawdi eżenzjoni ta’ 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li f’dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/ levies fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu. Naħseb li l-Onor. Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall-industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir-rigward f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #18726 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-ġobon lokali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi tal-ġobon lokali s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropa eżentat lil pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropea Ċentrali u tal-Lvant? Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-produtturi tal-ġobon lokali Maltin meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma’ kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi. Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli. Li l-Onorevoli Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa ta’ l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE. L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa jgawdi eżenzjoni ta’ 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li f’dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/ levies fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu. Naħseb li l-Onor. Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall-industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir-rigward f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #18727 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi ta' l-għasel

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi ta' l-għasel s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant? Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-produtturi ta' l-għasel Maltin meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma’ kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi. Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli. Li l-Onorevoli Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa ta’ l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE. L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa jgawdi eżenzjoni ta’ 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li f’dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/ levies fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu. Naħseb li l-Onor. Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall-industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir-rigward f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #18728 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agro-Industrija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-koperattivi ta' l-agro-industrija s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lil pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant? Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir l-agro-industrija Maltija, meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma’ kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi. Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli. Li l-Onorevoli Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa ta’ l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/ levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE. L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa jgawdi eżenzjoni ta’ 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li f’dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/ levies fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu. Naħseb li l-Onor. Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall-industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir-rigward f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #18729 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattivi tal-fish farms

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-koperattivi tal-fish farms s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant? Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-koperattivi tal-fish farms Maltin, meta pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li sa l-1996 kien hemm rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropeja fuq skeda li permezz tagħha id-dazju mħallas fuq esportazzjoni ta' ħut tal-fish farms lejn l-Unjoni Ewropeja kellu jiġi għal xejn fi żmien 3 snin. Ma l-ufriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija li jagħmel il-Gvern li minnu kien jagħmel parti l-Onor. Interpellant, din ir-rakkomandazjoni ma ġietx segwita. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-pajjiżi msemmija ma jipproduċux l-istess prodotti ta' l-akwakultura li jipproduċu l-fish farms Maltin u għalhekk dan it-tibdil m'għandux ikollu influwnza fuq is-swieq tal-prodotti ta' l-akwakultura Maltija. Nirreferi wkoll l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18226 li tajt lilu stess.
Leg 9 PQ #18772 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Sajd — Xiri ta' affarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed issir investigazzjoni fuq xiri ta' affarijiet bil-POs mid-Dipartiment tas-Sajd? Fiex waslet din l-investigazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministru tiegħi bħalissa ma hu qed jagħmel ebda nvestigazzjoni tan-natura li qed isemmi l-Onor. Interpellant. Pero' sadanittant nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Minuti tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, laqgħa numru 8, tas-17 ta' Frar 1999.

Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqatalhom xi benefiċċji soċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Kemm minn dawn il-każi qed jiġi kkontestati f'xi forma ta' appell? X'kienu l-każi separtament, relief, children allowance, pensjonijiet, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047 f'Seduta Numru 349.
Leg 9 PQ #18720 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiftix ħaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt intefqu flus f'dak li jirrigwardja t-tfittxija għas-sorsi taż-żejt matul dawn l-aħħar għaxar snin mill-gvernijiet Maltin? F'liema zoni sar it-tħaffir? Kemm kienu l-ispejjeż f'kull zona separtament u liema zona kienet l-aktar qrib li jinstab iż-żejt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul dawn l-aħħar għaxar snin intefqu madwar 14 il-miljun lira mill-“Gvernijiet Maltin” fit-tfittxija għaż-żejt. It-tħaffir sar f’żoni magħrufa bħala Area 3 u Area 4, kif ukoll fuq Għawdex. L-ispejjeż hawn fuq imsemmija ntefqu f’Għawdex. S’issa, din kienet iż-żona l-aktar qrib sejba.
Leg 9 PQ #18721 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Toroq tal-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana liema huma t-toroq tal-bdiewa li se jiġu rranġati fis-sitt xhur li ġejjien? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' talbiet tal-bdiewa simili li huma pendenti u kemm hija meħtieġa n-nefqa għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għadu mhux deċiż liema huma t-toroq li se jiġu rranġati fis-sitt xhur li ġejjin. Hemm 283 talba pendenti. In-nefqa għal dawn ix-xogħolijiet hija stmata li tlaħħaq madwar Lm300,000.
Leg 9 PQ #18722 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI — Eżenzjoni tad-dazju

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk il-gvern huwiex se jiddiskuti ma' l-FOI s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea ta' l-Ewropea Ċentrali u tal-Lvant?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent, kemm il-prodotti industrijali manifatturati f'Malta kif ukoll dawk manifatturati fil-pajjiżi tal-Lvant Ċentrali ta' l-Ewropa, jidħlu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jitħallas dazju minħabba l-ftehim ta' assoċjazzjoni li l-istess Unjoni Iffirmat ma' dawn il-pajjiżi fuq bażi individwali, inkluża Malta. Għandi għax nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għas-settur agrikolu fejn l-Unjoni Ewropea għadha kemm iffinalizzat mal-pajjiżi tal-Lvant Ċentrali ta' l-Ewropa, li huma kandidati għal sħubija fl-Unjoni, ftehim għal tnaqqis reċiproku fid-dazju fuq numru ta' prodotti agrikoli. S'issa ma jirriżultalix li saret xi talba mill-Federazzjoni ta' l-Industriji f'Malta għal diskussjonijiet dwar dan l-iżvilupp.
Leg 9 PQ #18723 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Eżenzjoni ta' dazju

Question

Peress li l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ġabet fi żvantaġġ kbir l-esportazzjoni minn Malta lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jieħu sabiex l-industrija lokali ma titlifx il-kompetittivita' tagħha meta pparagunata ma' dawn il-pajjiżi applikanti bħal Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18722 waqt is-Seduta ta' llum stess. Rigward il-kompettittivita' ta' intrapriżi f'Malta fil-konfront ta' intrapriżi fil-pajjiżi tal-Lvant Ċentrali ta' l-Ewropa, il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija ċara għall-aħħar. Il-kompettittivita' tagħna nistgħu inħarsuha biss jekk inżommu l-pass ma' dawn il-pajjiżi fit-triq għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea billi anke aħna nsiru membri, jew qabilhom jew għallinqas magħhom.