Jista' l-Ministru jinformani għaliex ix-xogħlijiet fi Triq il-Ġdida, fi Triq il-Ħtajriet il-Mosta, ġew abbandunati matul dawn l-aħħar snin?
Jista' l-Ministru jinformani x'
follow up
saret mid-Dipartiment tat-Toroq matul l-1999 u din is-sena sabiex id-dipartimenti konċernati jwettqu x-xogħlijiet neċessarji?
Jista' jara li x-xogħlijiet jibdew immedjatament peress li ilhom pendenti s-snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jindika l-isem tat-triq biex tkun tista' tiġi dentifikata n-natura tax-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinformani għaliex triq il-ġdida fi Triq il-Ħtajriet, il-Mosta ġiet abbandunata matul dawn l-aħħar snin?
Peress li f'din it-triq hemm bżonn numru ta' xogħlijiet li jinvolvu estensjoni tad-drenaġġ, jista' l-Ministrujara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minħabba li l-'easement' biex nidħlu fi propjeta privata se jiġi ppubblikat f' żmien qasir, ix-xogħol (li għalieh għandna 'tender' lesta) ma setax jibda' qabel. Għalhekk dan ix-xogħol jinbeda malli noħorġu t-'tender' in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jara li jsir studju mill-Awtorita' Marittima dwar kif tista' tkun aktar kontrollata s-sigurta' ta' l-opri tal-baħar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, l-aktar fil-parti tax-Xemxija fejn seħħ l-inċident tal-ħruq totali ta' żewġ opri tal-baħar li setgħu kkawżaw traġedja ferm akbar?
Jista' jikkonsidra li jsir xi forma ta' kumpens lis-sidien ta' dawn l-opri tal-baħar li sofrew telf ta' eluf ta' liri kbar u jinsabu mingħajr xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fuq dan il-każ partikulari għadha għaddejja nkjesta maġisterjali. Fuq ir-riżultat ta` din l-inkjesta l-Awtorita` Maritima tikkunsidra x'passi tista` tieħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti fi Triq Desguenez, San Pawlil-Baħar, fejn hemm ħofra mimlija bl-ilma li qed toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti? Jista' jara li jiġu rranġati l-ħsarat kawżati u jsiru l-manutenzjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm il-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar ipprova jsewwi din il-ħsara, l-ilma li ġej minn taħt qiegħed jagħmilha mpossibli li tkun tista` tissewwa. Il-Kunsill talab lis-Sanita jieħdu kampjuni ta` ilma biex jaraw il-kwalita` u l-provinjenza tiegħu sabiex jippruvaw jeliminawħ, u b'hekk il-ħsara tkun tista` tissewwa b'mod permanenti.
Peress li r-residenti fi Triq Desguanez f'San Pawl il-Baħar ilhom jilmentaw dwar il-ħsarat f'din it-triq u dwar l-inkonvenjent kontinwu li qed jiffaċċjaw kuljum il-familji kollha, jista' l-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni u jirrimedja bil-manutenzjoni meħtieġa?
Jekk fl-affermattiv meta, u fil-fatt x'inhuma l-ħsarat eżistenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi wahda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħh direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu spiżeriji mill-1999 'il hawn? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u f'liema lokalitajiet? X'inhuma l-kriterji stabbiliti għal kulħadd biex tinfetaħ spiżerija ġdida u għaliex uħud qed jingħataw permessi u oħrajn le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mill-1999 'l hawn, inħarġu żewġ liċenzji għal spiżeriji ġodda, waħda minnhom għal-użu veterinarju. Ninforma wkoll li sal-lum hawn 294 applikazzjoni pendenti. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella mehmuża li fiha hemm inqassmin l-applikazzjonijiet skond il-lokalitajiet.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, bħalissa teżisti friża għal-ftuħ ta` spiżeriji ġodda. Madankollu, dan ma jgħoddx jekk:
L-applikazzjoni tkun għal spiżerija li minna jinbiegħu biss mediċinali veterinarji.
Jekk qabel ma bdiet titħaddem il-friża, kien diġa` deċiż li jinħareġ permess, iżda sakemm saret din il-friża, il-permess ikun għadu ma ħariġx minħabba li xogħlijiet pendenti,eċċ.
Jekk ikun hemm deċiżjoni ulterjuri minn awtorita` ġudizzjarja jew awtorita` oħra kompetenti bħalma huma l-Ombudsman u l-Qrati.
Jekk, għal raġunijiet umanitarji, tinħass il-ħtieġa li tinfetaħ spiżerija, bil-patt li:
a. it-talba ssir mill-Kunsill Lokali tal-post fejn jiġu spjegati r-raġunijiet kollha għaliex għandha tinfetaħ spiżerija.
b. ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-imsieħba soċjali kollha u mill-Gvern, u
c. ma jkunx hemm konflitt ma` spiżeriji eżistenti jew applikazzjonijiet preċedenti f'dik il-lokalita` jew 'area' ġdida fl-istess lokalita`.
Tabella: Applikazzjoniet pendenti għal spiżeriji skond il-lokalita`
LOKALITA`
NUMRU
LOKALITA`
NUMRU
Attard
5
Naxxar
6
Balzan
4
Pembroke
6
Birgu
2
Pieta`
1
Birkirkara
18
Qala, Għawdex
1
Birżebbuġa
7
Qormi
10
Bormla
2
Qrendi
3
Dingli
2
Rabat
6
Fgura
7
Raħal Ġdid
5
Fontana, Għawdex
1
Safi
1
Għaxaq
3
San Ġiljan
15
Gudja
1
San Ġwann
11
Gżira
11
San Pawl il-Baħar
20
Ħamrun
6
Santa Luċija
2
Iklin
1
Santa Venera
3
Isla
3
Siġġiewi
6
Kalkara
2
Sliema
17
Luqa
1
Swieqi
5
Marsa
9
Ta` Xbiex
4
Żebbuġ, Għawdex
1
Tarxien
1
Marsascala
8
Valletta
4
Marsaxlokk
4
Victoria, Għawdex
7
Mellieħa
8
Xagħra, Għawdex
3
Mġarr
1
Xgħajra
4
Mosta
6
Munxar, Għawdex
1
Mqabba
1
Żabbar
9
Msida
7
Żebbuġ, Malta
5
Mtarfa
5
Żejtun
6
Nadur, Għawdex
1
Żurrieq
5
Jirriżultalu l-Ministru li hawn kumpannija li qed timporta mediċini meta m'għandhiex u ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti bil-liġi sabiex timporta l-mediċini u tkun salvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku?
Jirriżultalu l-Ministru li din il-kumpannija li m'għandhiex dawn il-kriterji, ħadet
tenders
sabiex tissupplixxi l-mediċini fl-Isptar San Luqa matul l-1999?
X'investigazzjonijiet qed isiru u x'passi se jittieħdu skond il-liġi kontra dan l-abbuż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista' l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kumpanija qed jirreferi?
Jista' l-Ministru jinformani x'investigazzjoni qed jagħmel id-Dipartiment tas-Sajd sabiex ikun jista' jagħmel suġġerimenti/proposti lill-MMA għas-sigurta' aħjar u tal-opri tas-sajjied f'San Pawl il-Baħar, Xemxija fejn kawża ta' nirien li seta' kellu konsegwenzi aktar qerdu totalment oqsma tal-baħar li kienet ilha tiggarantixxi l-għejxien ta' sit sajjieda fulltime għall-aktar minn 30 sena?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jagħti x'kumpens lis-sajjieda sabiex jinvestu mill-ġdid f'xiri ta' l-opra ġdida?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Sajd qed isegwi b'interess dan il-każ. Filwaqt li jesprimi s-solidarjeta kbira ma dawn is-sitt familji, id-Dipartiment qiegħed jara liema jkun l-aħjar mod li permezz tiegħu jista jgħin lill-dawn is-sajjieda. Pero' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li għada għaddejja inkjesta maġisterjali dwar iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Fir-rigward ta' l-inċident li nqala' dan l-aħħar, jirriżultax lill-Ministru li fuq il-Galibardi ma kienx hemm kaptan minħabba nuqqas ta' overtime?
Jekk huwa l-każ, jista' l-Ministru jgħid x'inhija s-sitwazzjoni ta' ħaddiema oħra li għandhom gradi simili u ekwivalenti fil-funzjoni tax-xogħol tagħhom mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
Peress li dan l-inċident seta' kellu perkussjonijiet aktar serji u traġiċi, jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tad-dipartiment sabiex jiġi evitat dan in-nuqqas amministrattiv?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm l-Onorevoli Interpellant m`huwiex qed jindika għal liema inċident qiegħed jirreferi, qiegħed nassumi illi qed issir riferenza għall-inċident li nqala` fit-8 ta` Settembru, 2000 f`San Pawl il-Baħar fejn inħarqu żewġ opri tal-baħar.
Huwa minnu li fuq il-vapur Garibaldi ma jkunx hemm kaptan il-ħin kollu u dan mhux minħabba kwistjonijiet ta` overtime iżda minħabba li dan il-vapur jintuża biss f`emerġenzi li ma humiex daqshekk frekwenti. Fil-Protezzjoni Ċivili hemm kaptan li jkun dejjem stand-by u li jista` jasal fuq il-Garibaldi f`ħin qasir. Minħabba n-natura ristretta tax-xogħol tal-Garibaldi ma jitqiesx li huwa validu li jiġu mpjegati mill-inqas erba` kaptani oħra, speċjalment meta wieħed iqis illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu żewġ laneċ oħra, iżgħar u aktar manuverabbli li jitħaddmu mill-Armata fuq bażi ta`erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Fir-rigward tat-tieni domanda, din ma teħtieġx risposta billi m`huwiex il-każ ta` nuqqas ta` overtime.
Billi jirriżulta li f`dan il-każ ma setatx tiġi mħaddma l-Garibaldi billi kienet tagħmel ħafna iktar ħsara milli ġid fiċ-ċirkostanzi u kien ikun għalhekk illi seta` jkun hemm riperkussjonijiet aktar serji u traġiċi, ma jirriżultax li kien hemm xi nuqqas amministrattiv f`dan l-inċident.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18322 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jinvestiga l-ilmenti li wasluli li l-overtime fil-Maltacom qed jingħata lil ċerti ħaddiema u mhux lill-ħaddiema kollha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li llum kull impjegat tal-Maltacom li jidhirlu li tkun saret xi inġustizzja miegħu fejn jidħol xogħol bis-sahra, għandu l-fakulta' li jressaq l-ilment tiegħu direttament liċ-Chairman tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lmenti dwar irregolaritajiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li tressqu quddiem il-Water Services Corporation u l-Enemalta matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?
Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fiż-żewġ entitajiet li huma responsabbli mir-reviżjoni ta' dawn il-kontijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Wieħed jista' jgħid li matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm il-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ma rċevewx ilmenti dwar irregolaritajiet fil-kontijiet. Pjuttost dawn iż-żewġ Korporazzjonijiet irċevew ilmenti ta' kontestazzjoni dwar konsum għoli, dwar it-tariffi applikati, dwar in-numru ta' persuni ta' każijiet simili.
Min-naħa ta' l-Enemalta, peress li ħafna mill-ilmenti jsiru verbalment, u peress li fil-maġġoranza tal-każi il-konsumatur jingħata spjegazzjoni adegwata dak il-ħin stess u għalhekk il-każ jingħalaq, ma tinżammx statistika.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma żżomm statistika ta' l-ilmenti li jsiru fl-uffiċċju tal-Belt Valletta biss. Din l-istatistika bdiet tinżamm mill-1997 'l hawn. In-numru ta' ilmenti sena b'sena minn dakinhar sa llum kien dan
1997 14,709
1998 9,803
1999 4,847
2000 (sat-30 ta' Lulju) 6,412
Ta' min jinnota li matul is-sena kurrenti, s'issa ħarġu kontijiet ta' erba' ċikli.
Ir-reviżjoni tal-kontijiet issir minn uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala parti mix-xogħol ta' account keeping u ma ssirx minn ħaddiema li jaħdmu fuq reviżjoni biss. Hemm tlieta u għoxrin accounts keepers jaħdmu mal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti f'ċifra ta' flus li suppost daħħlet il-Water Services Corporation abbażi tal-kontijiet li ħarġet matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?
Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra għal kull sena separatament li ma tħallsitx lill-Water Services Corporation kawża ta' problemi jew ilmenti li tressqu dwar reviżjoni tal-kontijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet it-tariffa għall-applikazzjoni tas-servizz ġdid ta' l-arloġġ ta' l-ilma li talbet il-Water Services Corporation liċ-ċittadini u negozjanti għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? Kemm fil-fatt hija llum din it-tariffa għas-servizz ġdid ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
1995 Lm4-il metru għall-kontribuzzjoni tal-faċċata
Lm 3.50 kull siegħa għal kull ħaddiem
L-ispejjeż tal-materjal użat (pajpijiet, fittings u tarmak)
1996 sa Novembru 1997 Lm4-il metru għall-kontribuzzjoni tal-faċċata
Medja ta' Lm7.76c kull metru għat-tħaffir u reinstatement
Lm2.30c kull metru għall-plumbing
Minn Novembru 1997 sa llum Standard charge ta' Lm70 għal dar sa tul ta' servizz ta' 7 metri
Standard charge ta' Lm35 għal flat sa tul ta' servizz ta' 7 metri
Lm10 il-metru għal tul iżjed minn 7 metri.
B'riferenza għal konvenji li saru bejn ir-residenti ta' Għar Barka u l-Awtorita' tad-Djar u l-fatt li l-akkwist ta' l-art irid jiġi finalizzat bejn id-dipartiment ta' l-artijiet u l-awtoritajiet eklesjastiċi, jista' l-Ministru jinfurmani x'sar mid-dipartiment ta' l-artijiet matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn urġenti ta' dawn il-180 familja li jgħixu fir-Rabat, Malta?
Ma jħossx il-Ministru li wasal il-mument fejn bla aktar telf ta' żmien jintlaħqu l-arranġamenti fuq l-imsemmija konvenji li saru fis-snin '80?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin sar ħafna xogħol fuq l-akkwisti ta` l-artijiet in kwistjoni li flimkien jiffurmaw il-Housing Estate ta` Għar Barka, Rabat, Malta. Ix-xogħol wasal fl-aħħar stadju, fejn wara li l-Knisja tibgħat l-informazzjoni neċessarja sabiex l-Uffiċċju Konġunt ikun jista` jirreġistra l-artijiet imsemmija fir-Reġistru ta` l-Artijiet skond kif rikjest mill-Liġi, ikun jista` jsir l-akkwist ta` l-art mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jinformana meta s-servizz tal-karozzi tal-linja fir-Rabat se jkun estiż għal Għar Barka wkoll?
Kemm ilha pendenti din it-talba u għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu sabiex jiġi approvat dan il-bżonn tar-residenti ta' Għar Barka?
Ma jħossx il-Ministru li r-residenti, bir raġun kollu, jinsabu rrabjati u għaldaqstant jista' jara li xi ħadd responsabbli jieħu dan il-każ f'idejh ħalli dan il-bżonn jiġi rimedjat mill-aktar fis possibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara diskussjoni mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja, ġie miftiehem li appena jitlesta xogħol ta` road patching mitlub, jibda` jingħata servizz kull siegħa għal Għar Barka.
Jista' l-Ministru jinformani kemm kien hemm aċċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija li seħħew fil-parti ta' quddiem Wied Inċita f'Attard matul il-perjodu li bdew u għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet fl-inħawi? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-25 ta` Lulju 2000, fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija kellha rapport ta` inċident wieħed li seħħ nhar it-23 ta` Ġunju 2000, meta xufier żamm il-brake u biex jevita li jaħbat ma ta` quddiemu ġibed għal ġenb, laqat mal-barrikata u l-vettura spiċċat fil-kandott. Ma kienx hemm passi x`jittieħdu peress li fejn qiegħed isir dan ix-xogħol hemm l-irpar meħtieġ.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont numru 940708570 li jammonta għal Lm511 għal konsum ta' dawl u ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-konsum tad-dawl tal-kont li għalih qed issir riferenza, għall-perjodu bejn is-27 ta' Novembru, 1997 u s-6 ta' Settembru, 1999, kien qed jiġi ikkalkulat fuq stima. Peress li kien inbidel l-arloġġ, il-qari għat-tnejn u għoxrin xahar imsemmija ġie rivedut u l-kont żdied b'Lm400.45c.
L-aħħar kont li ħareġ fuq l-arloġġ it-tajjeb għall-perjodu bejn is-6 ta' Settembru 1999 u l-20 ta' Jannar 2000 ammonta għal Lm11 ilma (Lm12.23 u tnaqqas Lm1.23 rebate) u Lm100.25 dawl (Lm105.80 u tnaqqas Lm5.55 rebate).
B'hekk l-ammont dovut sar Lm511.70c.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 17314 dwar il-kont preċedenti No. 900 247 100?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li f'Jannar tal-1997 inħareġ kont li jkopri kunsum ta' 550m3 għall-perjodu bejn Frar 1994 u Ġunju 1996. Dan kien jammonta għal Lm406.49c. Dan il-kont kien ikopri 131 ġurnata u għaldaqstant is-sussidju kollu għall-perjodu ta' konsum bejn Frar 1994 u Ġunju 1996 ma ingħatax.
Dan sar peress li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet qed toħroġ kontijiet li jkopru l-kera biss. Il-konsum għal 131 ġurnata ġie inkluż fil-kont li kien hemm pendenti. Wara saret reviżjoni u s-sussidju ta' Lm46.75c li jkopri l-perjodu msemmi ġie mnaqqas.
Wara li saru ilmenti, il-meter il-qadim ġie eżaminat u nstab li kien tajjeb. Madanakollu l-meter xorta waħda ġie mibdul. Minkejja dan, l-Advisory Board tal-Korporazzjoni qed jinvestiga l-każ.