Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19573 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Waste Management

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma b'riferenza għal dak li qal fis-seduta 369 waqt il-question time ċioe' li mhux vera li fl-Olanda r-raħħala tal-baqar irid ikollhom aktar minn ettaru raba' (9 itmien raba') sabiex ikollhom permess li jkollhom l-baqar abbażi tar-regoli tal-waste management fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-densita' ta' bhejjem, per eżempju, tal-majjal għal kull ettaru raba' biex ikunu salvagwardjati r-regolamenti ta' l-UE dwar il-waste management?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien nikkonferma dak kollu li għidt. Nitlob li l-Onor. Interpellant jindirizza l-parti tad-domanda tiegħu dwar ir-regolamenti tal-waste management jiġifieri, t-tieni paragrafu, lill-Ministeru responsabbli mill-waste management.
Leg 9 PQ #19235 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Ħaddiema tal-bowsers

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien il-ħlas tal-overtime għall-ħaddiema tal-bowsers mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sena b'sena matul dawn l-aħħar erba' snin ċioe': 1997, 1998 u 1999 inkluż din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħlas tal-overtime għall-ħaddiema tal-bowsers mad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura matul dawn l-aħħar erba’ snin kien hekk:- 1997 Lm9,325.00,0 1998 Lm2,359.15,0 1999 Lm1,665.00,0 2000 (s' Awissu) Lm2,512.50,0
Leg 9 PQ #19236 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ambaxxatur Eġizjan

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' l-Ambaxxatur Eġizjan li tqanqlu riċentement fuq ġurnali lokali bl-Ingliż dwar arroganza u razziżmu fil-konfront taċ-ċittadini Eġizjani fl-ajruport internazzjonali ta' Ħal-Luqa mill-pulizija? X'miżuri se jieħu l-ministeru u l-gvern sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni fejn filwaqt li l-gvern qed jgħid li kollox miexi sewwa, jindika li l-awtoritajiet ta' l-istat Eġizjan huma diżappuntati għall-mod kif qed jiġu trattati l-passaġġieri Eġizjani fl-ajruport ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Pulizija taw ir-reazzjoni tagħhom pubblikament fis-16 ta` Settembru għal dak li ġie rappurtat li qal diplomatiku akreditat Malta f`waħda mill-gazzetti lokali fil-15 ta` Settembru. Meta jkolli rapporti ta` din ix-xorta jien dejjem nitlob rapport mill-awtoritajiet konċernati li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi biex nassigura ruħi li ma jkunx hemm każi ta` diskriminazzjoni, kemm fejn jirrigwarda Maltin kif ukoll barranin. Ma jirriżultalix s`issa li qatt kien hemm xi forma ta` razzismu jew diskriminazzjoni intenzjonati min-naħa tal-Pulizija kif qed jiġi allegat. F`dan il-kuntest jien ninsab assigurat ukoll mill-awtoritajiet tal-Pulizija li huma bl-ebda mod ma jiddistingwu bejn nazzjonalita` jew oħra, u li dawk il-kontrolli li jagħmlu, u li ilhom jagħmlu minn żmien twil, jagħmluhom biss biex kemm jista` jkun tiġi kkontrollata l-immigrazzjoni illegali f`pajjiżna. Din hija kwistjoni diffiċli u delikata li tista` kull tant tqajjem suspett mhux ġustifikat ta` diskriminazzjoni.
Leg 9 PQ #19237 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien il-ħlas totali tal-overtime li tħallas lill-ħaddiema li ħadmu fil-packing u grading station ta' l-esportazzjoni tal-patata mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u dak li tħallas mill-ispejjeż ta' l-esportazzjoni matul l-1996, 1997, 1998 u 1999 u din is-sena separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħlas totali tal-overtime li tħallas lill-ħaddiema li ħadmu fil-packing u grading station ta’ l-esportazzjoni tal-patata mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura kien hekk:- 1996 - Lm4,303.57,0 1997 - Lm8,073.52,5 1998 - Lm5,410.74,0 1999 - Lm7,852.23,0 2000 - Lm9,257.12,0
Leg 9 PQ #19238 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi u Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' snieter u oġġetti li ġew elevati minn fuq il-kaċċaturi u nassaba mill-pulizija matul din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-22 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ġabret 197 senter mingħand kaċċaturi u nassaba, flimkien ma` għadd ta` skrataċċ, 7 xbieki, 5 bird callers, 5 cassettes, kif ukoll dinghy.
Leg 9 PQ #19239 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ajruport — Persuni Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena l-oħra u din is-sena ma tħallewx jidħlu Malta meta waslu fl-ajruport internazzjonali ta' Malta? Kemm minnhom huma Għarab, Afrikani, Ewropej u kemm minnhom kienu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar persuni li ma tħallewx jidħlu Malta meta waslu fl-ajruport Internazzjonali ta` Malta huwa kif ġej : Pajjiż 1999 2000* Għarab 1,329 1,504 Afrikani 101 51 Ewropa 133 117 Unjoni Ewropea 32 24 Oħrajn 156 74 Total 1,751 1,770 * Sal-31 ta` Awissu.
Leg 9 PQ #19494 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ambaxxata Eġizjana

Question

B'riferenza għad-diskussjonijiet ta' koperazzjoni li kienu bdew taħt l-amministrazzjoni preċedenti bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-Ambaxxata Eġizjana f'Malta sabiex ikun hemm ħidma ta' koperazzjoni regolari fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn iż-żewġ pajjiżi, jista' l-Ministru jinformani fl-iżviluppi li saru għal dan il-għan mill-amministrazzjoni attwali u mill-ambaxxata Eġizjana f'Malta u/jew mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura Eġizjan mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Aktar kmieni din is-sena kien propost lill-Awtoritajiet Eġiżżjani biex issir laqgħa f'Malta bejn esperti taż-żewġ naħat għan-nofs Ottubru, 2000. L-Awtoritajiet Eġiżżjani ressqu Draft Agenda u pproponew laqgħa fil-Kajr f'Settembru/Ottubru, 2000. Il-Ministeru tiegħi qiegħed fil-proċess biex, permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, iressaq xi suġġerimenti dwar id-Draft Agenda u proposti dwar l-aħjar żmien meta delegazzjoni Maltija tkun tista tmur il-Kajr.
Leg 9 PQ #19229 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mdina — Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' residenti fl-Imdina li għandhom permess għall-aċċess ta' parking? Kemm huwa n-numru ta' permessi tal-parking u tad-dħul ta' vetturi li tat il-pulizija illum fl-Imdina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma toħroġx permessi għal parkeġġ ta` vetturi ġewwa l-Imdina. Ir-Regolamenti ta` l-1988 dwar Restrizzjoni ta` dħul u passaġġ fl-Imdina ma japplikax għal vetturi liċenzjati f`isem residenti ta` l-Imdina. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi hemm 160 vettura li għandhom permess mill-Pulizija sabiex jidħlu ġewwa l-Imdina.
Leg 9 PQ #19230 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-policy ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq talbiet għall-estensjonijiet jew twessieħ ta' bini fl-Imdina nkluż il-bini storiku? Kemm ingħataw permessi għall-estensjonijiet u twessieħ ta' bibien, eċċ., fuq il-faċċata tal-bini matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, u kemm-il talba ġiet irrifjutata matul l-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Il-policies eżistenti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq dawn it-tip ta` talbiet huma dawk indikati fil-Pjan ta` Struttura, u dawk aktar speċifiċi fid-Design Guidance - Development Control within Urban Conservation Areas, Part A. Ta` min wieħed isemmi ukoll l-attenzjoni li tingħata sabiex jiġi kkonservat l-iskyline ta` l-Imdina fir-rigward ta` żvilupp wieqaf. Kull applikazzjoni hija evaluata fuq il-merti tagħha partikolari, skond il-grad ta` skedar, u skond dak li jirriżulta mill-konsultazzjoni mal-Heritage Advisory Committee. Il-lista ta` permessi mitluba qed tiġi annessa ma` din ir-risposta. Jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jinnota li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ta` din ix-xorta li ġiet rifjutata matul dan il-perjodu.
Leg 9 PQ #19231 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Majjal — Miżuri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ġodda qed jiġu proposti lill-produtturi tal-majjal sabiex dawn jaġġornaw u jinvestu fl-immodernizzar ta' l-irziezet tagħhom? Kemm huwa kkalkolat li se jiswa dan l-investiment għal kull produttur u minn se jkun responsabbli għall-ispejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta, bħal kull pajjiż ieħor żviluppat trid taddatta sistemi li jipproteġu s-saħħa tal-konsumatur - is-sistema ta' Stable to Table. Fil-fatt huma ħafna dawk il-produtturi li diġa nvestew f'makkinarju u strutturi biex jilħqu dan il-għan. Mhux talli hekk, talli l-konsumatur qiegħed jitlob li l-annimali tal-produzzjoni għandhom jiġu protetti minn kull moħqrija u din ix-xewqa ser tkun koperta taħt il-liġi l-ġdida ta' l-Animal Welfare.
Leg 9 PQ #19232 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Ħalib — Miżuri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ġodda ta' żvilupp qed jiġu rrakkomandati lill-produtturi tal-ħalib frisk fil-mument? Kemm se jiswew lir-raħħala dawn it-tibdiliet għal modernizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-merħla u minn irid jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta, bħal kull pajjiż ieħor żviluppat trid taddatta sistemi li jipprotegu s-saħħa tal-konsumatur - is-sistema ta' Stable to Table. Fil-fatt huma ħafna dawk il-produtturi li diġa nvestew f'makkinarju u strutturi biex jilħqu dan il-għan. Mhux talli hekk, talli l-konsumatur qiegħed jitlob li l-annimali tal-produzzjoni għandhom jiġu protetti minn kull moħqrija u din ix-xewqa ser tkun koperta taħt il-ligi l-ġdida ta' l-Animal Welfare.
Leg 9 PQ #19233 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħħala/produtturi tal-ħalib

Question

B'riferenza għall-ilment tar-raħħala produtturi tal-ħalib fejn uħud minnhom ilmentaw li mhux isibu tobba veterinarji sabiex jassistu l-bhejjem tagħhom, jista' l-Ministru jinformani x'inhija l-pożizzjoni llum u x'ikkawża dan il-preċedent fost uħud mir-raħħala?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jaf hu, il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib ila għal hafna snin li ħadet b'obbligu li tforni servizz veterinarju b'xejn lir-raħħala. Imbarra dan is-servizz, hemm veterinarji privati li jwettqu l-professjoni tagħhom fil-kamp tal-annimali tal-ħalib.
Leg 9 PQ #19234 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Ħaxix/frott

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-varjetajiet ta' ħxejjex u frott ġdid li daħlu l-Pitkalija matul 1999 u 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi matul is-sena 1999 ġew irreġistrati taħt Ħaxix tlett prodotti ġodda. Dawn kienu Lemon Grass, Chives u Radicchio. Ġie rreġistrat ukoll taħt il-kategorija Oħrajn Ġulepp tal-Ħarrub. Din is-sena sas-26 ta' Settembru 2000 ġew irreġistrati żewġ kwalitajiet ta' frott frisk li huma Raspberries u Żinżell.
Leg 9 PQ #19223 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Koperattiva tat-Tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tat-Tjur, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19224 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Koperattiva tal-Produtturi tal-Bajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Bajd, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19225 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Industrijalisti ta' l-Imbid Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat ma' l-industrijalisti ta' l-Imbid lokali, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19226 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Sidien tar-Ristoranti u Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mas-sidien tar-ristoranti u lukandi, kif jidher fl-NPAA, ta' l- avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19227 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Vjal il-Ħaddiem

Question

Jista' d-dipartiment jgħid x'qed jikkawża l-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Malta? Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjent tar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mir-riżultat tas-survey li sar permezz tac-CCTV fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, ma irrużulta li hemm l-ebda ħsara fis-sistema tad-dranaġġ. Ta' min isemmi illi l-iżbroff ta' dranaġġ li seħħ xi ftit ta' ġranet ilu sar minħabba blockage u mhux għax hemm xi ħsarat.
Leg 9 PQ #19228 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Wirt Rurali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema siti ta' wirt rurali abbandunati saru xogħlijiet ta' tindif u/jew restawr koordinat bejn id-dipartiment tal-mużew, il-kunsilli lokali u/jew xi entitajiet volontarji matul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan it-tip ta' xogħol ġeneralment ma jaqax fl-aġenda tad-Dipartiment, għalkemm dan dejjem lest li jilqa' talbiet għal konsultazzjoni ma' entitajiet differenti.
Leg 9 PQ #19064 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Xemxija — Opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk hux qed issir investigazzjoni dipartimentali għar-rigward ta' l-inċident tal-ħruġ taż-żewġ opri tal-baħar, f'San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija fejn seta' kellu inċident aktar gravi? X'kienu r-raġunijiet li ma kienx hemm kaptan fuqil-Galibardi sabiex jassisti mill-ewwel fuq l-inċident li kkawża nirien kbar fuq l-opri tal-baħar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19062 f`Seduta 378.