Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xemxija — Triq il-Pre-Istorja

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata temporanjament l-istat tat-Triq il-Pre-Istorja, Xemxija sabiex ir-residdenti ma jkomplux ikissru l-karozzi tagħhom? Jista' ġentilment jara li sakemm isiru x-xogħlijiet ta' l-estensjoni tad-drenaġġ id-Dipartiment tat-Toroq jpoġġi ftit konkos biex inaqqas ftit mill-inkonvenjent kawżat tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jispezzjonaw il-lokalita', u fiċ-ċirkustanzi li s-servizzi għadhom mhux imqegħda naraw x'inhu l-aħjar isir.
Leg 9 PQ #19653 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward Male 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Ward Male 8 ta' l-Isptar Monte Carmeli ġew aċċettati u mħallsa 11-il arm chair second hand għal prezz ta' 11-il arm chair ġdid? Jista' jinvestiga dan il-każ immedjatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-allegazjoni li qed jagħmel l-Onor. Interpellant ġiet investigata mill-Awditur u rriżulta li ħdax il-armchair li ntbagħtu fil-Male Ward 8 kienu ilhom fuq l-inventarju ta` dan l-isptar għal xi żmien u għalhekk ma kienux ġodda. Ma tħallset ebda somma flus biex dawn l-armchairs setgħu jiġu trasferiti lejn il-Ward 8.
Leg 9 PQ #19671 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinformani fiex waslet it-talba li għamel riċentement student sabiex jingħata l-għajnuna mid-dipartiment, ħalli fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri jitħarreġ u jesperjenza tkabbir ta' produzzjoni agrikola organika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għat-talba li saret mill-Maltese-Thuringian-Association for Rural Youth Co-operation fuq letter head ta' din l-għaqda li ġġib bħala 'c/o address' dak tal-istess Onorevoli Interpellant. Kif naħseb qalu lilu, l-espert tekniku ta' dan il-Ministeru jiċċertifika li s-serer tal-Għammieri ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tat-tkabbir ta' prodotti b'mod organiku. Għalhekk it-talba tal-MTARYC ma tistax tiġi milquha.
Leg 9 PQ #19584 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtagħleb — Fdalijiet ta' l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ta' l-ambjent inaddaf il-fdalijiet ta' l-iskart li nħolqu fl-inħawi ta' l-Imtaħleb madwar it-triq ta' l-irdum ta' barra? Jista' d-dipartiment ta' l-ambjent ġentilment jikkonsidra l-bżonn li jsiru strips ħalli jkun jista' jitnaqqas il-vandaliżmu ta' dumping ta' materjal fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru ghall-Ambjent qiegħed inaddaf bosta postijiet fejn qegħdin jintremew il-fdalijiet ta l-iskart. Ser isir sforz biex isir ukoll it-tindif tat-triq ta' madwar l-irdum ta' barra, gewwa l-Intaħleb. Jista' forsi l-Onor. Interpellant jiċċara xi jfisser bi strips ħalli jkun jista jitnaqqas il-vandaliżmu ta' dumping. Jekk fil-każ li jrid ifisser skips - dawn issiru fuq inizjativa tal-Kunsil Lokali koncernat.
Leg 9 PQ #19616 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformani bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 18775?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li dan ix-xogħol kien isir kollu manwali, l-informazzjoni hija diffiċli ferm sabiex tinġabar korrettament.
Leg 9 PQ #19638 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-IPSE (Institute for the promotion of small and medium size enterprize)? Jista' jgħid x'inhu l-grad ta' kull impjegat/impjegata? Jista' jgħid x'inhi r-rimunerazzjoni taċ-chairman u taċ-chief executive officer? Jista' jgħid xi fringe benefits għandhom? Jista' jgħid meta jagħlaq il-kuntratt taċ-chief executive officer?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent l-I.P.S.E. għandha għoxrin impjegati imqassmin f'dawn il-gradi: Chief Executive wieħed, tmien managers, seba' executives u erbgħa skrivani. Il-kariga ta' Chairman (non-executive) m'għandha l-ebda remunerazzjoni jew 'fringe benefits' oħra marbuta magħha. Iċ-Chief Executive Officer jirċievi remunerazzjoni ta' Lm20,144 u għandu benefiċċju ta' l-użu ta' karozza tal-kumpanija. Il-kuntratt ta' dan l-uffiċjal għandu validita' ta' tlitt snin b'seħħ mit-3ċ ta' Lulju, 1998.
Leg 9 PQ #19646 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet

Question

Jekk bidwi part-time jew fulltime ikollu erba' biċċiet raba' f'qatgħat differenti, per eżempju, biċċa fil-Baħrija, oħra fl-Imtaħleb imma kollha jkunu taħt il-konfini tar-Rabat, dawn xorta jridu jissottomettu żewġ applikazzjonijiet biex japplikaw għall-iskema ġdida tal-qbila tar-raba'?

Response (BORG, TONIO)

L-iskema tal-Qbiela tispeċifika li f`każ ta` bċejjeċ ta` art li ma jkunux imissu ma` xulxin u li ma jkunux jikkostitwixxu qatgħa waħda, tkun trid issir applikazzjoni separata għal kull waħda mill-bċejjeċ ta` art. Qed isiru diskussjonijiet mal-assoċjazzjoni tal-Bdiewa sabiex fil-każijiet ta` dawk li volontarjament japplikaw taħt l-Iskema - minkejja li għandhom titolu ta` qbiela - din ir-regola tiġi liberalizzata xi ftit.
Leg 9 PQ #19647 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-bdiewa fulltime u part-time li għalqilhom iċ-ċens tagħhom u mhux jiġi aċċettat mis-sidien il-ġodda li qed jaħdmu r-raba' in kwestjoni illum, dawn ukoll huma suġġett għall-applikazzjoni ġdida tal-qbil tar-raba'? Jekk iva, x'inhuma r-raġunijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ li ċ-ċens għalaq u l-bidwi m`għandux titolu fuq l-għalqa dan ma għandux triq oħra għajr li japplika fl-iskema tal-qbiela. Ir-raġuni hi li l-iskema hija intiża sabiex il-Gvern jirregolarizza l-pożizzjoni tal-bdiewa li qegħdin fil-fatt jaħdmu r-raba`, iżda teknikament huma bla titolu. Peress li d-domanda tirreferi għal "sidien il-ġodda', infakkar lill-Onor. Interpellant li din l-Iskema tapplika biss fejn il-Gvern hu s-sid tal-art.
Leg 9 PQ #19648 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18867 dwar sahra fil-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn eżerċizzju għall-perjodu Jannar-Settembru ta' din is-sena li għamlet il-Maltacom, jirriżulta li ebda impjegat tagħhom ma għamel sahra matul xahar wieħed li tammonta għal aktar minn elf lira.
Leg 9 PQ #19574 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-perijodu ta' ġimgħat li fejn, kif tgħid it-tweġiba tiegħu numru 18709, jirriżulta li kien hemm inqas piż u inqas irjus fil-qatla tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella segwenti : IL-QATLA FIS-SENA 2000 MALTA GOZO P/T SLAUGHT. QTY. WT/KGS. QTY. WT/KGS. QTY. WT/KGS. April 7,037 550,105 341 28,025 1,919 165,749 Mejju 8,047 632,864 629 51,283 2,031 169,154 Ġunju 7,687 592,597 379 30,844 1,563 127,940 Lulju 5,777 441,688 553 44,761 1,325 106,934 Awwissu 8,846 688,439 369 28,948 1,281 104,855 Settembru 7,352 569,925 359 30,669 1,615 129,635 TOTALI QTY. WT/KGS. AVG/WT. April 9,297 743,879 80.0 Mejju 10,707 853,301 79.7 Ġunju 9,629 751,381 78.0 Lulju 7,655 593,383 77.5 Awwissu 10,496 822,242 78.3 Settembru 9,326 730,229 78.3
Leg 9 PQ #19575 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mportat majjal u x'tip ta' majjal ġie mportat matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-importazzjoni tal-majjal matul is-sena 2000 (sa l-aħħar ta' Settembru) kienet ta' 288 tunellata li tinkludi wkoll spare ribs li jiġu mpurtati regolarment sena wara sena.
Leg 9 PQ #19576 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Deroga mal-Fillandja

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-deroga li huwa rrifera għaliha f'Seduta Nru. 369, ċioe' id-deroga li l-UE għamlet mal-Fillandja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Commission Regulation (EC) No 280/98 li deher fl-Official Journal of the European Communities (OJEC) ta' l-4 ta' Frar 1998.
Leg 9 PQ #19578 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib — Fat contents

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma b'riferenza għal dak li qal f'Seduta Nru. 369,ċioe' li d-deroga li l-UE tat lill-Fillandja u lis-Svizzera, saru għaliex dawn il-pajjiżi għandhom livell ta' fat content inqas, minn dak li huwa stabbilit fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-fat content tal-ħalib illum f'dawn il-pajjiżi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19576.
Leg 9 PQ #19579 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI — Esenzjoni tad-Dazju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18722 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet mill-koperattiva tat-tjur, majjal u tal-prodotti magħmula mill-ħalib u/jew xi kumpanniji privati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultalix li f'dan il-Ministeru waslet xi talba biex isiru diskussjonijiet dwar is-suġġett speċifiku li jidher li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #19583 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Waste Management

Question

B'riferenza għal dak li qal fis-Seduta Nru. 369 ċioe' li abbażi tar-regoli tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tordna li għal kull baqra jrid ikun hemm 3 tomniet raba' sabiex jiġi utilizzat b'mod environment friendly id-demel naturali li jipproduċi l-istess baqar, jista' l-Ministru jgħid liema regola ta' l-Unjoni Ewropea tinsab f'din il-policy?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li diġa tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19573.
Leg 9 PQ #19496 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kont

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat l-iżball li fih dan il-kont li qed jintbagħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18834 waqt is-Seduta numru 376 tal-Gimgħa 29 ta' Settembru 2000 liema mistoqsija kienet tittratta l-istess kont.
Leg 9 PQ #19502 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Buġibba — Klabb tal-Boċċi

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'sar mid-dipartiment ta' l-isports mill-5 ta' Settembru '98 'l hawn sabiex il-klabb tal-boċċi ta' Buġibba jkollu t-titolu meħtieġ biex jissodisfa l-applikazzjonijiet li jrid jissottometti għall-embellishment tal-klabb ħalli jkun jista' jtejjeb il-faċilitajiet għall-membri u għall-pubbliku in ġenerali li jkun isegwi dan l-isport f'Buġibba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li la d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u lanqas il-Kunsill Malti għall-iSport ma qatt irċevew talba mill-Klabb tal-Boċċi Buġibba sabiex il-faċilita` sportiva li jokkupaw tiġi mgħoddija lilhom b'titlu.
Leg 9 PQ #19505 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Titolu għall-Premises

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'inhija l-policy tad-dipartiment ta' l-isport sabiex jgħin lill-clubs tal-boċċi jkollhom titolu uffiċjali għall-premises li għandhom u/jew qed jużaw illum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara li l-klabb ikun talab bil-miktub li jingħata titlu fuq il-faċilita sportiva li jkun qed jokkupa, din it-talba tiġi mistħarrġa mill-Kunsill Malti għall-iSports. dan il-kunsill jistħarreġ xi pjanijiet ikollu l-istess klabb dwar l-iżvilupp tal-faċilita filwaqt li jistħarreġ il-qagħda ta' l-istess klabb sabiex jiġi żgurat li l-faċilita tgħaddi f'idejn entita serja li jkollha l-mezzi neċessarji sabiex din il-faċilita tibqa' tintuża għall-iskop oriġinali tagħha, mingħajr ma jkun hemm bżonn ta' għajnuna mid-Dipartiment. Intalbu wkoll l-opinjonijiet ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment ta' l-Artijiet u jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet, dawn il-faċilitajiet jgħaddu għand l-għaqda li tkun ilha tmexxihom. Din il-policy diġa' qegħda titħaddem u fir-riżoluzzjoni numru 339 ta' Lulju 2000 għaddew ħdax il-pitch tal-boċċi lill-għaqdiet li jmexxuhom. Dawn kienu Birżebbugia Boċċi Club, Lija Boċċi Club, Paola Wolves Boċċi Club, Senglea Boċċi Club, Paola Boċċi Club, St. Peter Boċċi Club Zabbar, Paola Tarxien Boċċi Club, Zebbug Boċċi Club, Zejtun Boċċi Club, Zabbar Boċċi Club u Guy Boċċi Club.
Leg 9 PQ #19506 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Buġibba — Klabb tal-Boċċi

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-klabb tal-boċċi ta' Buġibba? Jista' l-Ministru jinformani meta se jkun possibbli li dan il-klabb attiv ħafna f'Buġibba jingħata l-appoġġ u l-awtorita' li jkun jista' jiżviluppa aħjar l-premises tiegħu? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiltaqa' mal-kumitat attwali sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni tat-titolu tal-klabb? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BORG, TONIO)

Ħafna mill-klabbs tal-boċċi f`Malta, inkluż dak ta` Buġibba, fl-1991 kienu għaddew għand il-Ministeru tal-Edukazzjoni li mbagħad għaddihom lill-Klabbs konċernati taħt ‘management agreement’. Pero` it-titlu għall-proprjeta` baqa`jsejjaħ lill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Illum il-Gvern għandu policy li, bis-saħħa ta` Riżoluzzjoni Speċjali tal-Parlament, jagħti titlu fuq proprjeta` tiegħu lill-Għaqdiet Sportivi. Fil-fatt numru konsiderovoli ta` Għaqdiet Sportivi diġa` gawdew minn din il-policy tal-Gvern. Il-prattika biex dan isir hija li Għaqda Sportiva li tkun interessata li takkwista titolu fuq proprjeta` tal-Gvern l-ewwel tagħmel talba formali lill-Kunsill Malti għall-Isports fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, li mbagħad jikkordina mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern dwar il-possibilita` li l-Għaqda tingħata titlu fuq il-proprjeta` in kwistjoni. Eventwalment tgħaddi Riżoluzzjoni tal-Parlament biex it-trasferiment ikun jista` jsir. Ninsab infurmat li sal-lum ma jidhirx li l-Klabb tal-Boċċi Buġibba għamel xi talba biex jingħatalu titolu fuq l-art. Dwar il-possibilita` li l-proprjeta` tiġi żviluppata aħjar din hija kwistjoni li taqa` taħt il-liġi dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp u jekk jingħatax permess għall-iżvilupp jew le hija prerogattiva ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Qabel ma` l-Kumitat tal-Klabb tal-Boċċi Buġibba jiltaqa` mal-Ministru ikun għaqli li l-ewwel issir it-talba formali sabiex il-Klabb jingħata titolu fuq l-art.

Rabat — Venda tal-Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi fuq il-mistoqsija parlamentari numru 18363 dwar il-venda tar-Rabat u ċioe' l-arranġamenti ġodda li ġew fis-seħħ fit-18 ta' Settembru, 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba diskussjonijiet li baqgħu sejrin dwar din il-kwistjoni, id-data li fiha kellhom jiġu fis-seħħ l-arranġamenti ġodda ġiet posposta għal 25 ta` Settembru 2000 f'liema data bdew iseħħu dawn l-arranġamenti. L-iskeda mit-Tnejn sa s-Sibt sa d-9:30 ta' filgħodu baqgħet kif kien fil-passat, jiġifieri topera minn Triq Santa Rita. L-arranġamenti tal-Ħadd baqgħu fis-seħħ kif kienu (mis-Saqqajja). Mill-25 ta` Settembru 2000 mill-10:00 ta' filgħodu sa t-8:00 ta` filgħaxija jkun hemm tluq mill-venda ġo Triq Santa Rita kull siegħa 'fis-siegħa', bin-numru tar-rotta 80. Barra minn hekk, mill-venda ta' Santa Rita, bejn l-10:15 ta` filgħodu sa s-7:15 ta` filgħaxija jkun hemm tluq ieħor li qabel imur il-Belt jgħaddi mill-Imtarfa. Dan is-servizz ikun kull siegħa matul il-ħinijiet imsemmija hawn fuq (10:15am - 7:15pm). It-toroq li minnhom ser jgħaddu ix-xarabanks biex jaslu ġol-venda ta` Santa Rita, wara li jgħaddu minn Vjal il-Haddiem, huma Triq Bir ir-Riebu u Triq Emanuel Vitale, fejn tasal ġol-venda ta` Santa Rita. Dawn l-arraġamenti jinkludu wkoll id-deċiżjoni ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku li jindikaw li fir-Rabat hemm żewġ vened, dik ta` Triq Santa Rita bil-post għal żewġ xarabanks waqt li dik tas-Saqqajja bil-post għal erba' xarabanks.