Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba tat-Torball Blind Association sabiex jingħataw il-bini fl-Imtarfa, li talbu sabiex jiżviluppaw ċentru nazzjonali għal persuni għomja f'pajjiżna?
Jista' jikkonsidra li jerġa' jiltaqa' mal-kumitat sabiex tiġi ffinalizzata din it-talba li qed toħnoq ħidmiet l-assoċjazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9641 ta' l-1 ta' Novembru, 1999, f'Seduta Nru. 168.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet fit-toroq tal-Mosta sabiex jiġu rranġati aħjar uħud mit-toroq zdinagati li hemm fil-Mosta?
Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa f'ċertu toroq bħal culverts ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kbira, il-Mosta?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet li se jsiru fil-lokal tal-Mosta matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 18167.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet fit-toroq tal-Baħrija sabiex jiġu rranġati aħjar uħud mit-toroq zdinagati li hemm fil-Baħrija?
Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa f'ċertu toroq bħalma huma culverts ta' l-ilma tax-xita, u jara li jsiru aktar fis?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet li se jsiru fil-Baħrija matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 17390, u x-xogħol f'dawn it-toroq irid jitwettaq skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet fit-toroq tar-Rabat sabiex jiġu rranġati aħjar uħud mit-toroq zdinagati li hemm fir-Rabat?
Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa f'ċertu toroq bħal fil-każ ta' tkomplija tax-xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet li se jsiru fil-lokal tar-Rabat matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19687.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2000 kien hemm tliet (3 każi ta’ serq li ġew irrapportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni. L-ebda każ minnhom ma kien jinvolvi valur ta’ iżjed minn Lm500.
Fil-fatt, il-valur kien ta’ Lm90, Lm150 u Lm200.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn 1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kein hemm 33 każ ta' serq li ġew irrapportati lill-Pulizija għall-investigazzjon. Tlieta minnhom kienu jinvolvu valur ta' iżjed minn Lm500, u 30 ta' inqas minn dan l-ammont. It-tagħrif dwar id-Dipartiment tal-Mużewijiet għad irid jidħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm sittax (16)-il każ ta' serq li ġew irrapportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Wieħed (1) minnhom kien jinvolvi valur ta' iżjed minn Lm500 u ħmistax (15) ta' inqas minn dan l-ammont.
ista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (BORG, TONIO)
Bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Settembru 2000 kien hemm 7 każi ta` serq li ġew irrapportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Dawn kollha kienu jinvolvu valur ta` inqas minn Lm500.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (BORG, JOE)
Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm tlett każijiet ta' serq li kienu jinvolvu valur ta' inqas minn ħames mitt lira. Tnejn minn dawn is-serqiet kienu jikkonċernaw żewġ ambaxxati Maltin u ġew rapportati lill-pulizija tal-pajjiż konċernat. L-oħra seħħet lokalment u ġiet mistħarrġa minn Board Intern ta' Investigazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bejn 1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm 18 il-kaz ta' serq li gew irrapportati lill-Pulizija għal-investigazzjoni. Tnejn minnhom kienu jinvolvu valur ta' iżjed minn Lm500 u 16 ta' inqas minn dan l-ammont.
Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-programm ta' xogħlijiet li kellhom isiru fil-Buskett fosthom ir-restawr tar-Razzett tal-Bagħal?
Kemm hemm flus ivvotati għal dawn ix-xogħlijiet u meta se jitlestew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Wara li ħareġ ordni ta’ konservazzjoni fuq il-Buskett, twaqqaf kumitat ta’ azzjoni biex isir studju sew ta’ xogħlijiet li jridu jsiru. Il-kumitat diġa ġabar l-informazzjoni neċessarja u ma jdumx ma jippreżenta r-rapport dettaljat lill-Awtorita tal-Ipppjanar fejn jiġi dentifikat ix-xogħol kollu meħtieġ u jitfassal pjan ta’ azzjoni bl-istima finanzjarja sabiex jintalbu fondi għal dan l-iskop. Ix-xogħol, inkluż ir-restawr ta’ Razzett tal-Bagħal, isir skond il-prijorita meta l-pjan ta’ azzjoni jiġi approvat u jiġu vvutati l-fondi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul 1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm 8 każi ta' serq li ġew irraportati lill-pulizija għall-investigazzjoni li l-każijiet kollha f'daqqa kienu jinvolvu valur ta' anqas minn Lm500.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul 1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn 1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru kien kemm każ wieħed ta' serq li ġie irrapportat lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Dan il-kas kien jinvolvi valur ta' iżjied minn Lm500.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-30 ta’ Settembru 2000 kien hemm żewġ każijiet ta’ serq ta’ oġġetti li huma proprjeta’ tal-Gvern fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. F’dawn iż-żewġ każijiet li ġew irraportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni il-valur ta’ l-oġġetti misruqa kien ta’ Lm 150 u Lm 12 rispettivament.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Serqiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġewx irrapportati każijiet ta' serq mid-Dipartimenti u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18705 dwar 381 każ ta' familji jgħixu f'bini kkundannat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu ddentifikati l-każijiet imsejħa minnu ġenwieni?
Jekk din is-sena, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sa Jannar li ġej il-postijiet kollha inkwistjoni ser ikunu ġew spezzjonati.
Jikkonferma l-Ministru li l-bdiewa fulltime u part-time li għandhom il-ktieb tar-raba' mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, japplikaw jew ma japplikawx għal din l-iskema xorta waħda jgawdu d-dritt tar-right of first refusal, meta 'l quddiem il-gvern joħroġ għal bejgħ jew għal xi kondizzjoni oħra r-raba' tagħhom fil-futur?
Response (BORG, TONIO)
Il-ktieb tar-raba` maħruġ mid-Dipartiment tal-Agrikoltura waħdu ma jagħtix titolu legali fuq ir-raba`. Dan il-Gvern, bħal dawk ta` qablu, preżentament lest li jikkunsidra favorevolment li jagħti dritt tal-ewwel rifjut lil dawk li jkollhom titolu legali u jħallsu l-kera fuq raba` tal-Gvern. Iżda x`jista jsir matul il-ħmistax-il sena li ġejjin ħadd ma jista` jgħid. B`differenza, l-Iskema tal-Qbiela qiegħda torbot lil dan il-Gvern u l-Gvernijiet ta` warajh sa ħmistax-il sena oħra, li jagħti d-dritt tal-ewwel rifjut skond l-Iskema lil dawk li jkunu ngħataw titolu legali permezz tal-istess skema.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsiru xogħlijiet ta' l-estensjonijiet tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq il-Pre-Istorja, Xemxija?
Jista' jara li dawn ix-xogħlijiet jsiru immedjatament sabiex ir-Roads Department jkun jista' jirranġa t-toroq ta' l-inħawi peress li dawk it-toroq qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti u jikkawżaw ħafna ħsarat fil-karozzi tar-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika fuq site-plan il-post eżatt li qed jirreferi għalieħ.