Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19823 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Manikata — Triq il-Fuħħar

Question

Peress li fi Triq il-Fuħħar, Manikata ilu ħiereġ ilma minn nhar il-Ġimgħa 29 ta' Settembru, meta residenti fil-fatt irrapportaw dawn il-ħsarat, jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum, il-ġimgħa 6 ta' Ottubru, l-ilma baqa' ħiereġ u jinħela bla ma ħadd irranġa l-ħsarat? Jista' jara li jissewwew il-ħsarat bla aktar telf ta' żmien u flus?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li wara li sar ir-rapport imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, saru investigazzjonijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, pero' is-sors minn fejn ħiereġ l-ilma għadu ma nstabx. Naturalment il-Korporazzjoni ser tagħmel l-almu tagħha biexdin il-ħsara tissewwa bla telf ta' żmien.
Leg 9 PQ #19741 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tat-tjur

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19223 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat mal-koperattiva tat-tjur, kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19788 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

NPAA — Dwieli ta' l-għasir

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bin-numru ta' laqgħat dwar ir-rapporti tal-NPAA, l-ewwel u t-tieni rapport, ma' l-għaqdiet tal-bdiewa li jkabbru d-dwieli ta' l-għasir ta' l-inbid lokali? X'punti tqajmu mill-bdiewa u xi spjegazzjoni ngħatat għall-mistoqsijiet ta' l-aħħar? Meta u fejn inżammu dawn il-laqgħat organizzati mid-dipartiment ta' l-agrikoltura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19789 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Triq l-Istazzjoni - Arbli

Question

Jista' d-dipartiment konċernat jara għaliex inqalgħu l-arbli fi Triq l-Istazzjon fl-Imtarfa meta beda x-xogħol fil-bypass ta' l-Imtarfa u filwaqt li tlesta sew l-arblu u sew il-bozza baqgħu maqlugħa minkejja li hemm cross road traffikuża? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-Korporazzjoni Enemalta qalgħet arbli mill-By-Pass ta' l-Imtarfa.
Leg 9 PQ #19790 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Għajn Qajjed - Arblu

Question

Jista' d-diparitment konċernat jara li l-arblu li twaħħal xahar ilu ħdejn Blokk I, fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, Rabat titwaħħal flimkien mal-bozza li s'issa għadda ma twaħħlitx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li għalih qed issir riferenza diġa' sar.
Leg 9 PQ #19791 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GFCM

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'konsultazzjonijiet/diskussjonijiet saru mal-GFCM u d-dipartiment tas-sajd Malti dwar is-sajd fl-ibħra Maltin u fil-Mediterran matul il-perijodu ta' bejn il-5 ta' Settembru 1998 u Settembru 2000? Jista' jpoġġi kopja tal-minuti ta' dawn il-laqgħat /u jew konsultazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mar-risposti għal-Mistoqsijiet Parlamentari 2789 u 12172 baqgħali inżid biss il-programm għal perjodu bejn l-24 laqgħha Ġenerali li saret f'Ġunju 1999 fi Spanja u l-25 laqgħa Ġenerali li saret f'Malta u intemmet ftit ġimgħat ilu. Laqgħat ta' Scientific Advisory Committee (SAC): 1. 1-3 Marzu 1999 fi Spanja fuq il-ħut pelaġiku żgħir. 2. 21-23 Marzu 1999 fi Franza fuq il-ħut tal-qiegħ. 3. 26-29 April 2000 fi Spanja laqgħa ta' l-erba' sottokumitati ta' l-SAC. 4. 2-5 Mejju 2000, it-tielet sessjoni ta' l-SAC li studjat ir-riżultati ta' l-ewwel 3 laqgħat. Laqgħat tas-Sipam: 1. Żewġ laqgħat li saru : a) f'Malta - Marzu 2000 u b) f'Ruma - Lulju 2000. 2. Laqgħat bejn ix-xjenzjati ta' l-ICCAT u dawk tal-GFCM fuq il-pixxispad li kienet qed tinżamm fl-istess perjodu tal-25 laqgħa Ġenerali tal-GFCM f'Malta f'Settembru 2000. Laqgħa Ġenerali tal-GFCM li saret Malta f'Settembru 2000. Ir-rapporti ta' dawn il-laqgħat kollha huma aċċessibli fuq l-internet fis-sit allokat għalihom fl-informazjoni kollha li tippublika l-FAO. Dawn wkoll ikunu ppublikati bħal publikazjonijiet kollha ta' l-FAO.
Leg 9 PQ #19792 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Ta' Mlit - Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-inħawi tal-HE Ta' Mlit, fil-Mosta jsir landscaping aħjar ta' din l-area? Jista' l-Ministru jara li immedjatament jintbagħtu uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex iwettqu l-preparamenti meħtieġa għall-programm tal-landscaping f'dawn l-inħawi tal-Mosta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #19714 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 19221, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajjmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.

San Pawl il-Baħar — Triq Desguenez

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bil-progress ta' mistoqsija parlamentari numru 18923 dwar Triq Desguenez, San Pawl il-Baħar? X'sar mid-dipartiment tas-sanita' u x'inhija l-pożizzjoni tar-residenti llum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtoritajiet tas-Sanita stabbilixxew li parti mill-ilma li qed jikkaġuna l-ħsara ġej minn connection ta' Blokka Flats fil-viċinanza, u s-sid ta' din il-Blokka diġa ġie nfurmat biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa. Ġie stabbilit ukoll li hemm xi leakage ta' l-ilma u l-Korporazzjoni ta' l-Ilma qed tieħu passi biex din il-ħsara tissewwa wkoll.
Leg 9 PQ #19732 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Pawl il-Baħar — Triq Desguenez

Question

Peress li skond mistoqsija parlamentari numru 18923 il-problema ta' ħsarat fi Triq Desguenez San Pawl il-Baħar huma kawża ta' ilma li ġej minn taħt l-art, jista' l-Ministru jinvestiga u jintervjeni sabiex tiġi verament rimedjata din il-problema tar-residenti li ilha pendenti għal snin twal? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #19738 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrijalist ta' l-Imbid Lokali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19225 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat ma' l-industrijalisti ta' l-imbid lokali kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19739 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tal-produtturi tal-bajd

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19224 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat mal-koperattiva tal-produtturi tal-bajd, kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19740 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sidien tar-ristoranti u lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19226 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat tas-sidien tar-ristoranti u lukandi, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

La jien u l-anqas ħadd fil-Ministeru tiegħi ma jista' jifhem x'qiegħed jistaqsi l-Onor. Interpellant. Nispera li l-Onor. Interpellant jaf illi l-Ministeru tal-Biedja u Sajd ma jitrattax fuq ristoranti u lukandi. Sa fejn naf jien, ma teżisti l-ebda koperattiva ta' sidien ta' ristoranti u lukandi. Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċekkja l-affarijiet qabel ma jsaqsi.
Leg 9 PQ #19690 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Komunita' Islamika — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi dwar l-art li fuqha mistenni li se jsir ċimiterju għal komunita' Islamika f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li fuqha mistenni jsir ċimiterju għal komunita` Islamika f`Malta diġa` ġiet identifikata u bħalissa qed jiġi ffinalizzat il-ftehim li ser ikun iffirmat fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #19691 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Komunita' Islamika — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba tal-komunita' Islamika f'Malta sabiex isir ċimiterju għall-għanijiet tal-komunita' msemmija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19691, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni dwar sit għal bżonn tal-komunita' Islamika bħala Ċimiterju, ġiet ikkunsidrata mill-"General Services Board", fejn ġie deċiż li ma hemm l-ebda oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni fir-rigward ta' Saħħa Pubblika. Għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar peress li hija neċessarja l-approvazzjoni minn tali Awtorita'.

Ommijiet xebbiet — Children's allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li bdew jieħdu għall-ewwel darba ċ-children's allowance matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li matul l-istess perijodu li rreġistraw talba għaċ-children's allowance għaliex kellhom aktar tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta' l-Allowance ma tiddependix mill-istat ċivili ta' min japplika iżda mid-dħul finanzjarju tiegħu fis-sena ta' qabel u min-numru ta' tfal li għandu fil-kustodja effettiva tiegħu. Qatt ma nħasset il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kif huma mqassmin dawk kollha li japplikaw għall-Allownace tat-Tfal għall-ewwel darba, jew għax ikollhom tfal oħra.
Leg 9 PQ #19693 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbużi fuq tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' abbużi ta' sess u swat fuq it-tfal irrapportati lill-pulizija matul l-ewwel disa' xhur tas-sena? X'eta' kellhom dawn it-tfal? X'passi qed jittieħdu sabiex dawn it-tfal jiġi megħjuna? Kemm huwa n-numru ta' persuni li l-pulizija qed tressaq il-qorti kontra dawn l-akkużi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija kellha 33 każ ta` abbuż sesswali jew swat fuq tfal minn 14-il sena f`isfel. L-eta` tagħhom tvarja bejn il-5 xhur u l-14-il sena. Dwar dawn il-każi, s`issa, ġew imressqa quddiem il-Qorti 10 persuni. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija minn barra li tinvestiga u tieħu passi quddiem il-Qorti kif meħtieġ, tirreferi wkoll il-każ lill-S.W.D.P.
Leg 9 PQ #19709 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Studenti ġardinara

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-istudenti/apprentisti ġardinara li spiċċaw il-kuntratt tagħhom mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19712 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19222 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajjmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-NPAA (National Plan for the Adoption of the Acquis), u mhux l-avis, li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-kamra, u għalhekk għandu aċċess għalih, dan kien ġie diskuss mal-koperattivi kif ukoll ma kull min kien interessat fil-ġid tal-bdiewa u raħħala. Jekk jien infurmat sewwa, l-Onorevoli sab xi diffikulta' biex jattendi. Pero' hemm il-minuti li sa fejn naf jien, jekk jinteressah, jista' jikkonsulthom.
Leg 9 PQ #19684 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Serqiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena? X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul l-1999 u din is-sena ma ġew irrappurtati ebda każijiet ta’ serq mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.