Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li ġabet il-varjeta' Sante' fl-ewwel erba' ġimgħat ta' din is-sena u kemm kien il-prezz li l-Alpha bikrija ġabet fis-suq Olandiż fl-ewwel erba' ġimgħat ta' din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Dwar il-prezz tas-Sante miksub din is-sena, nixtieq nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17658. Din is-sena, fl-ewwel erba' ġimgħat li l-Alpha waslet l-Olanda, ġabet prezz medju ta' NLG28.92.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar xogħol fuq il-bar coding mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Settembru 2000? Kemm saru laqgħat ta' preparazzjoni, fejn u ma' min saru matul l-istess perijodu?
X'punti tqanqlu, kemm intnefqu flus sa issa u kemm huwa mistenni li jkomplu jintnefqu fuq dan il-proġett?
Kif se jiġi affettwat aħjar id-dħul tal-bdiewa mill-prodotti tagħhom b'din is-sistema?
Meta se jiġi finalizzat dan il-proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Matul il-perjodu imsemmi saru diversi laqghat bejn il-MITTS, ufficjali tal-Ministeru kif ukoll ufficjali tal-Pitkalija.
Sal-lum tħaffru it-trinek kollha li hemm bżonn biex jiġi nstallat il-Fibre Optic bejn il-Block Amminstrattiv u diversi postijiet fil-Pitkalija. Dawn jinkludu il-Pitkala kollha, il-Gate, l-FCCS u l-APS Bank.
Sa issa barra ix-xiri tal-Fibre Optic (li sar mill-MITTS) intefqu madwar Lm20,000 għat-trinek u tqegħid ta' katusi.
Il-MITTS qabdu Kuntrattur sabiex jgħaddi il-Fibre Optic sal-postijiet hawn fuq imsemmija u wara jsir ix-xogħol l-ieħor konness mal-proġett.
Bis-saħħa ta' dan il-proġett, il-bidwi jkun jista' iserrah rasu li jieħu ħlas tal-prodott li huwa tassew tiegħu u bil-prezz verament miftiehem.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'kienet ir-raġuni li f'perijodu ta' dawn l-aħħar sentejn, il-pilloli Isoptin saru Lm3.90 kull mija meta tlett snin ilu kienu madwar lira biss?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-pilloli tal-marka Isoptin ta' 40 mg x 100 l-aħħar li ġew importati kien fl-1997. Il-prezz irrikmandat għall-konsumatur kien ta' Lm3.47c u minn dakinhar ma nbidilx.
Il-prezz għall-konsumatur ta' dawn it-tip ta' pilloli ivarja minn Lm2.78c6 sa Lm3.47c għall-aħħar kunsinna.
Jista' l-Ministru jara li jintbagħat uffiċjal u jinvestiga x-xogħlijiet ta' tindif li jenħtieġu jsiru fil-qasam tad-djar Ta' Mlit, Mosta, fejn fil-preżent hemm telqa totali?
Jista' d-dipartiment jara li jirrimedja dan il-bżonn sabiex l-inħawi jkunu nodfa u r-residenti jkollhom ambjent aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari numru 19922 seduta 392.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-1997 il-ħaddiema tal-bowzers tad-dipartiment ta' l-agrikoltura ħadu Lm9,350 overtime u fl-1999 ħadu Lm1,665 f'overtime għal ġarr ta' l-ilma? Jista' jinformana kemm inġarru bowzers bl-ilma matul is-snin imsemmija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ma jaf wisq tajjeb l-Onor. Interpellant, il-ħlasijiet mhux bilfors isiru fl-istess sena meta jsir ix-xogħol. Ir-risposta kienet dwar ħlasijiet li saru mill-fondi ta' l-overtime ta' dan id-Dipartiment. Qed nagħti lill-Onor. Interpellant spjegazzjoni aħjar kif ġej.
Il-vjaġġi li jsiru jiddependu fuq kemm tkun għamlet xita u, għall-parti l-kbira, l-bżonn għat-tisqija f'diversi postijiet taħt il-maniġġ tal-URL. Is-sezzjoni tal-bowsers tal-URL, l-unika sezzjoni ħlief għall-dik tal-watchmen li baqgħet tagħmel sara tul iż-żmien, fil-1997 għamlet 4135 vjaġġ wara l-ħin normali tax-xogħol, u minn dawn tħallsu 3,758 vjaġġ, waqt li l-oħrajn ingħataw bħala time-in-lieu. Fil-1998 kien hemm bżonn għall-3602 vjaġġ u sar ħlas għal 1022 minnhom u fil-1999 kien hemm bżonn għall-4365 vjaġġ u sar ħlas għal 2103 minnhom. Il-kumplament jingħata bħala time-in-lieu.
Tajjeb hawnhekk inżid ukoll li l-ħaddiema ta' din is-sezzjoni ġieli tħallsu flus bħala overtime għal xogħol li jkun għamlu għal dipartimenti oħrajn minn fondi li ġejjin minn dawn l-istess Dipartiment.
Jista' l-Ministru jinformana x'ġara mit-tender biex tinbena l-Mosta North Ring Road li se tinkludi xogħol fi Vjal il-Qalbiena, Triq San Franġisku Pisani sa Triq il-Labour fil-Mosta, fejn it-Technopark, skond mistoqsija parlamentari numru 18167?
Jista' jgħid meta ġie kkonsultat il-kunsill lokali u l-poplu tal-Mosta dwar dan il-pjan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta' evalwazzjoni ta' l-offerti li ntefgħu għal dan ix-xogħol għadu għaddej minħabba l-fatt li din hija tender ta' valur sostanzjali.
Il- Kunsill ilu mas-sentejn jiġi kkonsultat minn żmien għal żmien dwar dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'ġara mill-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-kontinwazzjoni tax-xogħol tal-bypass ta' l-Imtarfa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha għaddejja bil-proċess tagħha biex tapprova dan il-proġett.
Jidher li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed taħseb biex ikun hemm modifikazzjoni tal-proġett għal skopijiet ambjentali, iżda għad iridu jiġu mgħoddija lid-Dipartiment mill-Awtorita'.
Peress li x-xogħlijiet bdew u waqfu kemm-il darba fi Triq Ninfa Calypso, Mellieħa, jista' l-Ministru jinformana bil-progress li sar mill-aħħar mistoqsija parlamentari numru 16699 li saret fil-5 ta' Ġunju ta' din is-sena? Jista' jara li jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet immedjatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kien hemm xi dewmien biex jiġu riżolti diffikultajiet dwar it-tiġdid tal-mains ta' l-ilma, iżda dawn issa ġew riżolti.
Jista' l-Ministru jgħid x'management effiċjenti se jdaħħlu l-producers organisations u kemm qed jikkalkula l-gvern li jdaħħlu aktar il-bdiewa u r-raħħala b'dawn is-sistemi?
Meta se jiġu fis-seħħ dawn il-producers organisation u min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif messu jaf l-Onor. Interpellant, il-liġi tal-Producers' Organisations għada trid tiġi diskussa f'dan il-Parlament fejn nistenna li l-Onorevoli kollega ser jieħu parti attiva.
Pero' ninforma lill-Onor. Interpellant b'xi għanijiet ta' dawn l-għaqdiet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Meta jkun hemm over production ta' prodott b'riżultat li l-prezz jaqa' taħt il-prezz stabbilit f'dak iż-żmien, tidħol fis-seħħ skema ta' intervention fejn il-prodott li jibqa' ma jinbiegħx almenu b'dak il-prezz stabbilit flok jintrema u l-bidwi jitlef il-flus, il-prodott jinxtara mill-istess Organizazzjoni u l-flus jiġu mbagħad mill-fondi tal-U.E.
Nistgħu wkoll insemmu l-Multi-Year Operational Programme li permezz tiegħu jiġu stabbiliti miżuri progressivi sabiex tittejjeb kemm il-produzzjoni kif ukoll il-metodu ta' bejgħ.
Naturalment l-Onorevoli membru japprezza li fl-għaqda hemm is-saħħa u l-Producers' Organisations huma speċifikament imwaqqfa biex iġibu din l-għaqda u konsegwentament din is-saħħa fost ir-raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda.
Peress li l-playing field fl-Imtarfa teħtieġ li titnaddaf aħjar, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment jagħmel dan ix-xogħol sabiex it-tfal ikollhom ambjent aħjar? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari numru 19922 seduta 392
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Settembru ta' din is-sena?
Kemm saru laqgħat mal-PA u mar-raħħala dwar dan il-proġett? Fejn se tinbena u kemm mistenni li tiswa flus?
Response (ZAMMIT, NINU)
Rigward x'ġara dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib mill-5 ta' Settembru 'l hawn u kemm naħsbu li ser tiswa, m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4500, 9252 u 13684.
Nista' inżid illi s-sit li qegħdin nikkunsidraw bħalissa huwa aċċettabbli għall-kumpanija u l-Koperattiva tar-Raħħala u speċifikament fuq is-sit li issa qegħdin naqblu fuqu. Qegħdin fil-fażi li tiġi sottemessa Outline Development Application lill-Planning Authority wara li ovjament ikun lest ir-rapport dwar cost-effectiveness li qed tagħmel l-istess M.D.P.
Peress li ħdejn il-gym ta' l-Imtarfa qed jinstabu diversi siringi, x'aktarx użati mid-drogati, jista' l-Ministru jinvestiga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel ronda fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant sabiex jitrażżan kull abbuż li jista` qed isir f`dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jiżviluppa l-bini abbandunat fejn kien l-ex-BFBS fl-Imtarfa?
Jekk iva, x'inhuma l-ħsibijiet tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bini ta` l-ex-BFBS fl-Imtarfa huwa proprjeta` ta` l-Awtorita` tad-Djar. Għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' tindif tax-shades tal-bozoz tal-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed sabiex il-bozoz idawwlu aktar?
Tista' tara jekk huwiex possibbli li ssir bozza ta' vultaġġ akbar peress li l-inħawi huma mudlama allavolja hemm il-bozoz stallati? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talbiet ta' l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra. Rigward data, wieħed irid jiftakar li din tkun tiddependi minn diversi fatturi, fosthom in-numru ta' talbiet pendenti u l-urġenza tal-każ partikulari.
Peress li l-inħawi ħdejn id-dar "Redentur" fi Triq Mons. G. Depiro, Rabat, huma mudlana ħafna, jista' d-dipartiment konċernat jara li ssir bozza ġdida?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jara li jiddawwal aktar Sqaq I fi Triq Guzman Navarra, Rabat, peress li l-anzjani qed jilmentaw li dan l-isqaq huwa mudlam?? Jista' l-Ministru jawtorizza dan ix-xogħol ta' bdil ta' bozza b'vultaġġ aktar qawwi immedjatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jirriżultali li fl-isqaq imsemmi għadhom kif ġew installati żewġ bozoz ġodda u għaldaqstant issa hemm dawl adekwat.
Peress li toroq fl-inħawi tal-qasam tad-djar Ta' Mlit, Mosta, jeħtieġu li jiġu rranġati kawża ta' l-istat ħażin li jinsabu fihom, ukoll minħabba li Triq Trinċetta fl-aħħar parti tagħha mhijiex maħsuba biex tilqa' għall-ilmijiet tax-xita li jgħaddi f'din il-parti, jista' l-Ministru jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa u dan anke sabiex it-tmien familji li joqogħdu f'din it-triq ma jibqgħux jgħerrqu fl-ilma tax-xita? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Jista' l-Ministru jgħid x'preparazzjonijiet saru sabiex isiru l-cold stores/stores fil-Pitkalija mill-5 ta' Settembru 1998 sa Settembru ta' din is-sena?
X'konsultazzjonijiet saru u kemm sewa s'issa dan il-pjan lid-dipartiment u kemm mistennija li jiswa meta jiġi ffinalizzat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sena d-dieħla isir ix-xogħol kollu meħtieġ għal cold rooms f'Ta' Qali għal diversi setturi ta' l-agrikoltura.