Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20206 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Triq il-Ħemsija - Manutenzjoni

Question

Peress li l-bdiewa li jużaw it-Triq tal-Ħemsija limiti ta' Ta' Qali qed jilmentaw mill-istat ħażin tat-triq, jista' d-dipartiment jirrimedja bix-xogħlijiet ta' manutenzjoni? Peress li l-bdiewa qed jagħmlu ħsarat kontinwi fl-inġenji tagħhom minħabba l-ħofor kbar li hemm, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru b'urġenza?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Leg 9 PQ #20207 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Liġijiet Ġodda

Question

B'riferenza għall-liġi l-ġdida tas-sajd li se titressaq għat-tieni qari fil-Parlament dalwaqt, jista' l-Ministru jinfurmani kemm saru laqgħat mal-kooperattivi tas-sajjieda sabiex jiġu infurmati bid-dettall ta' din il-liġi? Meta saru u x'punti u osservazjonijiet tqanqlu mir-rappreżentanti tas-sajjieda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien appropjat dan l-abbozz kien ġie mgħoddi lill-membri kollha tal-Board tas-Sajd li jinkludi rappreżentanti tas-sajjieda u ġie diskuss fl-laqgħat mal-Board tas-Sajd iktar tard.

Labour Office — Rabat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fl-uffiċju tal-Labour Office ir-Rabat humiex koperti bil-permessi tal-Awtorita' tal-Ippjanar? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi tal-Awtorita' tal-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ix-Xogħolijiet li saru fl-uffiċċju tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali tar-Rabat. Fil-fatt fir-Rabat m'hemmx uffiċċju tal-Labour Office iżda tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.

Servizz Pubbliku — Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu sejjer ix-xogħol fuq l-uffiċini tal-area office tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fir-Rabat? X'sar matul dan il-perjodu u kemm intefqu flus? Meta se jiġi ffinalizzat dan il-proġett u kemm mistenni li jiġi jiswa flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-Area Office tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fir-Rabat, sar refurbishment sħih ta' dan l-uffiċċju li għalih kienet ħarġet tender. Il-Ministeru tiegħi għażel l-orħos offerta li kienet tqum Lm19,538. Ix-xogħol kien jinkludi Structural Alterations, Flooring, Decoration Works, Partitioning, Suspended Soffits, Sanitary Ware, Electrical and ELV Installation, Air-conditioning and Ventilation Installation u Domestic Water Installation. Barra minn dan, kienu ħarġu żewġ tenders għall-provvista u twaħħil ta' aperturi nterni u esterni kif ukoll ta' għamara għal din l-area office. It-tenders, li wkoll intgħażlu l-orħos fost l-offerti, kienu jiswew Lm1,430 u Lm3,840 rispettivament. Ix-xogħol fuq l-uffiċċju tal-Area Office tar-Rabat inbeda f'Novembru, 1999 u ġie finaliżżat fl-aħħar ta' Settembru, 2000.
Leg 9 PQ #20162 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Infiq fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-perjodu ta' Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-nefqa totali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti tiegħu għall-perjodu ta' Jannar u Settembru 2000 kienet ta' LM 43,865.98.
Leg 9 PQ #20163 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Proġetti ġodda — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija f'ċifra ta' flus l-għajnuna li ġiet sussidjata lil bdiewa u raħħala fuq proġetti ġodda mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-5 ta' Settembru, 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor Interpellant huwa mitlub li jkun aktar ċar u speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jispjega għal liema għajnuna qed jirreferi.
Leg 9 PQ #20164 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Merħla Nazzjonali — Baqar u Għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-merħla nazzjonali tal-baqar u l-għoġġiela fil-prezent f'Malta u Għawdex separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20165 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Merħla Nazzjonali — Ngħaġ u Mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-merħla nazzjonali tan-ngħaġ u l-mogħoż fil-prezent f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li skond ir-records tat-testijiet li saru fuq il-mogħoż u nagħaġ in-numru fl-irziezet kien ta': Mogħoż Nagħaġ Malta 3715 7149 Għawdex 2063 5022
Leg 9 PQ #20154 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru ta' l-Ekonomija — Karozzi/vannijiet/vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena inkrew 24 vettura mill-Ministeru u d-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi. L-ispiża minfuqa fuq dawn il-vetturi kienet tammonta għal Lm41,848.
Leg 9 PQ #20155 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi/vannijiet/vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Ministeru kien hemm tlettax (13) il-vettura mikrija fil-perjodu msemmi,i.e. Jannar/Settembru 2000. L-ispiża ta` dawn il-vetturi kienet ta` LM15,150.89c.
Leg 9 PQ #20156 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozzi/vetturi/vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' vetturi li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2000 huwa:- Dipartiment Numru ta' Nefqa f'kirjiet u fuel Vetturi Lm Ministeru 6 11,539.00 College of Technology 1 792.00 Applied Arts & Sciences Projects Office 1 1,640.00 Segretarjat Parlamentari 4 3,191.54 Dipt. ta' l-Isports 6 4,810.00 Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 16 27,133.00 Dipt. ta' l-Eżamijiet 1 1,264.58 Dipt. tal-Libreriji u Arkivji Xejn Xejn Dipt. tal-Mużewijiet 3 6,012.00 Dipt. tal-Kultura 6 10,029.00
Leg 9 PQ #20157 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi/vannijiet/vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20158 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-sena 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul Jannar u Settembru tas-sena 1999 u ta' din is-sena kien hekk: Jannar 1999 - 17,467 li jinkludi 917 viżta fid-dar Settembru 1999 - 16,962 li jinkludi 420 viżta fid-dar Jannar 2000 - 16,363 li jinkludi 969 viżta fid-dar Settembru 2000 - 14,262 li jinkludi 357 viżta fid-dar
Leg 9 PQ #20159 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk huwiex qed isir tilqim għall-kontra l-influwenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat għall-pensjonanti u familji li jiddependu mill-għajnuna soċjali? Jekk le, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva
Leg 9 PQ #20147 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-permessi li nħarġu mill-Planning Authority sabiex isiru x-xogħlijiet f'Wied Qannotta, Wardija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-lista ta` permessi li nħarġu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hija kif ġej : - Application No. Address Proposal 07389/95 Site at Triq Wied Qannotta, Burmarrad To construct agricultural store. 05113/96 Site at Triq il-Wardija c/w Triq Wied Qannotta, Burmarrad l/o San Pawl il-Baħar To demolish existing garage, construct a basement and a 2-storey dwelling house at ground and first floor levels with garage for private use. 02382/93 Site in Triq Wied Qannotta, Burmarrad To erect store room for agricultural implements & water pump. 00547/98 Site at Triq Wied Qannotta, Burmarrad To construct two greenhouses. 04425/96 Palazzo Gerxija, l/o Wardija, San Pawl il-Baħar To install a dish antenna in an internal yard.
Leg 9 PQ #20148 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tat-talba tal-poplu Rabti sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat jerġa' jibda jagħti s-servizzi fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jistħarreġ kull soluzzjoni possibbli sabiex iċ-ċentri tas-Saħħa kollha jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tat-tabib tal-familja fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.
Leg 9 PQ #20150 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija — Wied Qannotta - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta bdew ix-xogħlijiet li qed isiru f'Wied Qannotta, Wardija? Għaliex saret rampa u mblokkat il-wied? Għaliex qed jintradam wieħed mill-iskontri li hemm f'din il-parti tal-wied? Għaliex ix-xogħlijiet ma nbdewx fis-sajf u mhux issa meta riesqa x-xitwa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 20145 seduta 402.
Leg 9 PQ #20151 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar tas-sena 1999 u ta` din is-sena kien hekk: Jannar 1999 - 5524 li jinkludi 108 viżta fid-dar Frar 1999 - 5069 li jinkludi 61 viżta fid-dar Jannar 2000 - 6189 li jinkludi 97 viżta fid-dar Frar 2000 - 5924 li jinkludi 73 viżta fid-dar.
Leg 9 PQ #20152 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta/Lufthansa — Negozjati

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tan-negozjati bejn l-Airmalta u Lufthansa dwar il-Cargo Section? X'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema, kemm-il darba jsiru l-arranġamenti bejn iż-żewġ kumpanniji ta' l-ajru?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-negozjati li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għadhom sejrin u f'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15434 waqt is-Seduta numru 284, għajr li dawn in-negozjati mhux mistenni li jkollhom xi effett fuq il-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' l-Air Malta.
Leg 9 PQ #20153 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' tobba, nurses u l-istaff kollu li kien hemm xahar b' xahar fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jistaqsi.