Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena applikaw għaċ-ċittadinanza doppja?
Kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-preżent diġa' għandhom iċ-ċittadinanza doppja?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18901 fejn għandu jsib l-informazzjoni li talab sa Awissu 2000, ninsab infurmat li matul Settembru 2000, saru 91 talba (enquiry) kif ukoll 80 applikazzjoni għar-registrazzjoni.
In-numru ta` persuni li sa l-aħħar ta` Settembru 2000, ġie kkonfermat lilhom li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi huwa 1,006, filwaqt li 308 persuni oħra ġew reġistrati bħala ċittadini ta` Malta u huma wkoll jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jikkunsidra li jivvota l-flus fl-estimi tal-budget tas-sena 2001 sabiex jiġu nstallati l-lifts fil-qasam tad-djar Ta' Għeriexem, ir-Rabat, Malta peress li l-eta' tal-familji residenti qed dejjem tikber, liema fatt qed joħloq aktar il-bżonn ta' dan is-servizz għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20215 f'Seduta Numru 408.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita li attendew f'Dar il-Kaptan matul l-1999 u din is-sena?
X'talbiet hemm pendenti minn Dar Il-Kaptan sabiex dawn jirċievu aktar għajnuna ħalli jkun f'pożizzjoni li jagħtu servizz aħjar lill-persuni b'diżabilita' li jattendu għas-servizzi tagħhom?
X'progress sar u meta se jiġu milqugħa dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi provduti minn Dar il-Kaptan is-sena l-oħra kien ta' 4,664. Sa Settembru ta' din is-sena, in-numru ta' persuni li għamlu użu minn dawn is-servizzi kien ta' 3,800. Numru minn dawn il-persuni użaw dawn is-servizzi għal aktar minn darba.
Ninsab infurmat ukoll li din l-istituzzjoni ssottomettiet talba għal Lm117,000 bħala għajnuna finanzjarja għas-sena d-dieħla. Din it-talba tiġi kkunsidrata mill-Kumitat li jinħatar apposta kull sena biex jevalwa talbiet simili mill-NGOs u jirrakkomanda l-allokazzjoni ta' fondi skond il-prijoritajiet u l-flus disponibbli
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-partijiet ta' artijiet fil-Ħemsija li se jittieħdu lill-bdiewa għal xi proġett tal-gvern tant li mhux se jiġi aċċettat il-ħlas tal-qbiela tal-bdiewa?
X'proġett se jsir fl-inħawi u x'inhija l-pożizzjoni tal-bdiewa fid-dawl tal-iskema l-ġdida li tirregola l-ħlas tal-qbiela cioe' l-applikazzjonijiet ta' dawn li se jiġu aċċettati jew se jagħmlu l-ispejjeż li jirrikjedu l-proċeduri għal xejn?
Huwa possibbli li fiċ-ċirkostanzi dawn il-bdiewa jissottomettu applikazzjoni bla ħlas peress li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar il-proġett tal-Hemsija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, fuq talba tal-Malta Development Corporation, itterminat xi kirjiet ta` raba` fl-inħawi ta` Ta` Qali minħabba l-proġett tal-Crafts Village f`Ta` Qali u l-bdiewa kkonċernati diġa` ġew infurmati. Dwar id-daqs ta` dan il-proġett u liema art ser tiġi affetwata, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.
F`każ li, wara li ssir applikazzjoni taħt l-Iskema tal-Qbiela, din ma tiġix aċċettata għaliex l-art tkun milquta minn xi proġett tal-Gvern, il-ħlas li jkun sar għall-applikazzjoni jingħata lura lill-applikant. Għalhekk mhux il-każ li xi applikazzjonijiet jiġu sottomessi bla ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
X'passi ttieħdu mid-dipartiment tas-saħħa dwar dawn il-każijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar s'Awissu 2000 ġew mmessi 5 każi ta' food poisoning. Dawn kienu imqassmin hekk: 2 każi ġew klassifikati bħala food poisoning mhux speċifikat (ICD-10 Code: T62.5) u 3 każi ta' Salmonella food poisoning (ICD-10 Code: A02).
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jikkunsidra li jivvota l-flus fl-estimi tal-budget tas-sena 2001 sabiex isiru l-lifts fil-qasam tad-djar Ta' Mlit il-Mosta, peress li l-eta' tal-familji residenti qed dejjem tikber u dan il-fatt qed joħloq aktar il-bżonn ta' dan is-servizz għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema dwar stallazzjoni ta' lifts kopriet il-lokalitajiet tal-Kottonera, Kalkara, Valletta u Floriana u dawk il-blokki proprjeta' tal-Gvern fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex, li fihom jgħixu persuni bi problemi ta' mobilita'.
Hemm il-ħsieb li din l-iskema tiġi estiża għall-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex. L-allokazzjoni ta' fondi għal dan l-iskop tiddependi mir-riżorsi disponibbli fid-dawl ta' prioritajiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? X'etajiet kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar s'Awissu 2000 ġew ammessi 37 każi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa. Il-każijiet jitqassmu
fi tliet kategoriji.
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alcohol (ICD-10 code F10.2)
Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)
Kategorija C: Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
Kategorija A
Etajiet (snin)
Numru
10-19
1
20-29
2
30-39
5
40-49
5
50-59
4
Total
17
Kategorija B
Etajiet (snin)
Numru
10-19
6
20-29
1
40-49
1
50-59
1
60-69
2
80-89
1
Mhux speċifikat
1
Total
13
Kategorija C
Etajiet (snin)
Numru
40-49
3
50-59
3
70-79
1
Total
7
Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tneħħewlhom xi forma ta' benefiċċji soċjali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
X'tip ta' benefiċċji tneħħewlhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jikkunsidra li jivvota l-flus fl-estimi tal-budget tas-sena 2001 sabiex isiru l-lifts fil-qasam tad-djar Ta' Panellu il-Mellieħa, peress li l-eta' tal-familji residenti qed dejjem tikber, liema fatt qed joħloq aktar il-bżonn ta' dan is-servizz għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20215 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta ddaħħal fl-estimi tagħha għall-budget għas-sena 2001, sistema ta' dawk aktar adegwat għal qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, Rabat u Vjal il-Ħaddiem sabiex dawn l-inħawi fir-Rabat ikunu mdawwla aħjar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li t-talbiet biex jiżdied id-dawl fit-toroq imsemmija qed jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18362, li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' d-Dipartiment tal-Housing jistħarreġ kif jista' jkun hemm aċċess għall-parking aħjar fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjied ir-Rabat Malta?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir underground parking fil-futur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għal dak li jirrigwarda aċċess aħjar għal parking fil-qasam tad-djar, tlabt lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x`jista jsir.
Fil-kas tat-talba għal underground parking, jien infurmat li s`issa m'hemm l-ebda ħsieb li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' f'tunnellaġġ ta' ħaxix u frott frisk importat matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm kienet l-istess kwantita' f'tunnellaġġ għall-istess perijodu għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numri ta' postijiet vakanti ta' uffiċjali mad-Dipartiment ta l-Agrikoltura fil-preżent?
X'talbiet saru lill-Uffiċju tal-Prim Ministru sabiex jimtlew dawn il-postijiet vakanti u meta saru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, hemm 62 (tnejn u sittin) post vakanti. It-talbiet għalihom saru hekk:
Postijiet Vakanti Meta Saret it-talba
Hamsa (5) Security Guard 17/08/99
Erbatax (14) Agricultural Foreman 20/10/98
Ħamsa (5) Farmer 08/03/99
Wieħed(1) Boiler Attendant 12/06/00
Wieħed (1) Assistant Technical Officer (Carpentry) 15/10/99
Wieħed (1) Assistant Technical Officer (Plumbing) 18/10/99
Wieħed (1) Laboratory Operator (Group IV) 13/05/99
Wieħed (1) Engineer/Junior Engineer (Mechanical) 20/07/99
Wieħed (1) Assistant Technical Officer (Micropropagation) 15/10/99
Wieħed (1) Technical Officer (Maintenance) 23/11/99
Disgħa (9) Senior Operative (Plasterer and Painter) 23/11/99
Wieħed (1) Tradesman (Mason) 23/11/99
Wieħed (1) Operations Manager (Maintenance Section) 23/11/99
Wieħed (1) Technical Officer (Construction) 23/11/99
Tlieta (3) Supervisor (Building and Construction) 07/12/99
Tnejn (2) Security Officer 15/12/99
Wieħed (1) Supervisor (Garage) 01/03/00
Sebgħa (7) Scientific Officer 18/05/00
Erba’ (4) Senior Operative (Agriculture) 05/06/00
Wieħed (1) Technical Officer (Micropropagation) 12/09/00
Wieħed (1) Assistant Head (Agriculture) ** -
** dan il-post irid jintela’ mill-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet/każijiet li sajjieda, baħħara u sidien ta' opri tal-baħar privati għamlu għas-salvataġġ matul Jannar u Ottubru ta' din is-sena?
Kemm minnhom irriżultaw f'inċidenti fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien imsejjaħ għall-tlieta u għoxrin (23) darba biex tingħata assistenza lil sajjieda, baħħara u sidien ta` opri tal-baħar.
Minn dawn il-każijiet, wieħed biss irriżulta f`inċident fatali. Dan seħħ nhar il-Ġimgħa 13 ta` Ottubru 2000 meta għerqet speedboat fin-naħa ta` fuq ta` Malta. F`dan l-inċident persuna rnexxiela ssalva, wieħed instab mejjet u l-ieħor għadu ma nstabx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm minnhom irriżultaw f'inċidenti fatali u x'passi u nkjesti qed jittieħdu u jsiru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 9,507 inċident tat-traffiku, li fihom tilfu ħajjithom 9 persuni. F`dawn l-inċidenti fatali dejjem saret inkjesta mill-Maġistrat.
Ta` min igħid li minn din is-sena, il-"hit and run" fejn karozzi jintlaqtu minn karozzi li jibqgħu għaddejjin, bdew jiġu reġistrati bħala inċidenti tat-traffiku meta qabel ma kienux jiġu hekk konsiderati
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu b'overdose fl-Isptar San Luqa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Jista' jgħid x'etajiet kellhom u x'passi qed jittieħdu sabiex ikunu nvestigati l-każijiet u tiġi mogħtija l-għajnuna/assistenza għall-programm ta' riabilitazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar s'Awissu 2000 ġew ammessi 155 każ ta' "overdose" fl-isptar San Luqa. It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sostanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14)
Kategorija A
Etajiet (snin)
Numru
0-4
20
5-9
1
10-14
1
Total
22
Kategorija B
Ma kien hemm l-ebda każ irreġistrat f'din il-kategorija għal dan il-perjodu.
Kategorija C
Etajiet (snin)
Numru
15-24
44
25-34
36
35-44
22
45-54
19
55-64
4
65-74
1
75-84
1
Mhux speċifikat
6
Total
133
Il-Każijiet kollha jingħataw il-kura akuta meħtieġa fl-Isptar San Luqa u mbagħad jiġu riferuti għas-servizzi tal-Aġenzija Sedqa. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq aktar dettalji dwar il-Programm ta' assistenza, u għajnuna u rijabilitazzjoni għandu jagħmel domanda speċifika lill-Onorevoli Ministru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' spezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru din is-sena f'Malta u f'Għawdex separatament?
X'riżultati nkisbu u x'tagħrif ġie mogħti dwar ir-regoli tal-UE lill-produtturi Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għal dak li qal li f'Malta jsiru 5 year storm, 10 years storm, 15 u anke 20 years storm, jista' l-Ministru jinformani x'tagħrif qed jingħata lill-bdiewa u lill-koperattivi tagħhom dwar dawn il-maltempati li jsiru fil-perijodi tas-snin li spjega l-Ministru sabiex issur ħsara mill-anqas fuq l-uċuħ tar-raba'?
Response (ZAMMIT, NINU)
Naħseb lill-Onor Interpellant jaf daqsi li l-bdiewa huma fost l-aktar nies li jifhmu fit-temp, u fil-fatt jibbażaw ħafna mix-xogħol tagħhom fuq l-esperjenza li huma wirtu biex iwettqu s-sengħa tagħhom.
Fil-5 year, 10 year, 20 year storm huwa fenomenu tat-temp li jindika frekwenza ta' inċidenza ta' maltempati li jvarjaw fil-qawwa tagħhom. Iżjed kemm tkun kbira il-frekwenza (ez. 20 sena), iżjed normalment tkun l-intensita tal-maltempata.
Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Karozzi/vannijiet/vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm kienet tinvolvi l-ispiża totali tal-kirja ta' dawn l-inġenji mikrija u għall-fuel tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta’ vetturi mikrija mal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu, bejn Jannar u Settembru 2000, huwa 41.
L-ispiża totali tal-kiri ta’ dawn il-vetturi kçnet ta’ Lm34794.73, filwaqt li l-ispiża għall-fuel kçnet ta’ Lm8849.48.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti li qed jintbagħtu separatament ta' persuna li għandha ċittadinanza dopja Maltija w Awstraljana?
Jista' jinfurmani x'qed jikkawża dawn in-nuqqasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtorita` responsabbli miċ-ċittadinanza huwa d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza. Huwa dan id-Dipartiment li jista` joħroġ konferma uffiċjali li persuna tikkwalifika biex ikollha ċittadinanza doppja.
Fil-każ ta` dawk il-Maltin li jgħixu barra minn Malta, li qed jiġri hu, li wara li jipproduċu d-dokumenti meħtieġa fl-Ambaxxata jew Konsolat ta` Malta u jiġi vverifikat li l-persuna konċernata tikkwalifika biex ikollha ċittadinanza doppja, jinħareġ passaport Malti.
Jekk, iżda, din il-persuna tiġi tgħix hawn Malta, allura trid tasal wasla sad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tipproduċi ċ-ċertifikati u dokumenti oħra meħtieġa sabiex jiġi kkonfermat lilha bil-miktub li tista` żżomm żewġ ċittadinanzi.
L-ittra ta` konferma li tingħata mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tkun tista` tużaha f`kull Dipartiment ieħor hawn Malta bħala evidenza li dik il-persuna hija ċittadin ta` Malta.