Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20344 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Sajd — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm tħallsu l-konsulenti li d-Dipartiment tas-Sajd, ta' l-Agrikoltura u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd, qabbad sabiex jipprovdu rapporti ta' proposti lill-ministeru biex jintużaw għan-negozjati mal-UE? X'sezzjonijiet tal-biedja u sajd jirrappreżentaw dawn ir-rapporti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021. Ma' dawn żdiedu : Economic & Management Consultancy Pork and Beef Processing Lm12075.00 Dr. Sibani, Dr. Ferretti, Dr. Caccamisi u Dr. Squintani Malta Fish Marketing Centre Lm13556.45 Mr John Caddy The Maltese Contiguous Zone – Fisheries Management and Control Lm5271.87
Leg 9 PQ #20349 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ppubblikati mill-kunsill tal-Mellieħa dwar siġar li qed jitqaċċtu fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-investigazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20352 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ppubblikati mill-kunsill tal-Mellieħa dwar siġar li qed jitqaċċtu fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-investigazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Intbatet talba għall-investigazzjoni mill-Kunsill tal-Mellieħa ftit ta' żmien ilu. L-investigazzjonijiet u r-rapport neċessarju għadhom qed isiru u jiġu ppreżentati meta jkunu konklużi.
Leg 9 PQ #20384 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BdiewaġRaħħala/Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20025?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda li qed jibbenefikaw minn skemi ta' sussidju finanzjarju fuq imgħax mill-banek lokali HSBC, BOV u APS huma dawn: MALTA GĦAWDEX 1995 115 18 1996 36 13 1997 130 16 1998 93 21 1999 27 8
Leg 9 PQ #20385 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-86 prodott li għolew, ta' l-20 prodott li roħsu u l-223 prodott li ma għolewx skond mistoqsija parlamentari numru 20022?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-breakdown tal-prodotti li l-prezz tagħhom għola, raħas jew baqa' kif kien bejn Settembru 1998 u Settembru 2000 huwa kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #20386 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa — ATMs

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jsiru ATMs fiċ-ċentru ta' l-Imtarfa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi mgħoddi lill-banek kummrċjali li fih il-Gvern għandu ishma. Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru jagħmel l-istess suġġeriment lill-banek kummerċjali l-oħra.
Leg 9 PQ #20328 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Kwota dwar il-qbid ta' ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda Maltin humiex se jkollhom il-kwoti dwar qbid ta' ħut jekk Malta tkun membru ta' l-UE u l-UE tiddeċiedi li tagħmel il-kwoti għas-sajjieda Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Malta sa issa għandha kwota tal-qbid tat-tonn maħruġa mill-ICCAT. Fil-Mediterran għad ma hemmx kwoti ta' qbid. Biex UE tagħmel dan trid tiftiehm mal-pajjiżi l-oħra kollha tal-Mediterran fi ħdan il-GFCM li tagħha Malta hija diġa membru. F'dan il-forum internazzjonali il-ħsieb huwa li l-kontrol u limintazzjoni tal-qbid isir permezz tal-kontrol fuq il-bastimenti tas-sajd u bl-immanigjar tażżoni differenti fil-Mediterran skond iż-żona u mhux bit-Total Allowable Catches. Għaldaqstant ma hux il-każ li nitkellmu fuq li l-Unjoni Ewropeja se tagħmel kwoti għas-sajjieda Maltin.
Leg 9 PQ #20329 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern Nazzjonalista ikun qiegħed jgħin lis-sajjieda Maltin meta jingħataw permessi biex sajjieda barranin ikunu jistgħu jistadu bl-ibħra Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa il-permessi li kellna kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20327 ma kellhom l-ebda effett fuq is-sajjieda Maltin. Naċċertak illi l-liċenzja li għandna f'moħna nintroduċu tkompli tħares iżjed minn qatt qabel il-conservation area tal-ibħra tagħna.
Leg 9 PQ #20330 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Formoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu dawk il-formoli u dettalji li kemm s-sajjieda, pitkali, kompraturi, bejjiegħa bl-imnut u postijiet li jippreparaw l-ikel se jkollhom jimlew biex ikunu konformi mar-regolamenti ta' l-UE dwar il-ħut?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, formoli, vouchers, applikazzjonijiet u karti oħra diġa qegħdin jimtlew min dawn in-nies. Pero' nenfasizza li dan irid isir xorta għal kontroll li tesiġi amministrazzjoni ta' pajjiż u mhux minħabba f'xi regoli ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #20333 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Aċċess Ħieles

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li f'dokumenti ta' l-UE hemm miktub li wara l-1 ta' Jannar 2003 se jidħol fis-seħħ il-prinċipju ġenerali ta' aċċess ħieles anki fit-12-il mil li bħalissa huma riservati għas-sajjieda tal-pajjiżi membri ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li qabel dak iż-żmien il-membri ta' l-Unjoni Ewropeja huma marbuta li jiddiskutu riforma oħra ta' CFP u dak li qed jgħid hu huwa wieħed mill-affarijiet li jridu jiġu diskussi.

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'inhija l-pożizzjoni illum ta' l-istudent li, id-dettalji tiegħu qed jintbagħatu separatament, u meta se jkollu l-opportunita' li jkompli fil-karriera tax-xogħol tiegħu mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Apprendisti m'humiex garantiti mpjieg minn min jipprovdilhom taħriġ fuq ix-xogħol wara li jtemmu l-apprendistat. F'każ li jkun hemm talba minn dispartiment tal-Gvern, il-Gvern jista' jikkonsidra li joħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għall-impjieg mal-Gvern u li għaliha jkunu jistgħu japplikaw dawk kollha li jkunu temmew b'suċċess l-apprendistat tagħhom. Il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma għadditx mill-Final Trade Test u ser terġa' tiġi eżaminata fi żmien sitt xhur.
Leg 9 PQ #20343 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GFC — Laqgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-laqgħa tal-GFC li saret f'Malta għad-Dipartiment tas-Sajd u għal ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kontijiet taż-żewġ laqgħat li saru f'Malta dan l-aħħar, jiġifieri GFCM u ICCAT għadhom ma ngħalqux. Għaldaqstant ma nistax nagħti din l-informazzjoni f'dan l-istadju. Kif ikolli din l-informazzjoni kollha ngħaddielu.
Leg 9 PQ #20256 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju Agrituristiku — Attivitajiet Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-attivitajiet il-ġodda li kienu mgħarfa fil-kalendarju agrituristiku bejn il-perjodu ta' Jannar u Ottubru din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-attivitajiet ġodda għas-sena 2000 bejn Jannar u Ottubru li kienu mgħarfa fil-kalendarju agrituristiku bejn il-perjodu ta' Jannar u Ottubru ta' din is-sena huma dawn li ġejjin: Monthly talks: Malta Geographical Society. One mid-week walk Malta Geographical Society. Woman's Day Celebration Ladies Culture Club. Lecture - Cacti & Succulent Show 1996 in England. Lecture - Cacti of the USA. Group Tours in Kirkop Village and Planting of indigenous trees. Cactus & Succulent Show at Naxxar.

Sigurta' Soċjali — Impjegata

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellha increments bejn l-1991 u l-1994, il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, peress li din il-persuna ġiet infurmata li fil-perijodu bejn l-1991 u l-1994, meta kienet għadha taħdem fid-dipartiment, kellha increments? Fil-fatt l-aħħar increment li ħadet din il-persuna meta kienet fuq Skala 10 bħala principal officer, li dak iż-żmien kienu jissejjħu administrative officers, kien f'Jannar ta' l-1994 liema increment ingħata skond Increment Warrant No. 0098/94?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba fir-Riforma fis-salarji l-ebda 'increments' ma ġew mogħtija lill-impjegati tal-Gvern bejn l-1991 u l-1993. L-'increments' reġgħu ġew mogħtija f'Jannar 1994 wara li tlestiet ir-riforma fis-salarji. Fil-fatt il-persuna msemmija ġie mogħti 'increment' f'Jannar 1994 u wara ngħata l-arretrati mill-1991.
Leg 9 PQ #20320 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Inspezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk spetturi ta' l-Unjoni Ewropea humiex se jkunu jistgħu jagħmlu spezzjonijiet flimkien ma' uffiċjali tas-sajd fuq bastimenti tas-sajd Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xi spezjonijiet f'oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu mal-ħut ilhom regolarment issiru f'Malta għal ċertu snin. Fil-futur, jekk ikun hemm raġuni għalfejn, aħna lesti nilqgħu lill-spetturi ta' l-Unjoni Europea sabiex jaraw bastimenti tas-sajd Maltin ukoll.
Leg 9 PQ #20321 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Logbooks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda ġewx ikonsultati u mgħarrfa dwar il-logbooks li se jkollhom iżommu biex ikunu konformi mar-regolamenti ta' l-UE? Jista' l-Ministru jgħid x'dettalji se jkollhom iniżżlu s-sajjieda f'dawn il-logbooks?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħati risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20324 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx stima dwar l-apparat li s-sajjieda li jkollhom bastiment ta' iktar minn 20 metru se jkollhom iwaħħlu minħabba r-regolamenti ta' l-UE biex ikunu jafu kull ħin u kull mument fejn ikunu jistadu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li stima ta' l-apparat li jitwaħħal fuq dgħajsa sabiex din tkun tista' tinforma l-posiżjoni tagħha saret.
Leg 9 PQ #20327 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Konservazzjoni u Maniġġar tal-Ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sajjieda barranin humiex se jingħataw liċenzji jew permessi biex jistadu fl-ibħra Maltin skond kif hemm fl-Att dwar il-Konservazzjoni u Maniġġar tal-Ħut?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-prezent u fil-passat id-Dipartiment kien illiċenzja u qiegħed jilliċenzja barranin li xtraw dgħajjes Maltin tas-sajd u nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li hemm wkoll bastimenti barranin jistadu taħt bandiera Maltija.
Leg 9 PQ #20220 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Pagamenti lill-Bdiewa, Raħħala u Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlasijiet tal-VAT li d-Dipartiment għandu jagħti lill-bdiewa, raħħala u sajjieda fil-mument? Meta se jitħallsu u meta sar l-aħħar pagamenti lill-bdiewa, raħħala u sajjieda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa’ s-17 ta’ Ottubru 2000, l-ammont ta’ refunds tal-VAT li intalbu mid-Dipartiment mill-bdiewa, sajjieda u raħħala u li jmisshom jitħallsu bejn Novembru 2000 u April 2001 hu ta’ Lm296,519.54. L-aħħar pagament sar f’Ottubru 2000. Dan l-ammont jista’ jinbidel minħabba denunzji oħra li jistgħu jaslu fid-Dipartiment fix-xhur li ġejjin.

Rabat — Għajn Qajjed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jivvota l-flus fl-estimi tal-budget 2001 sabiex isir il-ġnien fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed, ir-Rabat, Malta? Peress li ilhom is-snin isiru l-preparamenti għall-iżvilupp ta' dan il-ġnien f'dawn l-inħawi residenzjali, jista' jara li dan il-bżonn għar-residenti kollha jiġi mwettaq matul is-sena li ġejja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dan l-istadju, d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar diġa' kkommetta ruħu ma' 21 Kunsill Lokali sabiex iwettaq proġetti ta' ġonna f'oqsma tal-Gvern u għalhekk mhuwiex f'pożizzjoni li jagħmel ftehim ġdid ma' kunsilli oħrajn.