Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xahar b'xahar bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, kemm kien in-numru ta' anzjani li daħlu residenti fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern? Kemm huwa n-numru ta' anzjani li jinsabu fuq il-waiting list tal-gvern sabiex jidħlu residenti f'dawn id-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Anzjani — Djar privati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' djar privati li hawn għall-anzjani f'Malta u Għawdex? Kemm huwa n-numru ta' anzjani li jistgħu jikkomodaw? Kemm huwa n-numru ta' anzjani li llum jinsabu residenti f'dawn id-djar privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' djar privati u tal-knisja li hawn għall-anzjani f'Malta u Għawdex huwa 27. Dawn id-djar jistgħu jakkomodaw 1203 anzjan/a. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani ma jkollux records tar-residenti f'dawn id-djar.
Leg 9 PQ #20443 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari numru 14861 għall-perijodu ta' bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta` Settembru 2000 l-Awtorita` kellha 215 applikazzjoni pendenti li jipproponu żvilupp fi proġetti relatati ma` agrikoltura. Bejn Jannar u Settembru l-Awtorita` rċeviet 134 applikazzjoni ġodda għal żvilupp ta` din ix-xorta. Fl-aħħar ta` Settembru 2000 l-Awtorita` kellha wkoll 72 applikazzjoni għar-rikonsiderazzjoni mill-ewwel deċiżjoni li kienet ta` rifjut mill-Bord għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp. Bejn Jannar u Settembru in-numru ta` applikazzjonijiet ġodda għal rikonsiderazzjoni kien ta` 43. Fl-aħħar ta` Settembru 2000 kien hemm 66 applikazzjoni għal deċiżjoni mill-Bord ta` l-Appelli. Bejn Jannar u Settembru in-numru ta` appelli ġodda kien ta` 20.
Leg 9 PQ #20451 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qbiela tar-Raba' — Bord ta' l-Għażla

Question

Peress li f'kull mistoqsija ngħatat it-tweġiba li min se japplika għal skema ta' qbiela se japplika sabiex ikollu titolu, jista' l-Ministru jgħid minn min se jkun kompost il-bord ta' l-għażla ta' l-iskema l-ġdida (għat-titolu) tal-qbiela tar-raba' kif tispjega l-mistoqsija parlamentari numru 20030?

Response (BORG, TONIO)

Ma nistax nifhem għal x`hiex qiegħed jirreferi l-Onorevoli Membru, bil-Bord ta` l-Għażla. L-applikazzjonijiet kollha ser jiġu proċessati mill-uffiċjali tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u ta` l-Uffiċċju Konġunt, skond l-Iskema mħabbra.
Leg 9 PQ #20500 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20153, jista' l-Ministru jinformani bin-numru ta' tobba, nurses u l-istaff kollu li kien hemm xahar b'xahar fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tobba, nurses, paramediċi u l-istaff kollu li jaħdem fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat jaħdem f'dan iċ-Centru fuq bażi permanenti fuq sistema ta' rosters u f'ċertu każi attendenza "sessional". Bejn Jannar u Settembru 2000, kull xahar dejjem kien hemm l-istess numru ta' staff allokat f'dan iċ-Centru tas-Saħħa li hu dan: Tobba: 2 mit-8.00am sas-1.00pm 1 bejn is-1.00pm u l-5.00pm Bejn Jannar u 7 ta' Mejju 2000 kien hemm ukoll tabib wieħed bejn il-5pm - 8pm u bejn it-8pm - 8am l-għada. Minn Mejju, minħabba n-nuqqas ta' tobba fiċ-Centri tas-Saħħa, dan is-servizz waqaf u bejn il-5 ta' filgħaxija u t-8 ta' l-għada filgħodu ma jkunx hemm tobba fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat. Konsulent Mediku: 1 - jattendi sitt darbiet fix-xahar Deputy Nursing Officer - 1 (bir-roster 3 ijiem minn erba') Staff Nurse - 3 Staff Nurse Part-Time - 1 Enrolled Nurse - 6 Enrolled Nurse Part-Time - 1 Health Assistant - 2 Nursing Aides - 4 Security Officers (HSO) - 4 Cleaners - 2 Telephone Operator - 1 Da l-istaff jaħdem b'roster. Kuljum ikun hemm: Nurses: mis-7am sas-2.30pm bejn 6 sa 9 kuljum (waħda minnhom tmur il-Bereġ tad-distrett) skond kif ivarja r-roster. Wara 2.30pm bejn 1 sa 3 nurses sat-8pm. Health Assistant u Nursing Aides: 3 mis-7am sas-6pm u 1 jew 2 sat-8pm. Telephone Operator: 1 - (jalterna ma' Health Assistant). Security Officer: 1 - matul 24 siegħa kuljum. Cleaner: 1 jew 2 skond kif jaħbat ir-roster. Bejn Jannar u Mejju 2000 bil-lejl bejn it-8 ta' filgħaxija u s-7 ta' filgħodu kien ikun hemm staff (barra t-tabib) li kien jikkonsisti f'nurse, health assistant/nursing aide u HSO. Minħabba illi mis-7 ta' Mejju 2000 iċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat jagħlaq fit-8pm minħabba nuqqas ta' tobba, dan l-istaff ma għadux ikun hemm iżda f'dak il-ħin qed jaħdem f'Centri tas-Saħħa oħra. Security Officer jibqa' bil-lejl ir-Rabat. ECG Technician: 1 - jattendi ġurnata ġimgħa iva u ġimgħa le. Radjografu: 1 - jattendi 3 darbiet fil-ġimgħa. Speech Therapists: 2 - waħda minnhom tattendi wkoll l-iskola speċjali tal-Wardija Dentist: 1 - jattendi kuljum mit-Tnejn sas-Sibt Dental Hygienist: 1 - jattendi ġurnata waħda fil-ġimgħa. Well Baby Clinic: darba fil-ġimgħa nhar ta' Sibt - attenduta minn tabib minn St. Luke's, u nurse mit-team tal-Well Baby Clinic li jservi ċ-Centru tas-Saħħa kollha. Diabetes Clinic: jattendi Konsulent minn St. Luke's darba fix-xahar.
Leg 9 PQ #20501 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-ilmenti tar-residenti ta' Triq l-Għollieq u Triq l-Inkurunazzjoni, Mosta, jista' l-Ministru jara li jitwettaq il-programm ta' xogħol meħtieġ? Jista' jara li jinkludi programm ta' landscaping f'dawn l-inħawi residenzjali? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922, seduta 399.
Leg 9 PQ #20502 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20151 għal perijodu bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hekk: Jannar 6189 li jinkludi 97 viżta fid-dar Frar 5924 li jinkludi 73 viżta fid-dar Marzu 6790 li jinkludi 82 viżta fid-dar April 6088 li jinkludi 71 viżta fid-dar Mejju 5190 li jinkludi 46 viżta fid-dar Ġunju 4525 li jinkludi 42 viżta fid-dar Lulju 4897 li jinkludi 48 viżta fid-dar Awwissu 4726 li jinkludi 43 viżta fid-dar Settembru 4272 li jinkludi 33 viħta fid-dar Il-figuri ta' Ottubru 2000 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex ix-xagħar għadu ma spiċċax.
Leg 9 PQ #20527 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20158 għall-perijodu bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Din id-domanda ġiet imwieġba fis-seduta 404.
Leg 9 PQ #20396 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Vat Registered

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 14864

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-18 ta’ Ottubru 2000, in-numru ta’ persuni attivi reġistrati taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien ta’ 45,317
Leg 9 PQ #20397 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari nru. 14862 għall-perjodu ta' bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha 3 applikazzjonijiet pendenti għal proġetti fl-akwakultura, u oħra għal rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni oriġinali.

Għajnuna soċjali — Children Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji romol u single parents li rċevew il-benefiċċju taċ-children allowance matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Imtarfa — Isolation Hospital

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt ilu f'idejn l-awtorita' tad-djar il-bini ta' l-isolation hospital fl-Imtarfa? Kemm saritlu ħsara kawża ta' vandaliżmu dan il-bini abbandunat? Għaliex il-gvern mhux f'pożizzjoni li jaċċetta li dan il-bini jiġi żviluppat mit-Torball Blind Ass. sabiex tiżviluppa ċentru modern għall-għomja li permezz tiegħu jiżdiedu l-opportunitajiet rikriattivi, edukattivi u soċjali għall-għomja Maltin bil-għan li dawn il-persuni jintegraw aktar fis-soċjeta'? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir xi ħaġa mill-aktar fis sabiex dan il-bini jiġi żviluppat għall-ġid tal-persuni għomja u sabiex ikun wieħed mill-aktar ċentri popolari fil-belt ġdida ta' l-Imtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għadda f'idejn l-Awtorita' tad-Djar fis-16 ta' Ġunju 2000, permezz ta' Avviż Legali Nru. 109 ta' l-2000. Minn rapport tal-Pulizija jirriżulta li sar att vandalu f'dan il-fond fl-10 ta' Settembru 1999, meta l-fond ma kienx f'idejn l-Awtorita' tad-Djar. Il-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat bil-każ. Ninsab infurmat ukoll li biex tissewwa l-ħsara li saret, l-ispiża tammonta għal aktar minn Lm10,000. Rigward il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9641 fl-1 ta' Novembru 1999, f'Seduta Nru. 168.

Imtarfa — Bini tal-BFBS

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu f'idejn l-Awtorita' tad-Djar il-bini ta' l-BFBS fl-Imtarfa? Kemm saritlu ħsara kawża ta' vandaliżmu dan il-bini mindu ilu li għadda lill-awtorita'? X'inhuwa maħsub li jsir b'dan il-bini għall-futur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-bini li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ilu f'idejn l-Awtorita' tad-Djar mill-1990. Dan il-bini ser jitwaqqa' biex jinbnew postijiet residenzjali ġodda. Fil-preżent l-Awtorita' tad-Djar għandha applikazzjoni pendenti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp ta' din l-area.

Pensjonijiet — Awtraljani / Kanadizi

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari nru. 14860 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Settembru, n-numru t'applikazzjonijiet li rċieva d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mill-Maltin jew Għawdxin għal pensjonijiet Awstraljani kien ta' 231, filwaqt li dawk għal pensjonijiet Kanadiżi kien ta' 49.

Maltapost — Imtarfa - Letterbox

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir post box fiċ-ċentru ta' l-Imtarfa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-possibilita` li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri fiċ-ċentru ta` l-Imtarfa, qed tiġi studjata mill-Maltapost, primarjament biex ikun żgurat li d-deċiżjoni li tittieħed tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali f`dan ir-rigward.

Imtarfa — Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru pelican lights quddiem l-iskola ta' l-Imtarfa li hemm f'Imtarfa Road, ħdejn l-isptar ta' l-Imtarfa, peress li waqt il-ħin li joħorġu t-tfal mhux qed ikun hemm kontroll tat-traffiku? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u d-Dipartiment tat-Toroq biex jikkonsidraw il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #20390 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal aħjar Imtarfa Road u l-parti ta' Imtarfa Road f'St David Road? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li Triq l-Imtarfa hija mdawwla adekwatament. Ix-xogħol fi Triq San David inbeda u billi dan ix-xogħol huwa estensiv, mistenni jitlesta matul l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #20392 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Lanċa Madonna tal-Karmnu — Diesel

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara li d-direttur tas-sajd japprova t-talba għad-diesel pendenti tas-6 sajjieda tal-lanċa Madonna tal-Karmnu li għandhom ir-registration no. F163?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sidien tad-dgħajsa msemmija kellhom 26,384 litri diesel approvati taħt l-iskema tad-diesel mingħajr dazju diġa fl-ewwel ta' Mejju 2000. Dawn is-sidien talbu allokazzjoni oħra ta' dak il-volum ta' diesel peress li huma għandhom tlett dgħajjes, il-F163, l-F49 u l-F174, u din it-talba kienet ġiet milqugħa xhur ilu. Dawn is-sajjieda talbu żieda oħra barra dik approvata u xogħol qiegħed isir fuqha. Huma intalbu mid-Dipartiment dokumenti sabiex tkun tista' tiġi ġġustifikata din it-talba, iżda d-dokumenti ppreżentati ma jidhirx li huma biżżejjed sabiex tiżdied l-allokazzjoni li kienet ingħatatilhom.
Leg 9 PQ #20393 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — L-Għalqa ta' Kola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19949 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe: jinfurmana dwar x'inhi l-pożizzjoni dwar l-għalqa Ta' Kola, fir-Rabat? Peress li r-residenti tal-lokal kif ukoll il-pubbliku u t-turisti issa huma imxebbgħa jħabbtu wiċċhom mat-trabijiet u d-dehra kerha u żdingata f'dawn l-inħawi tant frekwentati, jista' l-Ministru jara li jsir xi forma ta' ftehim sabiex dan is-sit jiġi mogħti xi forma ta' cold tarmac, li barra li jtaffi l-inkonvenjent għar-residenti jilqa' aħjar l-ilma tax-xita ħalli ma jippenetrax fil-fdalijiet li għadhom ma ġewx skavati u li għadhom jinsabu taħt l-art?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922, seduta 392.
Leg 9 PQ #20395 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Studenti Ġardinara

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19709?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li bħalma ġara fis-snin l-imgħoddija l-istudenti/apprentisti ġardinara li spiċċaw il-kuntratt tagħhom mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma baqgħux jaħdmu mad-Dipartiment wara li għalqilhom l-istess kuntratt.