Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Għar Barka - Trasport

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi dwar l-estensjoni tas-servizz tal-karozza tal-linja għal Għar Barka, Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 18921.
Leg 9 PQ #20641 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjali

Question

Jista’ l-Ministru jinfurmani x'investigazjonijiet saru dwar rapport li deher f'ġurnal lokali dwar il-kundizzjoni tal-majjal lokali fid-dawl tal-pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jrid kif ukoll jindika referenza ċara għall-liema rapport qed jirreferi.
Leg 9 PQ #20669 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċentri ta' Monitoraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jkunu ċ-ċentri ta' monitoraġġ bis-satellita li se jkunu jafu fejn se jkunu s-sajjieda Maltin kull ħin u kull mument?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed nistudjaw il-possibiltajiet li dan iċ-ċentru jkun fid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura jew amalgamat ma' l-Operations Unit ta' l-AFM. Inżid ngħid li ma hemm l-ebda mportanza jew relevanza partikolari għal post fejn ser ikun dan iċ-ċentru.
Leg 9 PQ #20670 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda Dilettanti — Liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sajjieda dilettanti humiex se jkunu suġġetti għal liċenzja biex jistadu? Jista' jgħid jekk huwiex se jkun hemm ħlas għal liċenzja jew permess?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment taċ-Childrens' Allowance — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li hemm quddiem id-Dipartiment taċ-Childrens' Allowance fil-mument? Kemm ilha pendenti l-aktar talba u x'qed jikkawża dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' talbiet għall-Allowance tat-Tfal li għadhom pendenti huwa ta' 1622. Madwar 510 każ għadhom pendenti jew għaliex meta bagħatu l-applikazzjoni ma mlewx id-dettalji kollha jew minkejja li bagħatu għalihom mill-Uffiċċji Distrettwali dawn baqgħu ma marrux biex jagħtu l-informazzjoni mitluba. Oħrajn, madwar 652 applikazzjoni, għadhom pendenti għax applikaw tard, fosthom numru li applikaw riċenti, minkejja li kienu mitlubin fuq il-formola biex japplikaw sa' l-aħħar ta' April. Hemm madwar 460 każ ta' applikazzjonijiet ġodda li daħlu fl-aħħar tlett xhur u li bħalissa qegħdin jinħadmu. Ma tinħassx il-ħtieġa li d-Dipartiment joqgħod juża r-riżorsi tiegħu biex idur kull applikazzjoni pendenti waħda waħda biex jiġi stabilit liema waħda ilha l-aktar pendenti.
Leg 9 PQ #20611 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Triq Ħtajriet

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mit-talba pendenti tar-residenti ta' Triq Ħtajriet, Mosta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-'easement' meħtieġ issa ġie ppubblikat u għaldaqstant ix-xogħol huwa mistenni jinbeda dalwaqt.

Mosta — Triq il-Ħtajriet

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi ta' Triq Ħtajriet, Mosta u ċioe' x'ġara mit-talba tar-residenti sabiex tiġi rranġata din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li diġa ngħataw għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru.19067 u 19838 li għalissa m'hemm xejn x'wieħed iżid magħhom.
Leg 9 PQ #20613 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tjur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20166?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru 2000 kienu: Malta 418 Għawdex 27 Waqt l-ispezzjonijiet ingħataw informazzjoni skond is-sitwazzjoni tar-razzett u skond mistoqsijiet li setgħu staqsew il-produtturi.
Leg 9 PQ #20614 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħaxix/frott — Tunnellaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20209?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-importazzjoni ta' ħaxix u frott frisk matul Jannar u Settembru ta' din is-sena, kif ukoll għall-istess perjodu fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999 kien dan li ġej: Jannar/Settembru Ħaxix (tunnellati) Frott (Tunnellati) 2000 242.O 23,324.0 1999 499.1 21,503.9 1998 271.7 22,037.3 1997 364.0 20,884.5 1996 380.6 18,925.1
Leg 9 PQ #20602 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Claims

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' claims li għandu quddiemu d-Dipartiment tal-VAT fil-mument? Kemm hija s-somma f'ċifra ta' flus involuta f'dawn l-claims favur jew kontra d-dipartiment? Jista' jara li jiġi rimedjat il-claim tal-VAT li qed jintbagħat separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-28 ta’ Ottubru 2000 n-numru ta’ talbiet għall-ħlas lura ta’ kreditu eċċessiv lill-persuni reġistrati taħt l-Att tal-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien ta’ 1,389. Dawn it-talbiet jammontaw għal Lm1,252,793.56. Sa’ l-istess data, n-numru ta’ persuni reġistrati li kellhom taxxa iddikjarata dovuta lid-Dipartiment taħt l-istess Att kien ta’ 651. Din it-taxxa tammonta għal Lm1,026,308.16. Il-verifikazzjoni dwar il-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant tlestit u l-persuna ikkonċernata ser tiġi mgħarrfa bir-riżultat fiż-żmien qasir.
Leg 9 PQ #20603 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/sajjieda — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt tmur lura l-aktar talba pendenti li għandu quddiemu d-Dipartiment tal-Biedja għall-għajnuna lill-bdiewa/sajjied? X'jikkawża dawn id-dewmien u x'inhija l-pożizzjoni ta' dawn il-bdiewa u sajjieda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18452, fejn tgħid illi l-aktar talba li ilha pendenti hija dik ta' bidwi mir-Rabat li kien għamel talba fis-6 ta' Mejju, 1996, din it-talba kienet ġiet approvata mill-ministru ta' dak iż-żmien fit-28 ta' Awissu, 1998, ma kenitx ingħatat peress ma kienx hemm fondi.
Leg 9 PQ #20604 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ilmenti dwar nuqqasijiet ta' trasport għall-iskejjel li ġew irrapportati lid-dipartiment mindu bdiet is-sena skolastika? X'inhija l-pożizzjoni llum fid-dawl ta' dawn l-ilmenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mindu bdiet is-sena skolastika 2000-2001 kellna madwar 30 ilment fl-ewwel ġranet minn madwar 1600 trip kuljum. Il-pożizzjoni fil-preżent hi sodisfaċenti.
Leg 9 PQ #20605 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mtarfa — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk hemmx arranġamenti bejn id-Dipartiment tal-Kultura u dipartiment/awtoritajiet oħra sabiex garaxxijiet abbandunati fl-Imtarfa jiġu wżati mid-deletanti li jarmaw il-karrijiet tal-Karnival? Jekk iva, meta u meta bdew jintużaw dawn l-arranġamenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-sitwazzjoni ta' użu ta' propjeta` tal-Gvern għall-iskopijiet ta' kostruzzjoni ta' karrijiet tal-Karnival hija waħda mimlija irregolaritajiet li f'xi mument jeħtieġ li jiġu indirizzati. Il-ħsieb għal dawn l-aħħar snin kien li jinbena villaġġ għall-karrijiet tal-karnival iżda minħabba prioritajiet oħra, il-proġett ma setax jitwettaq. Id-dewmien għas-soluzzjoni ta' din il-problema m'għandhom qatt jiġu interpretati bħala xi aċċettazzjoni min-naħa tal-Gvern tal-pussess tal-propjeta` tiegħu li, fejn m'hemmx prova kontrarja, huma kollha abbużivi u kontra l-liġi. Dwar il-garaxxijiet imsemmija fl-Imtarfa hemm diskussjonijiet bejn id-Dipartimet tal-Kultura u d-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #20606 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Diviżjoni tal-Plant Health — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema jaħdmu fid-diviżjoni tal-Plant Health fil-mument? Xi grad għandhom? X'apparat kellha din is-sezzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' ħaddiema li jaħmu fis-settur tal-Plant Health huma tnejn u erbgħin (42) kif huma elenkati fit-tabella hawn taħt. Dawn il-ħaddiema jaħdmu fi tlett sezzjonijiet differenti: 1. Fil-laboratorji li jinsabu fl-Għammieri, Marsa. 2. Fil-Plant Biotechnology Centre f'Hal-Lija. 3. Fil-Plant Quarantine Station f'Ta' Qali. F'dawn l-aħħar ħames snin inxtara numru ta' apparat differenti skond il-ħtieġa, u nbena laboratorju ġdid li ġie attrezzat kompletament.
Leg 9 PQ #20608 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Plant Health — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni tal-bżonn tad-direttur tal-Plant Health kif spjegat fil-ħarġa tal-gazzetti tal-gvern tas-6 ta' Ottubru, 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant ċertament jifhem li mhux biżżejjed li l-prodott jitwassal il-pitkalija imma li d-Dipartiment ikollu l-mezzi kif ukoll in-nies li huma kapaċi jserrħu ras il-konsumatur li l-prodott mhux biss huwa sabiħ imma fuq kollox ta' kwalita' tajba, u li ma jagħmilx ħsara lil min jikkunsmaħ. Inżid ngħid illi peress li s-settur Fitosanitarju hu settur importanti inħasset il-ħtiega li dan is-settur jiġi restrutturat, u dan irrispettivament jekk pajjiżna jisseħibx fl-Unjoni Ewropeja jew le. Wara studju intensiv, fost il-konklużjonijiet tagħha, il-Management Efficiency Unit tat il-parir biex jintelgħu postijiet ta' Ufficjali Xjentifiċi u bħala kap ikun hemm Direttur responsabbli għad-diviżjoni tal-Plant Health.
Leg 9 PQ #20528 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa / Sptarijiet — Influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini Maltin li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza miċ-Ċentri tas-Saħħa u sptarijiet f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm minnhom kienu tfal u kemm anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li sal-25 ta` Ottubru 2000 ċittadini Maltin li ħadu it-tilqima kontra l-influwenza f'Malta u Għawdex kienu hekk: Ċentru tas-Saħħa Furjana (Mill-Floriana Immunisation Service Clinic jinkludi ukoll vaccin lill-Istaff tad-Dipartiment u vaccin ieħor fil-komunita` in ġenerali barra minn dak esegwit mill-MMDNA) 6233 Ċentru tas-Saħħa Mosta 2385 Ċentru tas-Saħħa Rabat 1057 Ċentru tas-Saħħa Qormi 2237 Ċentru tas-Saħħa Gżira 1120 Ċentru tas-Saħħa Raħal Ġdid 1902 Ċentru tas-Saħħa Bormla 816 Għawdex (Ċentru tas-Saħħa u Komunita`/Sptar Ġenerali) 1753 SVPR/Mtarfa Home 1370 Sptar San Luqa 1140 Sptar Sir Paul Boffa 150 Sptar Monte Carmeli 700 Sptar Zammit Clapp 172 Sptar Capua 12 Corradino Correctional Facilities 150 Medical Stores 100 MMDNA (Servizzi fil-Komunita`) 805 Djar ta` l-Anzjani 1437 Kunventi 108 Kunsilli Lokali 1487 Adult Training Centre 180 Ir-risposta dwar kemm minnhom kienu tfal u kemm anzjani tingħata f'seduta oħra minħabba li din l-informazzjoni għad mhiex miġbura.
Leg 9 PQ #20597 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sezzjoni tal-Land and Water — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fis-sezzjoni tal-land and water tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura llum? Xi grad għandhom? X'apparat ġdid ingħatalhom matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sezzjoni tal-Land and Water tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u s-sezzjonijiet tagħha hemm 45 ħaddiem li jikkonsistu f': 1 Senior Agricultural Officer 3 Senior Agricultural Foreman 3 Supervisors 1 Clerk 1 Senior Postperson 3 Assistant Foreman 14 Gardener 1 Farmer 2 Heavy Plant Driver 2 Operative 7 General Hand 1 Labourer 6 Impressed Driver L-apparat ġdid kien varju u kien jikkonsisti f'apparat tal-bexx, computers, photocopiers u affarijiet relatati oħra.
Leg 9 PQ #20598 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sezzjoni ta' l-Agrikoltura — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li hemm jaħdmu fis-sezzjoni ta' l-agrikoltura fil-mument? Xi grad għandhom? X'apparat ġdid ingħatalhom matul dawn l-aħħar sentejn? X'inhuwa l-programm ta' din is-sezzjoni sa Diċembru li ġej?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ħaddiema li hemm jaħdmu fis-sezzjoni ta' l-Agrikoltura (Qasam tal-Gvern l-Għammieri) fil-mument huwa 241. Il-Gradi ta' dawn il-ħaddiema huma kif jidher hawn taħt: Agricultural Officers 6 Assistant Agricultural Foremen 5 Assistant Foreman 1 Assistant Principals 7 Assistant Technical Officers 2 Casual Substitute Executive Officer 1 Casual Typist 1 Chief Scientific Officer 1 Clerks 9 Executive Officers 6 Farmers 14 Foreman (Garage) 1 Gardeners 19 General Hand 41 Grade 4 1 Heavy Plant Drivers 4 Hospital Auxiliary 1 Labourers 2 Mail Officer 1 Messengers 5 Motor Transport Driver 1 On Contract 1 Operatives 21 Pharmacists 2 Police Constable 1 Porter 1 Postpersons 2 Principal 1 Principal Agricultural Officers 2 Principal Scientific Officer 1 Scientific Officers 4 Security Guard 1 Security Officers 3 Senior Agricultural Foremen 4 Senior Agricultural Officers 5 Senior Operatives 4 Senior Postperson 1 Senior Principal 1 Senior Scientific Officer 1 Senior Technical Officer 1 Senior Tradesmen 18 Supervisors 4 Technical Officer 1 Technicians 8 Timekeepers 5 Tradesmen 15 Vet.Assistants 2 Watchmen 2 L-apparat ġdid kien varju u kien jikkonsisti f'għodod tal-biedja, għodod ta' l-idejn u għodda varjata oħra għas-sezzjoni tal-"Maintenance", apparat tal-bexx, pompi varji ta' l-ilma, computers, fax machine, photocopiers u affarijiet relatati oħra skond il-bżonnijiet ta' kull sezzjoni. Inxtara wkoll apparat ġdid għall-Laboratorju tal-Plant Health. Inxtrat b’tender Total Fixed Ration Feed Mixer Machine (TMR machine), magna li tħallat il-ġwież bl-aħħar teknoloġija, għas-somma ta’ Lm8,565. Din ġiet ordnata fil-11 ta’ Settembru 2000 għall-Animal Husbandry Section, u għandha tasal f’qasir żmien. Il-programm tas-sezzjoni ta' l-Agrikoltura sa Diċembru li ġej huwa it-tkomplija ta' xogħol varju ġa mibdi, kif ukoll xogħolijiet oħra li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.

Rabat — Venda

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi dwar il-kwestjoni tal-venda tar-Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-aħħar żviluppi li kien hemm huma li l-Awtorita' ddikkjarat uffiċjalment, f'pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-10 ta' Ottubru, li l-vened fir-Rabat huma dawk ta' Triq Sta. Rita u tal-Pjazza tas-Saqqajja.