Jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni għal mistoqsija parlamentari nru. 17641 u jagħti breakdown ukoll tal-kontravenzjonijiet separatament jekk huwa possibbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif mogħti fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17641, bejn l-1 ta` Lulju u l-31 ta` Ottubru ta` din is-sena, in-numru ta` ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet maħruġa mill-Pulizija kien ta` 30,641 f`Malta u 952 f`Għawdex.
Jista' l-Ministru jinfurmana xi progress sar u cioe' meta se jiġu asfaltati t-toroq fil-Baħrija, Triq il-Qastan, Triq T. Xerri, Triq il-Kappella l-Qadima u Triq il-Ġdida fi Triq il-Lewż? Meta fil-fatt se jibdew ix-xogħlijiet sabiex ir-residenti jkollhom toroq aktar konvenjenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 17396.
Jista' l-Ministru jdaħħal fl-estimi tas-sena d-dieħla l-ispiża meħtieġa sabiex tiddawwal aħjar l-Imtarfa bypass u Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat?
Kemm fil-fatt hija n-nefqa meħtieġa sabiex dawn it-toroq fir-Rabat jiddawwlu aħjar?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant sabiex jiddawwlu t-toroq imsemmija, li l-ispiża għalihom tammonta għal madwar tnejn u erbgħin elf lira, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmana meta se tiġi żviluppata l-pjazza li hemm fi Triq il-Qastan il-Baħrija?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' kif se tiġi żviluppata din il-pjazza li tinsab fejn il-knisja l-ġdida tal-Baħrija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 20814. Id-Dipartiment tat-Toroq għadu ma rċeviex pjanta ta' kif il-Kunsill jixtieq jiżviluppa l-pjazza msemmija.
Jista’ l-Ministru jinfurmani għaliex il-parti li tinsab fin-nofs tat-toroq cioe' bejn Triq Dun Karm Sciberras il-Mosta u parti minn Vjal l-Indipendenza l-Mosta stess fl-inħawi magħrufa tal-Blata l-Għolja, tħalliet żdingata għal dawn is-snin kollha?
Jista' jara li jsir il-kordinament bejn l-urban and rural landscaping u l-kunsill lokali tal-Mosta ħalli din il-parti tal-Mosta tissebbaħ u r-residenti jkollhom ambjent aħjar?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ħadt nota ta' dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant u għaddejta lill-uffiċjal inkarigat sabiex jiġi nvestigat dan l-ilment.
Jista’ l-Ministru jinformani kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tat-Toroq matul l-1999 u din is-sena sabiex ġew irranġati t-toroq fir-Rabat, Malta?
Liema kienu t-toroq li ġew irranġati fil-fatt matul dan il-perjodu?
Jista' jara li fl-estimi tal-Budget li ġej iżid din is-somma sabiex jitranġaw aħjar it-toroq fir-Rabat u partikolarment fil-Baħrija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 1999 u din is-sena saru dawn ix-xogħolijiet ir-Rabat:
Tkomplija ta' Triq Alfreski
Triq ġdida fi Triq Fidloqqom
Triq is-Siġar,
Triq Dun M. Callus
Triq Franton
Triq R. Saliba
Triq Mtarfa South Bound
Triq l-Għarreqin
Jien infurmat ukoll li s'issa tħallas l-ammont ta' Lm190,056, u hemm ippjanat li malli joħroġ il-permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar jinbeda xogħol fuq it-tieni fażi tal-bypass filwaqt li xogħolijiet oħra fil-Baħrija u fir-Rabat jitkomplew skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament teħtieġ immedjatament il-pagament dovut lilha mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni bħala refund, jista’ l-Ministru jara li jiġi rimedjat dan il-bżonn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onor. Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista’ l-Ministru jinformani kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tat-Toroq matul din is-sena u s-sena l-oħra sabiex ġew irranġati t-toroq tal-Mosta?
Liema kienu t-toroq fil-fatt li ġew irranġati matul dan il-perjodu?
Jista' jara li fl-estimi tal-Budget li ġej iżid din is-somma ħalli jkun jistgħu jittranġaw aħjar it-toroq tal-Mostin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 1999 u din is sena id-Dipartiment ħadem mal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex tinfetaħ Triq il-Ħtajriet, Mosta Ring Road, isir titjib li minn Tarġa Gap tagħti għar-Rabat, irranġar tal-Pjazza u easement għall-kostruzzjoni ta' culvert minn Triq il-Kbira.
Sejħiet għal offerti ġew ippubblikati għall-kostruzzjoni tar-Ring Road u titjib tat-triq tar-Rabat, u ser ikunu pubblikati sejħiet għal offerti għal asfaltar ta' toroq f'tax-Xkora u f'tal-Wey.
Fis-sena 1999 hu stmat li ntefqu mal-Lm12,000 f'xogħol ta' surveys mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar bi preparamenti għal dan ix-xogħol ta' irranġar ta' toroq.
Nerġa nsostni dak li għidt drabi oħra, ċioe' li qabel jiġi esegwit xi xogħol iridu jsiru l-preparamenti neċessarji għal xogħol bħal dan.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti fl-oqsma tal-Biedja, Sajd u Akwakultura li jagħmlu sens u dawk li ma jagħmlux sens kif spejga huwa?
Jista' jispjega liema kienu l-proġetti taħt l-Amministrazzjoni preċedenti li skond kif indika huwa fis-Seduta Nru. 401 ma kenux jagħmlu sens?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jagħmlu sens fis-sens li dawn il-proġetti ikunu feasible, cost effective u parti mir-restructuring li jrid isir f'dawn l-oqsma irrispettivament jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropeja jew le.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 20321?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm hemm ħafna dettalji fil-log books, fil-każ tal-Mediterran jitniżżlu biss il-pixxispad u tonn bħala numru ta' rjus u piż.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn u x'niggwadanjaw għal Malta wara li insiru membri sħaħ tal-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku kif jingħad li se jsir wara li Malta ssir membru ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Malta bħalissa għandha pożizzjoni ta’ osservatur f’din il-Kummissjoni magħrufa bħala ICCAT. Pero xorta waħda, aħna soġġetti għar-regolamenti u d-deċiżjonijiet ta’ din il-Kummissjoni permezz tal-GFCM li tiegħu aħna membri sħaħ.
L-għazla jekk Malta ssirx membru sħiħ ta’ l-ICCAT hija purament għażla tal-Gvern Malti, u ma tiġiex affettwata mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Pero tajjeb li wieħed jgħid, li mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, l-interessi ta’ Malta, bħala membru fl-Unjoni, jiġu mħarsa mill-Unjoni Ewropeja stess li hija membru sħiħ f’din il-Kummissjoni, anke jekk Malta tagħżel li tibqa żżomm l-istatus tagħha ta’ osservatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tkunx tista' żżomm l-importazzjoni ta' ħut mill-Unjoni Ewropea fuq kwestjonijiet ta' ħarsien ta' saħħa jekk Malta jkollha standards ta' ħarsien ta' saħħa ikbar minn dak ta' l-Unjoni Ewropea u l-ħut importat ikun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iva, tista' tinżamm l-importazzjoni, sakemm ir-raġunijiet ikunu validi u sostanzjati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta tistax ma ssirx membru sħiħ tal-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-tonn ta' l-Atlantiku wara li Malta tkun membru ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20713.
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20713 tgħid li Malta bħalissa għandha pożizzjoni ta’ osservatur f’din il-Kummissjoni magħrufa bħala ICCAT. Pero xorta waħda, aħna soġġetti għar-regolamenti u d-deċiżjonijiet ta’ din il-Kummissjoni permezz tal-GFCM li tiegħu aħna membri sħaħ.
L-għażla jekk Malta ssirx membru sħiħ ta’ l-ICCAT hija purament għażla tal-Gvern Malti, u ma tiġiex affettwata mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Pero tajjeb li wieħed jgħid, li mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, l-interessi ta’ Malta, bħala membru fl-Unjoni, jiġu mħarsa mill-Unjoni Ewropeja stess li hija membru sħiħ f’din il-Kummissjoni, anke jekk Malta tagħżel li tibqa żżomm l-istatus tagħha ta’ osservatur.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sajjieda se jiġu mġiegħla jdaħħlu s-sistema ta' monitoraġġ bis-satelitta sa nofs is-sena d-dieħla meta qiegħed jingħad li l-iktar data viċin biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea hija s-sena 2005?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-VMS mhux mitlub biss mill-Unjoni Ewropea iżda wkoll mill-Agreement for Straddling and Highly Migratory Fish Stocks li jirriżulta fil-qasam tas-sajd u huwa parti mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda, l'UNCLOS.
L-Onor. Interpellant għandu jifhem li t-titjib li qed nipproponu, bħal dak tal-VMS, irid isir għax hemm bżonnu fl-aħjar interess tal-Poplu Malti, partikolarment tas-settur tas-sajd u dan irrespettivament jekk nissieħbux jew le fl-Unjoni Ewropea.
Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku tagħmilx kwoti jew rakkomandazzjonijiet dwar qbid tat-Tonn għall-membri tagħha?
Jekk huwa l-każ, jista' jpoġġi kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iva, l-ICCAT tagħmel kwoti jew rakkomandazzjonijiet dwar qbid tat-tonn għall-membri tagħha.
Dawn il-kwoti huma maħduma fuq l-aħjar qabda bejn 1993 u 1994. Il-kwota ta' Malta u pajjiżi li ma humiex membri sħaħ fil-ICCAT huma inklużi kollha taħt kwota waħda indikata bħala Allocation for Non Contracting Parties.
Qed inqiegħed id-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Abbozz tal-Liġi dwar il-Konservazzjoni u Amministrazzjoni tas-Sajd
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u Amministrazzjoni tas-Sajd li dan qiegħed isir minħabba r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-Liġi tal-Baħar, waqt li f'paġna 127 tal-NPAA jingħad li dan ġie magħmul biex jikkonforma mal-liġijiet tal-Komunita' dwar l-Immaniġġar u l-kontroll tar-riżorsi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Komunita' Ewropea hija wkoll membru tal-Ġnus Maqgħuda u għaldaqstant ir-regolamenti tagħha huma konformi mal-Konvenzjoni u l-Agreements li minnha jirriżultaw.
Iżjed minn hekk, ta' min jenfasizza li liġi ta' l-konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd hija ntiża biex inżommu l-industrija tas-sajd sostenibbli fl-istess ibħra tas-sajd, u dan irrespettivament jekk insirux membri fl-Unjoni Ewropea jew le .
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qiegħed jingħad f'paġna 127 ta' l-NPAA li l-kwota tat-tonn għal Malta tkun trid tiġi nkluża fil-kwota ta' l-Unjoni Ewropea wara li Malta ssir membru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li kull ma hu internazzjonali ikun meqjus bħala kompetenza tal-Kummissjoni jekk aħna nkunu membri sħaħ. Il-kwota tagħna fil-preżent qegħda tgħodd man-Non Contracting Parties. Din tkun trid tiġi mċaqalqa biex tibda tgħodd ma dik tal-membri ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Dan ifisser li Malta iżżomm l-istess kwota li għandha pero tkun tidher bħala parti mill-kwota totali ta’ l-Unjoni Ewropeja, li minn naħa tagħha tkun żdiedet biex tirrifletti d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kwota stabbilita għal Malta trid tiddaħħal mal-kwota ta' l-Unjoni Ewropea u ma tibqax direttament mogħtija lil Malta, wara li Malta ssir membru?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub biex jispeċifika għal liema kwota qed jirreferi. Dwar il-kwota tat-tonn diġa tajt informazzjoni fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20707.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea tkunx tista' tnaqqas 'il quddiem il-kwota tat-tonn ta' Malta u tagħtiha lil xi stat membru ieħor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwota tat-tonn tiġi varjata biss mill-ICCAT u ħadd aktar. L-Unjoni Ewropea min naħa tagħha tadotta il-prinċipju ta' stabilita relattiva f'dan il-qasam.
Il-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex il-poter biex titrasferixxi jew tieħu l-kwota ta' stat biex ittiha lil xi stat ieħor.