Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu mill-Ministeru dwar l-ilmenti li ressqu l-Meat Sellers Association sabiex isiru bins għall-biċċiet tal-laħam li jintremew ma' l-art minn xi individwi u jikkawżaw nuqqas ta' iġene fil-biċċerija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu mill-Meat Sellers Association fil-21 ta' Settembru, 2000 dwar l-użien tar-robbu tal-majjal u partijiet oħra? X'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Conservation and Management of Straddling and High Migratory Fish Stock
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20696?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment tas-Sajd ma għandu l-ebda informazzjoni dwar l-istudju li l-Onor. Interpellant qed jgħid li sar.
Għaldaqstant ngħid li l-Conservation and Management of Straddling and Highly Migratory Fish Stock Agreement huwa għodda tal-UNCLOS biex jiġi mmaniġjat b'mod sostenibbli bl-istocks tal-ħut pelaġiku. Pajjiżna jista' fil-futur jirratifika dan l-agreement li bħalma diġa għidt jifforma parti mill-UNCLOS.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' ċittadini reġistrati ma' l-Inland Revenue li ħalsu l-NI (National Insurance Contribution) bejn l-1999 u sena 2000, sena b'sena bħala ħaddiema u bħala self-employed?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ċittadini rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ħallsu s-Social Security Contributions huwa kif ġej:
Impjegati
:
1999 : 135,886
2000 : L-informazzjoni tasal fi Frar 2001 meta jintbagħtu d-dokumenti tal-FSS.
Self-employed
jew
Self-occupied:
1999 : 18,904
2000 : 18,634
Nota: Fil-każ tas-
self employed
, in-numru rreġistrat mad-Dipartment jinġabar matul is-sena mal-ħlas tal-
Provisional Tax.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-follow up li saret mill-Ministeru b'referenza għall-ittra ta' 21.09.2000 tal-Meat Sellers Association li tittratta l-ilment tal-bejjiegħa tal-laħam lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436 tat-Tnejn filgħaxija, wara li ġie stabbilit li l-ilmenti kollha li hemm fl-ittra li qed issir riferenza għaliha jirreferu speċifikament għall-operat tal-biċċerija, kopja ta' l-istess ittra ġiet mgħoddija lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura.
Ninsab infurmat li l-punti kollha elenkati fl-imsemmija ittra qed jiġu investigati.
X'kienet ir-raġuni li nġabbru t-tiġieg minn ġol ħwienet lokali u se jittellgħu xi persuni l-Qorti mid-Dipartiment tas-Sanita'?
Kemm huma n-numri ta' persuni nvoluti u li se jittellgħu il-Qorti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li nġabbru numru ta' tiġieg minn ġo ħwienet lokali wara spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika minħabba li tali tiġieġ kienu jikkontravenu r-Regolamenti li joħorġu minn Kapitlu 231.
Erbgħa w tletin persuna ser jitressqu l-Qorti fuq tali akkużi. Dan ma jeskludix li tittieħed azzjoni kontra persuni oħra fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat l-iżball tal-kont ta' l-Enemalta li qed jintbagħat separatament?
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jogħġbu meta se jiġi rimedjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-konsumatur kien qed jirċievi żewġ kontijiet separati, wieħed ta' l-ilma u l-ieħor tad-dawl.
Meta l-kont tad-dawl ġie magħqud ma' ta' l-ilma, irriżulta li għalkemm fil-kont l-antik il-konsum kien jidher, fil-fatt il-konsumatur kien qiegħed jirċievi biss il-kont bil-kera ta' l-arloġġ li kien ikopri l-perjodu bejn il-15 ta' Mejju 1998 u l-20 ta' Awissu 1998.
Wara konsultazzjoni mal-Korporazzjoni Enemalta, il-kontijiet għall-perjodu bejn il-15 ta' Mejju 1998 u l-20 ta' Awissu 1998 u l-perjodu bejn l-20 ta' Awissu 1998 u t-28 ta' Jannar 2000 ġew riveduti u fil-fatt il-konsumatur ingħata kreditu ta' Lm16.85.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li saru mill-Meat Sellers Association b'riferenza għall-istat ta' iġene li jkun hemm waqt il-ħin tax-xiri tal-majjal, kif imsemmija fl-ittra li l-assoċjazzjoni bagħtet lil Mark Xerri fil-21 ta' Settembru, 2000 li huwa rappreżentant fil-Ministeru tiegħek? X'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tatġtweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilma fil-ħawt fid-dħul mill-bieb tal-biċċerija peress li jista' jxerred il-mard kif intqal fl-ilment tal-Meat Sellers Association li tressaq nhar il-21 ta' Settembru., 2000 lill-Ministeru? X'inhija l-pożizzjoni llum dwar dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Ministru dwar l-ilment ta' nuqqas ta' wash hand basin fil-biċċerrija li tressaq mill-Meat Sellers Association nhar il-21 ta' Settembru 2000?
X'inhija s-sitwazzjoni llum dwar dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtuħ tal-provvista tad-dawl matul is-Sibt filgħaxija 11.11.2000 u t-Tnejn filgħodu 13.11.2000 f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex?
Kemm kienet tiswa l-ħsara kawżata u kif affettwat lis-sidien ta' stabilimenti kummerċjali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-qtugħ fil-provvista tad-dawl li kien hemm fil-għaxija tas-Sibt 11 ta' Novembru u fil-għodu tat-Tnejn 13 ta' Novembru kienet kawżata minn splużjoni ta' "circuit breaker" tat-33KV. Kaġun ta' din l-isplużjoni, wieħed mis-switchboards tat-33 KV kellu jintefa għal kollox. Peress li ċerti nħawi ta' Malta jieħdu l-parti l-kbira tal-provvista minn dan is-switchboard, ma kienx possibbli li dawn l-inħawi titwasslilhom il-provvista sħiħa, u għalhekk id-dawl kellu jiġi sospiż f'xi ħinijiet meta d-domanda kienet qawwija wisq.
Għadu ma ġiex stabbilit bl-eżatt kemm ġiet tiswa din il-ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li jridu jitħallsu f'taxxi u kontribuzzjonijiet tal-bolla tas-Sigurta' Nazzjonali abbażi tal-commitment ta' din is-sena li qegħdin fiha, mill-negozjanti u kumpaniji privati?
Jista' jinfurmani bis-sitwazzjoni tal-kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem fihom ?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li l-ammonti mitluba huma taħt.
Il-fiġuri għas-sena 2000 jirrapresentaw id-dħul (revenue) ta' bejn Janar u Ottubru 2000 mis-sorsi indikati.
Kategorija ta' taxpayer Kontrubuzzjonijiet tas-Sigurta Socjali Corporate/Income Tax Taxxa F.S.S.
1.
Kumpaniji Parastatali
1999 Lm5,820,000 Lm1,495,425 Lm5,906,958
*
2000 Lm5,579,871 Lm7,698,566 Lm5,212,765
2.
Kumpaniji Privati
1999 Lm35,212,243 Lm41,563,818 Lm24,339,005
* 2000 Lm33,575,939 Lm40,574,202 Lm24,199,777
3.
Impjegati għ
al rashom
1999 Lm16,298,569 Lm5,332,321 Lm7,893,440
*
2000 Lm14,722,120 Lm5,132,919 Lm8,092,911
NOTA
:
*
L-ammonti għas-sena 2000 juru d-dħul (revenue) attwali għall-perjodu Jannar/Ottubru 2000.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru responsabbli mill-interessi tal-Meat Sellers Association u tal-konsumaturi dwar l-ilment li l-Meat Sellers Association ressqet nhar il-21.09.00 lill-awtoritajiet konċernati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Meat Sellers Association ma ressqet l-ebda ilment lill-Ministeru tiegħi fil-21 ta' Settembru 2000. Pero' ninsab infurmat li l-ilmenti li tressqu lill-Ministru ieħor, ġew mgħoddija reċentiment lill-uffiċjali tal-Minsteru tiegħi li wara li nvestigaw iltaqgħu ma din l-Assoċjazzjoni. F'din il-laqgħa ġew trattati u diskussi il-materji kollha għas-sodisfazzjon taż-żewġ naħat.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'follow up saret dwar l-ilment ta' LM 2 li skond il-Meat Sellers Association huma żejda u ta' piż fuq il-membri tagħha?
X'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti tal-Meat Sellers Association li tressaq fil-21.09.2000 dwar l-inkonvenjent tal-parking li jsibu xi xerrejja fil-Biċċerija?
X'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hija l-kwantita' ta' produzzjoni tad-demel naturali li tipproduċi l-industrija lokali tal-fniek f'pajjiżna fuq bażi ta' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, x'passi ttieħdu dwar l-ilment ta' nhar l-21.09.2000, tal-bejjiegħa tal-laħam dwar il-bejgħ taċ-ċanga lill-persuni li la għandhom Vat number u lanqas ħanut tal-laħam?
X'inhija s-sitwazzjoni dwar dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għandi għax naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-bejgħ tal-laħam mill-biċċerija.
L-ittra li qed issir riferenza għaliha ġiet ikkupjata lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura.
Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu dwar l-ilment taċ-ċertifikat taċ-ċanja li tressaq mill- Meat Sellers Association nhar il-21.09.2000 mill-Ministeru?
X'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa dwar l-ilmenti tal-Meat Sellers Association li saru nhar il-21 ta' Settembru, 2000 li fiċ-chillers fejn jitpoġġa l-majjal qed ikun hemm ilma jintenn ma' l-art?
X'passi ttieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta ta' llum stess.