Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bastimenti militari l-daħlu fil-portijiet Maltin matul l-1997, 1998 u 1999 u din is-sena?
Ta' liema armata kienu u x'tip ta' bastimenti kienu u x'kapacita' ta' munizjon iġorru?
Kemm swew lill-Gvern Malti fi spejjeż dawn il-vapuri militari?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 21217, jien infurmat li matul is-snin 1997 u 1998 żaru l-portijiet ta' Malta 42 vapur militari.
L-Awtorita' Marittima ma żżomx informazzjoni dwar it-tip ta' bastimenti navali jew it-tip ta' munizzjon li l-bastiment ikun qed iġorr.
Jien infurmat ukoll li l-vapuri militari ma jiswewx spejjeż lill-Awtorita' marittima meta dawn ikunu fil-portijiet Maltin, madanakollu nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Principal officer
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li kienet taħdem bħala principal officer mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, li kellha increment f'Jannar ta' l-1994, skond increment warrant No. 0098/94, kemm-il increment kellha qabel, jiġifieri mill-1991 sa l-1993?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1991 u 1993, minħabba fir-riforma fis-salarju, ħadd mill-impjegati tal-Gvern ma ġew mogħtija increments. L-increments ġew mogħtija f'Jannar 1994 wara li tlestiet ir-riforma fis-salarji.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd mill-uffiċjali tal-Ministeru jitkellhem mal-kuċċiera tar-Rabat sabiex jisma' l-ilmenti tagħhom dwar problemi li qed jiffaċjaw huma u ż-żwiemel tagħhom kawża ta' xogħlijiet li saru fl-Mdina mill-Mdina Rehabilitation Committee u li mistennija jsiru?
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi ta' dawn l-ilmenti tal-ħaddiema Rabtin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21065 (Seduta 432).
Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina huwa lest li jiltaqa' mal-kuċċiera iżda ħadd mill-kuċċiera għadu ma avviċina lill-Kumitat biex issir laqgħa. Dan jista' jsir jew permezz ta' ittra jew permezz ta' l-uffiċjali tekniċi li huma preżenti fl-uffiċċju tal-proġett li huwa fl-istess uffiċċju tal-Kunsill Lokali Mdina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl-Imtarfa? Kemm minn dawn il-ġibjuni kienu nbnew matul il-perijodu li l-Imtarfa ġiet żviluppata mis-Servizzi Ingliżi u kemm inbnew mill-1987 'l hawn?
X'manutenzjoni saret matul l-1999 u din is-sena fuq dawn il-ġibjuni? Kif qed jiġi wżat dan l-ilma fil-mument?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għandha ebda informazzjoni dwar il-ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl-Imtarfa, billi dawn mhumiex parti minn network ta' l-ilma tax-xorb.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk ir-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma tax-xiri li saret manutenzjoni fihom matul l-1999 u din is-sena?
Kemm swiet din il-manutenzjoni u liema huma dawk ir-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma li se jiġu rranġati b'manutenzjoni sabiex ikollna aktar ħażna ta' l-ilma tax-xita f'pajjiżna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra u din is-sena ma saritx manutenzjoni fuq ġibjuni ta' l-ilma tax-xita.
Għall-futur, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tistudja x'arranġamenti effettivi jistgħu jsiru għall-manutenzjoni ta' dawn il-ġibjuni.
Jista' l-Ministru jinfurmana jekk hemmx xi policy mid-dipartiment għall-ambjent dwar kif għandhom isiru trejqiet tal-bdiewa sabiex ikunu aktar environmental friendly cioe' metodi li fihom ma hemmx għalfejn jintuża konkos?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress illi dawn it-trejqiet isiru mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ikun aktar xieraq illi l-Onorevoli Interpellant jindirizza mistoqsijiet fuq dan is-suġġett lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien in-numru ta' rapporti dwar spejjer ta' l-ilma tad-drenaġġ li tressqu lid-dipartiment tad-drenaġġ mill-kunsilli lokali, bdiewa u familji matul l-1999 u din is-sena separatament? X'passi ttieħdu? X'inhija s-sitwazzjoni llum? Minn liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex waslu dawn l-ilmenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-Mistoqsija Parlamentari rigward x'tip ta' rapporti qiegħed jirreferi għalihom u jekk humiex spejjer ta' l-ilma jew tad-drenaġġ.
Peress li fil-madwar tat-toroq kollha fl-inħawi residenzjali tal-Blata l-Għolja, il-Mosta, jentħieġu landscaping sabiex ikun hemm ambjent aħjar, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir sabiex jiġu upgraded dawn l-inħawi fil-Mosta?
Jista' l-Ministru ġentilment jara li jsir sforz sabiex il-programm tal-landscaping isir sal-Milied ħalli dawn ir-residenti jkollhom toroq f'ambjent xieraq?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minkejja li r-responsabbilita għax-xogħol li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax direttament taħt il-Ministeru tiegħi, qiegħed nieħu nota ta’ s-suġġeriment biex nirreferih lill-awtorita kompetenti.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal tadam fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li t-tadam komuni li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 1,869,934 kilos għal-prezz ta' Lm217,398, cioe prezz medju ta' 11.63ċ fuq kull kilo. It-tadam tas-serra li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 1,288,337 kilos għal-prezz ta' Lm382,977, cioe prezz medju ta' 29.73ċ fuq kull kilo.
Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal frawli fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-frawli li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 760,702 kilos għal-prezz ta' Lm147,284, cioe prezz medju ta' 19.36ċ fuq kull kilo.
Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal lumi fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-lumi li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 166,655 kilos għal-prezz ta' Lm42,078, cioe prezz medju ta' 25.25ċ fuq kull kilo.
Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21046, jista' l-Ministru jinvestiga mill-ġdid peress li s-sidien ta' l-ispiera ta' l-ilma msemmija assigurawni li din mhux spiera tad-drenaġġ imma spiera ta' l-ilma ġieri?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-ispiera li saret riferenza għaliha fil-mistoqsija numru 21046, kellha tappiera tad-drenaġġ ġewwa Vjal il-Ħaddiema, ir-Rabat.
Minn informazzjoni oħra li ġabret il-Korporazzjoni, ġie stabbilit li l-ispiera li hemm fl-inħawi msemmija fil-mistoqsija numru 21046 huma privati. In vista ta' dan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix f'pożizzjoni li tieħu passi fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'dawn l-ispieri.
Fid-dawl tal-mistoqsija parlamentari nru 20999 u l-ħlas ta' Lm 563,963 li nqatgħu direttament f'taxxi lill-pensjonanti Maltin u Għawdxin, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jikkalkula l-Gvern li jdaħħal f'taxxi mill-pensjoni ta' l-anzjani għas-sena 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu jaqa' d-Dipartiment tat-Taxxi Nterni.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi li kien hemm dwar il-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat?
Jista' jinformani x'ġara mit-talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex jiġi asfaltat temporanjament ħalli barra li tkun ta' protezjoni mill-llma għall-fdalijiet storiċi li għadhom ma ġewx skavati, jiġi eliminat l-inkonvenjent lir-residenti Rabtin u lill-pubbliku u turisti li jzuru dawn l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iżviluppi li kien hemm dwar is-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kienu kif ġej:-
Applikazzjoni u Appell
Is-sit ġie espropjat b`dikjarazzjoni Presidenzjali fl-1977 (Govt. Notice 605/77). Fl-1995 saret applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex tirriabilita dan is-sit f`parkeġġ adekwat. Din l-arja tinsab fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta` l-Imdina. It-talba ġiet approvata mill-Awtorita` b`għadd ta` kundizzjonijiet sabiex jiġu protetti l-fdalijiet arkeoloġiċi. Sar appell kontra l-permess minn terzi li huma wieħed mis-sidien privati, liema appell ġie milqugħ mill-Bord ta` l-Appelli. Sadanittant, l-appell qed ikompli jinstema` biex jiddetermina l-validita` tal-permess maħruġ fuq il-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Kundizzjonijiet
Il-pożizzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq dan is-sit huma:
- Li ma jsirx żvilupp li jokkomprometti il-preservazzjoni u l-istudju futur tal-fdalijiet arkeoloġiċi.
- L-użu kurrenti qed jagħmel ħsara lid-depositi arkeoloġiċi li jinsabu fil-wiċċ, kemm billi qed jittieklu, jitgħafġu u jitkissru bit-traffiku.
- Ma jsirx ipparkjar ta` vetturi kummerċjali minħabba t-toqol.
- Għandu jsir analiżi sabiex jitnaqqas l-impatt fuq dawn il-fdalijiet.
- Kwalunkwe intervent għandu jkun riversibbli mingħajr ħsara lil arkeoloġija.
- L-uniku tħaffir li jista` jsir għandu jkun limitat biss għal skavi arkeoloġiċi, u li jekk ikun hemm bżonn il-fdalijiet jerġgħu jiġu mgħottija. L-iskavi jistgħu jsiru biss skond kif ipprovdut mill-Att dwar il-Protezzjoni ta` l-Antikitajiet ta` l-1925.
Is-Sit
Nifhmu li l-għalqa ta` Kola fir-Rabat hi dik magħrufa bħala l-Pitkalija/Ta` Duna/Ta` l-Imżiebel bejn il-Wesgħa tal-Mużew li tinsab quddiem il-Mużew ta` l-Antikitajiet Rumani, Howard Gardens u Triq il-Karrijiet. Din il-wesgħa għal żmien ilha tintuża bħala parkeġġ tal-karozzi.
Skavi arkeoloġ
iċ
i
Bejn l-1983 u l-1993 saru skavi ta` investigazzjoni arkeoloġika f`parti mill-wesgħa tal-Mużew. Dawn l-iskavi saru minn grupp ta` arkeoloġiċi mill-Universita` ta` Los Angeles, California, bil-permess tad-Dipartiment tal-Mużewijiet u bl-għajnuna ta` volontiera tal-Grupp Arkeoloġiku Malti. L-iskavi kienu svelaw parti mill-belt Rumana ta` Melite li kienu jinkludu parti minn triq, l-għatba u parti minn faċċata ta` dar u bir forma ta` qanpiena fond sitt metri, u għadd ta` fuħħar u depositi arkeoloġiċi oħra. Dawn tefgħu dawl importanti dwar il-potenzjal arkeoloġiku ta` din l-arja tar-Rabat li s`issa għadha ma ġietx żviluppata, u għalhekk taħtha jinstabu depositi arkeoloġiċi intatti.
Glacis
Barra minn hekk, din l-arja u Howard Gardens, kienu parti integrali mill-glacis, jiġifieri parti tal-fortifikazzjoni b`forma ta` rampi li kienu jipproteġu l-fortifikazzjoni ta` l-Imdina. Il-glacis qatt ma kienu jinbnew jew jitħawlu bis-siġar sabiex l-għadu ma jistaħbiex u ż-żona tinżamm mingħajr xkiel għal sparar tad-difiża.
Skavi
Fl-1998 l-Awtorita` ta` l-Ippjanar skeda: din l-arja ta` Klassi B - Ta` importanza kbira li għandha tiġi preservata, u li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha sabiex ma tiġix danneġġata mill-iżvilupp. Dan is-sit jinstab ukoll protett bħala parti mill-Arja ta` Importanza Arkeoloġika tar-Rabat/Mdina bħala l-belt antika ta` Melite.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti li waslu fil-WSC matul 1999 u din is-sena, li ilma fl-ispieri tal-bdiewa qed ikun imħallat bid-drenaġġ?
X'passi ttieħdu u x'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul l-1999 u din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma rċeviet ebda rapport dwar spieri tal-bdiewa li qed ikunu mħallta bid-drenaġġ.
Jikkonferma l-Ministru li ż-żewġ decompression chambers m'humiex biżżejjed f'pajjiżna meta hawn madwar 40 skola privata tal-under water fishing fil-gżejjer tagħna?
Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-politika tal-gvern sabiex matul is-sena d-dieħla jiżdied in-numru ta' decompression chambers f'pajjiżna ħalli f'każ ta' inċident l-għaddasa jkunu aktar mħarsa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għalkemm in-numru ta' skejjel ta' 'diving' ilhom jiżdiedu għal dawn l-aħħar snin, in-numru ta' inċidenti li kellhom bżonn kura fiċ-"chamber" naqas.
Ma nħossx li hemm l-ebda bżonn li jiżdied in-numru ta' "chambers" għaliex dawk li hemm bħalissa fil-"Hyperbaric Unit" huma biżżejjed.
Hemm pjanijiet li nkabbru l-unit ladarba din tiġi trasferita fl-isptar il-ġdid minħabba tendenza li n-numru ta' trattamenti mediċi bl-użu tal-"hyperbaric chamber" (li m'għandhomx x'jaqsmu mad-"diving") jiżdiedu fis-snin li ġejjin.
Jista' l-Ministru jinfurmani dwar il-pożizzjoni tar-residenti ta' Għar Barka, ir-Rabat, cioe meta dawn se jsirilhom il-kuntratt uffiċjali tal-propjreta' tagħhom peress li għadhom fuq bażi ta' konvenju?
Peress li dawn ir-residenti ilhom jiġu mwegħda sa mill-1985 li se jsiru l-kuntratti, jista' jara li s-sena dieħla 2001 fil-fatt isiru fil-verita' dawn il-kuntratti
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` kelli l-okkażjoni li ngħid fit-tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tistenna li l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi jissottomettu l-informazzjoni neċessarja sabiex l-Uffiċċju Konġunt ikun jista` jirreġistra l-artijiet in kwistjoni fir-Reġistru tal-Artijiet kif rikjest mill-liġi. Wara jkun jista` jsir l-akkwist ta` l-art mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal dulliegħ fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li d-dulliegħ li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 278,584,6 kilos għal-total ta' Lm271,394, cioe prezz medju ta' 9.74ċ fuq kull kilo.
Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal ħass frisk fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-ħass li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 1,072,672 kilos għal-prezz ta' Lm102,277, cioe prezz medju ta' 9.53ċ fuq kull kilo.
Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal patata fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-patata li ddaħħlet din is-sena (sa' 21/11/2000) kien ta' 3,513,750 kilos għal prezz ta' Lm341,585, cioe medja ta' 9.72ċ kull kilo.
Il-patata li tiġi esportata tkun tkabbret ta' varjeta partikolari, bl-iskop li tiġi esportata. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant fit-tieni parti tad-domanda tiegħu.