Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aħħar żviluppi tal-mistoqsijiet tiegħi dwar l-applikazzjoni u l-pożizzjoni tar-Range tal-Plattini tal-Għaqda Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti tal-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 4430/98 li kienet sottomessa mill-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti Mellieħa ġiet rifjutata fit-30 ta` Awissu 2000. Saret talba għal rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni u din ser tinstema` quddiem il-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp fl-20 ta` Diċembru 2000.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tagħha bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta' siegħat ta' overtime li saru minn ħaddiema/uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena jammonta għall-2,275 siegħa u 15-il minuta, maqsumin kif jidhru hawn taħt:
Section
Siegħ
at
Office of the Permanent Secretary
211.45
Corporate Services & Protocol
2013.30
Bilaterals Relations
42
EU Directorate
8
Total
2,275.15
Overtime li sar sal-31 ta' Ottubru 2000 tħallas kollu, filwaqt li dak li sar fix-xahar ta' Novembru 2000 ser jitħallas f'Diċembru 2000 għar-raġuni li l-overitme jitħallas bix-xahar lura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta` sigħat ta` overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern bejn Jannar u Novembru ta` din is-sena kien kif ġej:-
Dipartiment
Numru ta` sigħat
Segretarjat Permanenti
1,174
Ċittadinanza u ta` l-Expatriates
2,322
Reġistrazzjoni Ċivili
2,984
Sigurta` ta` l-Ajruport
157
Awtorita` ta` l-Ippjanar
25,013
Protezzjoni Ċivili
35,172
Servizzi Korrettivi
66,573
Reġistru Pubbliku
1,624
Taqsima Proprjeta` tal-Gvern
4,753
Uffiċċju Konġunt
19,753
Normalment is-sistema ta` ħlas ta` overtime hija li jitħallas b`xahar lura.
Dwar l-overtime li nħadem fid-Dipartiment tal-Pulizija nirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21645 fl-1 ta` Diċembru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5119.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (BORG, JOE)
Peress illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tirrikjedi ħafna żmien u enerġija biex tinġabar, ma nara l-ebda skop li dan isir sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta li kien ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5127 ta' l-10 ta' Marzu 1999.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5127.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' Overtime li nħadem fil-Minsiteru ta' l-Agrikolutra u Sajd minn Jannar sa Novembru ta' din is-sena, dipartiment b'dipartiment, u kemm tħallas u għadu ma tħallasx, kien kif ġej:
Fid-Dipartment tas-Servizzi Korporattivi kien hemm 1914.25-il siegħa u tħallsu LM5,925.90.
Fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien hemm 3697.83-il siegħa u tħallsu LM7,141.55.
Fid-Dipartiment ta' l-Aquakultura u Sajd kien hemm 6332.28-il siegħa u tħallsu LM17,741.77.
Fid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji nħaddmu 5088 siegħa u tħallsu LM9,037.29, inħadmu 8341 siegħa li jammontaw għal LM15,880.56 li għadhom ma tħallsux. Dan il-ħlas isir meta l-klijienti tad-Dipartiment ikunu ħalsu l-kontijiet li għalihom sar ix-xogħol. Kien hemm ukoll 2297 siegħa li jammontaw għal LM4,390.40. Dan il-ħlas ser isir dal-waqt.
Fil-Green Week saru 1406.875 siegħa u tħallsu Lm2,774.27, għall-Potato Export saru 4806 siegħa u tħallsu LM9,130.93. Fit-Trade Fair saru 2991.5 siegħa u tħallsu LM5,774.46, fil-waqt li fil-World Food Day saru 12-il siegħa u tħallsu LM19.23.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għarrisposta li tajt għallMistoqsija Parlamentari numru 5841.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ta l-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari numru 5127.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda, b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta` din il-mistoqsija, diġa` tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5124.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Persważ li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tinġabar informazzjoni ta' dan it-tip jinħlew ħafna żmien u energija. Għaldaqstant jekk l-Onorevoli Membru jaghtini raġuni valida għaliex għandi niġbor tali informazzjoni, jiena lest nagħmel dan.